M’għandekx għalfejn tagħżel bejniethom

 

 

Meta tiġi biex tivvota, nhar is-Sibt, mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas korrott.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas inkompetenti.

Mhux importanti min hu imċappas l-iktar jew l-inqas.

Mhux importanti min kellu jirreżenja, imma ma rreżenjax fuq iżżewġ naħat.

 

Il-każ tal-Panama Papers u l-kumpaniji ta Konrad Mizzi u Keith Schembri hu wieħed ta gravitá kbira. Daqskemm huma gravi l-allegazzjonijiet dwar is-sid ta Egrant Inc. u l-flus li waslu mingħand il-familja ta Aliyev fil-kontijiet fil-Bank Pilatus.

Mhux gravi ħafna ukoll il-fatt li Claudio Grech, l-Onorevoli tal-Partit Nazzjonalista nesa jekk qattx iltaqa ma George Farrugia, dak tal-iskandlu tażżejt?

Mhux gravi ukoll kif Beppe Fenech Adami spiċċa Direttur tal-Capital One Investment Limited u ma kien jaf xejn dwar it-taħwid li qed jirriżulta dwar din l-istess kumpanija?

U xi ngħidu għar-rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar il-qaddis miexi fl-art Jason Azzopardi?

U l-villa ODZ li Toni Bezzina ried jibni fl-istess ħin li kien qed jikteb il-politika ambjentali tal-PN?

It-tnejn jgħidu kif għandhom qalbhom ġunġliena għall-ambjent.

Imma t-tnejn iridu l-mina bejn Malta u Għawdex.

It-tnejn iridu l-korsa tat-tlielaq tal-karozzi.

It-tnejn jilgħaqu l-kaċċaturi u n-nassaba.

It-tnejn jappoġġaw il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa (Armier, Little Armier u Torri l-Abjad).

Xhemm xtagħżel bejniethom?

Wara kollox mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom!

Meta Joseph Muscat jikkopja …………………..

Joseph Muscat 13

 

Il-pass li jmiss, qal Joseph liż-żgħażagħ Laburisti hi liġi dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga (għall- użu personali).

Kien jagħmel tajjeb ukoll Joseph kieku ipprova jispjegalhom għaliex waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ipprova jevita diskussjoni dwar dan is-suġġett. Fil-fatt, sal-lum, l-unika partit politiku  f’Malta li ħa posizzjoni ċara dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga waqt kampanja elettorali kien Alternattiva Demokratika. Huwa ta’ sodisfazzjoni għaldaqstant li dwar id-dikriminalizzazzjoni tad-droga Joseph jidher li ser jimxi fuq il-passi ta’ AD. Kif wara kollox mexa fuq il-passi ta’ AD dwar id-divorzju kif ukoll dwar il-vot mas-sittax!

Kellu bżonn jimxi fuq il-passi ta’ AD fuq affarijiet oħra ukoll, bħal, ngħidu aħna, l-kmamar tal-Armier u l-kaċċa u tant affarijiet oħra!

Min jaf, forsi jasal ukoll! Għax  anke Joseph  għandu d-dritt li jikkopja.

Fl-Armier la tisraqx l-elettriku, imma dwar l-art “jirranġawlek”

armier smart metres

 

Tajjeb għamlet il-Korporazzjoni Enemalta li ser tistalla smart meters fejn diġa’ hemm provista tal-elettriku fil-boathouses tal-Armier mibnija b’mod illegali. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħti messaġġ qawwi lil kulħadd. Kemm li dawk li qed jużaw il-boathouses imma iktar u iktar lill-Gvern.

Il-Korporazzjoni Enemalta qed tgħid li mhux ser tittollera s-serq tal-elettriku. La tisraqx l-elettriku għax “bl-ismart meter ser naqbduk”, qed tgħid il-Korporazzjoni Enemalta.

Imma l-Gvern, kemm dak tal-lum immexxi minn Joseph Muscat (kif ukoll dawk tal-bieraħ immexxija minn Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami) qed jagħti messaġġ differenti. Messaġġ imsaħħah b’diversi ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa  u l-partiti l-kbar (jiġifieri l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista). Il-Gvern jgħinek billi jagħlaq għajnejh għas-serq ta’ art pubblika.

Mela : tisraqx l-elettriku, imma jekk trid tisraq l-art fl-Armier il-Gvern lest li jgħinek. Jekk sraqt l-art, qed jgħidlek, nirranġaw.

 

Jekk trid taqra iktar dwar dan is-suġġett f’dan il-blog aqra is-segwenti:

24 ta’ Ġunju 2008 : Il-Boathouses tal-Armier.

21 ta’ Jannar 2012: Parties in cahoots with squatters.

17 t’Awwissu 2012 :  Armier cowboys should not be rewarded.

23 t’Ottubru 2012: Pajjiż tal-cowboys: israq u tkun ippremjat.

24 t’Ottubru 2012: Il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa: meta l-Ministru riedhom jaqgħu.

8 ta’ Jannar 2013 : Malta tagħna lkoll.

2 ta’ Frar 2013 : Armier illegalities and amnesties.

29 ta’ Ġunju 2013 : Is-skiet tal-PN dwar l-Armier.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (13) Environmental Justice

environmental justice

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Environmental Justice.
AD understands that projects of national importance will still face difficulties. This will keep recurring until such time that Central Government and Parastatal bodies do not address adequately the environmental impacts of these projects and until such time that sites for such projects keep being located in the southern parts of the country.
AD shall insist on the implementation of environmental justice such that whilst infrastructural and industrial projects are planned with the minimal environmental impacts in mind the burdens created will as far as is possible not be shouldered only by the residential community in the southern parts of the island.
It is also an issue of justice that whoever carried out illegal construction activity shoulders his responsibilities. In particular Alternattiva Demokratika is proposing the immediate demolition of the illegally constructed boathouses at l-Aħrax tal-Mellieħa as well as those in other zones close to the sea such that the space close to the coast is back in community ownership to be enjoyed by all.
L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Ġustizzja Ambjentali.
Alternattiva Demokratika tifhem li proġetti ta’ importanza nazzjonali jibqgħu jiffaċċaw diffikultajiet. Dan jibqa’ jsir sakemm il-Gvern Ċentrali u l-Korpi Parastatali jibqgħu ma jagħtux importanza adegwata lill-impatt ambjentali ta’ dawn il-proġetti kif ukoll sakemm dawn jibqgħu konċentrati fin-nofsinnhar tal-pajjiż.
Alternattiva Demokratika taħdem favur ġustizzja ambjentali u dan billi filwaqt li tinsisti fuq proġetti infrastrutturali u industrijali ppjanati b’mod li l-impatt ambjentali tagħhom ikun l-inqas possibli, tassigura li safejn hu possibli il-piż ambjentali ma jibqax jinġarr prinċipalment mill-komunità residenti fin-nofsinnhar tal-pajjiż.
Hi ukoll materja ta’ ġustizzja li min bena b’mod illegali jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ għemilu. B’mod partikolari Alternattiva Demokratika qed tipproponi li għandhom jitwaqqgħu immedjatament il-kmamar illegali li nbnew fl-Aħrax tal-Mellieħa, kif ukoll dawk f’żoni oħra ħdejn il-baħar, u l-ispazju kollu mal-kosta b’hekk jingħata lura lill-komunità għat-tgawdija ta’ kulħadd.