Ħofra fit-triq: il-Kunsill Lokali għandu jħallas l-ispejjes

 

Il-Kunsilli Lokali issa jridu jagħtu iżjed każ tal-ħofor fit-triq.

It-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar ordna lill-Kunsill ta’ Ħal-Balzan biex iħallas danni ta’ €180 lil persuna li spiċċat b’tyre tal-karozza li kellu jinbidel wara li r-rota tal-karozza spiċċat f’ħofra ftit fonda fil-wied ta’ Ħal-Balzan.

Il-każ ġara nhar it-18 ta’ Jannar 2012 u l-ħofra ma kienitx tidher għax kienet mimilja bl-ilma tax-xita. Il-Kunsill Lokali, irrappurtat it-Times online tal-lejla mhux biss naqas li jieħu ħieb adequat tat-tiswijiet meħtieġa fit-triq talli naqas ukoll li  javża lis-sewwieqa b’sinjali ħdejn il-ħofra.

Din hi deċiżjoni importanti li l-Kunsilli Lokali kollha għandhom jagħtu każ.

Forsi xi darba kulħadd jibda jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.

 

Kunsilli Lokali 2012 : il-kandidati ta’ Alternattiva Demokratika

U l-MEPA qalet LE ……. liċ-Ċaqnu

mepa1

Il-MEPA qalet LE għal żvilupp li kien qed jipproponi ċ-Ċaqnu ġewwa Ħal-Balzan. Jiena ma kontx preżenti u allura ma nafx x’intqal biex njiġġustifika din id-deċiżjoni. Nista’ pero’ nimmaġina li l-iżvilupp propost hu wieħed intensiv wisq għaż-żona li qed jiġi propost fih, kif ukoll li ma tantx jaqbel man-natura tal-bini eżistenti fi Triq il-Kbira Ħal-Balzan.

Bħalma ikkritikajt lill-MEPA għat-turrun ta’ deċiżjonijiet ħżiena li ħadet naħseb li jkun xieraq li ngħid li din hi deċiżjoni tajba. Pero’ hemm xi ħaġa li għadni ma nistax nifhem : kien hemm vot wieħed biss favur l-iżvilupp : dak tar-rappreżentant tal-Partit Laburista. Xi ħadd naħseb li għandu jispjega u malajr !