L-Ippjanar rasu l-isfel

Nhar l-Erbgħa, l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar beda d-diskussjoni dwar jekk għandux ikun hemm tibdil fil-politika dwar il-pompi tal-petrol (u d-disil) (Fuel Service Stations Policy) tal-Awtorità tal-Ippjanar. Bla dubju kien xprunat mid-deċiżjonijiet riċenti tal-istess awtorità dwar pompi tal-petrol f’f’Burmarrad, Marsaskala u l-Magħtab. Hemm applikazzjonijiet pendenti għal pompi ġodda f’Ħ’Attard, l-Imqabba u l-Iklin fil-waqt li hemm madwar 60 pompa oħra qed jistennew il-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar biex itejbu l-faċilitajiet inkluż protezzjoni ambjentali u dan minn total eżistenti ta’ 85 pompa.

Il-kummenti validi kienu bosta. Ikkonċentraw l-iktar fuq il-ħtieġa li l-pompi tal-petrol fiż-żona urbana jingħalqu u li dawn jiċċaqalqu xi mkien ieħor. Ftit iżda kien hemm ħeġġa biex tkun diskussa l-qalba tal-materja: xi bżonn għandna tal-pompi tal-petrol?

Madwar ħames xhur ilu, il-Prim Ministru, wara li għal darba oħra ħares ħarsa sewwa lejn il-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika tal-2017, ħabbar, li l-Gvern immexxi minnu kien ser jagħti bidu għal process ta’ konsultazzjoni pubblika. Dan biex jistabilixxi data minn meta karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-disil ma jkunux jistgħu jinbiegħu iktar biex minflok ikollna karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Ma smajna xejn iktar dwar dan ħlief artiklu miktub mill-Ministru tat-Trasport Ian Borg entużjażmat li fis-snin li ġejjin ser nimxu fuq il-passi ta’ pajjiżi Ewropej oħra.

Il-Prim Ministru, bir-raġun kollu emfasizza li din il-bidla fil-politika tal-Gvern kienet meħtieġa minħabba li l-emmissjonijiet tal-karozzi kienu l-ikbar sors ta’ tniġġiż tal-arja fil-pajjiż. Għalfejn dan id-dewmien kollu biex ikunu stabiliti u mħabbra d-dettalji ta’ din id-deċiżjoni tajba? Uħud mill-pajjiżi Ewropej ilhom żmien li għamlu dan. In-Norveġja u l-Olanda stabilew is-sena 2025, il-Ġermanja qed tikkonsidra s-sena 2030, fil-waqt li Franza u r-Renju Unit huma mħajra għas-sena 2040 biex iwaqqfu l-bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-disil.

Id-diskussjoni dwar il-politika li tikkonċerna l-pompi tal-petrol/disil għandha issir f’kuntest wiesgħa tal-politika tat-trasport inkluż l-elettrifikazzjoni tal-mezzi privati tat-trasport.

Il-punt ewlieni tad-diskussjoni huwa li bħala riżultat tal-elettrifikazzjoni n-numru ta’ pompi tal-petrol/disel meħtieġa mhux ser jiżdied imma ser jonqos fuq medda ta’ snin u dan sakemm jasal għal xejn jew kważi xejn. Allura għalfejn nibnu u ninkoraġixxu l-bini ta’ iktar pompi tal-petrol/disil? Ikun ferm iktar għaqli kieku l-investiment nindirizzawh lejn is-soluzzjoni tal-problemi, mhux lejn it-tkattir tagħhom!

Il-pompi tal-petrol eżistenti fiż-żoni urbani qed jintużaw bħala skuża biex jippruvaw jiġġustifikaw it-tħarbit ta’ 3000 metru kwadru ta’ art. Fil-fatt dan hu l-iskop ewlieni tal-politika dwar il-pompi tal-fjuwil approvata fl-2015.

Ma jkunx aħjar li flok ma jingħalqu l-pompi tal-petrol fl-abitat ikunu konvertiti f’lok fejn tiċċarġja l-batteriji tal-karozzi? Dawn il-pompi qegħdin fil-parti l-kbira tagħhom f’żoni ċentrali u huma ġeneralment ta’ qies żgħir. Kull pompa tal-petrol urbana li tkun salvata u konvertita biex fiha niċċarġjaw il-batteriji tfisser ukoll li nkunu salvajna 3000 metru kwadru ta’ art minn spekulazzjoni. Fl-istess ħin inkunu qed nippovdu servizz li ser ikun essenzjali eżatt fejn hu meħtieġ.

Dan ikun użu tajjeb għall-investiment, aħjar milli jintuża f’bini ta’ pompi ġodda barra miż-żona ta’ l-iżvilupp. Jekk dan isir inkunu qed nittrasformaw problema eżistenti f’diversi lokalitajiet f’soluzzjoni addattata għall-bini tal-infrastruttura meħtieġa għall-eletrifikazzjoni tat-trasport privat f’Malta.

Dan ovvjament ifisser li nkunu qed naqilbu ta’ taħt fuq il-politika dwar il-pompi tal-fjuwil. Flok ma nużaw il-pompi urbani bħala skuża biex tkun ġustifikata l-ispekulazzjoni tal-art inkunu qed nagħtu spinta tajba lill-ħarsien ambjentali.

Hu eżattament dan li għandna bżonn f’dan il-mument: naqilbu l-ippjanar rasu l-isfel.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018

 

Advertisements

Turning the Fuel Service Stations Policy on its head

Last Wednesday, the Parliamentary Environment and Land Use Planning Committee discussed the possible revision of the Fuel Service Stations Policy. The three development permits issued in the past weeks by the Planning Authority for fuel service stations at Burmarrad, Marsaskala and Magħtab without doubt was the spark that motivated the discussion. Among the pending applications, Attard, Mqabba and Iklin are queuing for new service stations, while over 60 more, from a current total of 85 stations are awaiting the Planning Authority go-ahead for upgrading.

A number of valid observations were made. Most of the discussion dealt with the need to relocate service stations currently within urban areas but there was, however, a reluctance to address head-on the real issue: do we need fuel service stations?

Almost five months ago, the Prime Minister – taking a leaf from Alternattiva Demokratika’s 2017 election manifesto – announced that his government will be launching a public consultation to establish a cut-off date for the sale of diesel and petrol cars in Malta and the use of only electricity-driven vehicles instead. We have not heard much more about this proposal, apart for an article by Transport Minister Ian Borg who wrote about following in the footsteps of other European countries in “phasing out new petrol and diesel vehicles in the next few decades”.

The Prime Minister has rightly emphasised that this change in policy is required in view of the fact that vehicle emissions are the largest source of pollution in Malta, but why wait so long to put flesh on the bare bones of the declared policy? Other European countries have already determined their cut-off date. Norway and the Netherlands are considering the year 2025, Germany is considering 2030, while France and the United Kingdom are opting for the year 2040 by which to halt the sale of diesel and petrol vehicles.

Revisiting the Fuel Service Stations Policy should not be discussed in a vacuum. It has to be placed in the context of related transport policies and in particular the fact (hopefully) that Malta should now be going electric.

The main issue clearly is that, as a result of going electric, the number of fuel service stations required will at some point in the future – hopefully the not so very distant future – will be next to nil. So why build more of them? Why encourage investment in something that is not needed? It would be much better to channel investment into resolving problems instead of adding to them.

The relocation of urban area fuel service stations – the main thrust of the Fuel Service Stations Policy approved in 2015 – is being used to justify the uptake of 3,000 square metres of land. But instead of relocating the existing service stations in urban areas, would it not be much better if these were converted into charging stations? These service stations are centrally located and mostly of a relatively small size. Every conversion one into a charging station would potentially save 3000 square metres of land in the middle of nowhere and simultaneously provide the service of electrically charging vehicles right where that service is required: in our urban areas.

It is towards the conversion of these fuel stations that investment should be channelled. They can be transformed from being a problem in our residential communities to being an integral and focal part of the strategy to develop a suitable, reliable and – above all – sustainable infrastructure so necessary for the electrification of private transport.

This would obviously turn the Fuel Service Stations policy upside down. Instead of using urban service stations as an excuse to trigger more land speculation, it is about time to inject some environmental considerations right where they are most needed.

This is what we need right now: the turning of the Fuel Service Stations Policy on its head.

 

published on the Malta Independent on Sunday : 4 February 2018