Lejn politika marittima integrata

MaltaFish1

Huwa tajjeb li f’dawn il-jiem diversi esponenti tal-Gvern tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ politika marittima integrata. Kliem f’dan is-sens intqal fil-kuntest tal-Jum Marittimu imfakkar b’attivitajiet diversi inkluż biż-żjara tal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi w is-Sajd Maria Damanaki.

Hu floku li Malta bħala Gżira tagħti iktar importanza lill-baħar ta’ madwarna. Imma huwa daqstant importanti li nifhmu illi hu meħtieġ li jkun hemm politika marittima integrata fuq livell Mediterranu. L-istess bħalma l-Unjoni Ewropea tfittex li tintegra l-ħidma tagħha fid-Danubju, fil-Baltiku u riċentement fl-Atlantiku permezz ta’ makrostrateġija għal dawn ir-reġjuni huwa meħtieġ ukoll li l-ħidma fil-Mediterran tkun iktar integrata b’użu iktar iffukat tar-riżorsi allokati.

Huwa f’dan il-kuntest li fil-ġranet li għaddew għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika tlabt li l-MEUSAC jiddiskuti din il-materja. Għax filwaqt li Malta tagħmel sewwa li tfassal u tiddiskuti politika marittima integrata hu meħtieġ li din il-politika tirrispondi għal dak li qed jiġri madwarna.

Fost l-issues injorati tul is-snin u li dwarhom ktibt diversi drabi hemm dak tal-kriminalita’ organizzata Taljana u l-mod kif tul is-snin għerrqet fil-Mediterran mat-42 vapur bi skart tossiku u jew nukleari. L-impatt ta’ dan hu enormi.

Tajjeb li niftakru li madwar 60% tal-ilma li nixorbu jiġi mill-baħar. Il-baħar jipprovdi l-għejxien tas-sajjieda tagħna. Hu parti importanti ukoll mill-prodott turistiku ta’ Malta.

Ghalhekk hu xieraq li nagħtu iktar importanza lill-issues marittimi. Hi opportunita unika biex ikunu integrati flimkien il-politika ambjentali u l-politika ekonomika. B’dan il-mod pajjiżna jista’ jibbenefika bil-bosta minn dik li tissejjaħ il-blue economy.

Advertisements

Snippets from AD’s electoral manifesto: (25) Nuclear issues and radioactivity

Radon

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Nuclear Issues and Radioactivity.

As no Maltese Government has ever pronounced itself directly in favour of nuclear energy the nuclear issues which we must face are imported ones.

First on the list would be radioactive waste which is not much in quantity and being primarily generated by sites providing services using nuclear medicine such as X-Rays and radioactive treatment plants used in treating cancer patients. This is an aspect normally considered within the context of waste management policy and in view of the small quantities of waste involved this is normally exported.

The main nuclear problem which Malta must face and address is related to nuclear plants in other countries. The Mediterranean will in the near future face a proliferation of nuclear plants with Malta being transformed into a nuclear sandwich in the centre of the Mediterranean.

Following the Fukushima disaster in Japan the whole world is much more sensitive and conscious as to the negative impacts of nuclear plants. This has led our Italian neighbours to renounce nuclear energy for the second time in 25 years through a referendum. However we will now have to face the problem in our southern flank where various countries are planning to import nuclear technology from France an EU member state. It is imperative that Malta within the European Union structures emphasises that when the export of nuclear technology is carried out this has to be accompanied by a sense of responsibility and regulation through treaties as a result of which the countries receiving this technology bind themselves to the same rules applicable within the European Union.

As in other countries there is in Malta a presence of the radioactive gas radon. This is an issue which the Department of Environmental Health supervises but in respect of which little if any information is made public. Alternattiva Demokratika will endeavour to give more importance to this matter.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Issues Nukleari u ta’ Radjuattivita’.

Billi s’issa l-ebda Gvern Malti ma ppronunzja ruħu direttament favur l-enerġija nukleari l-issues nukleari li rridu niffaċċjaw huma dawk importati.

Fuq quddiem nett hemm l-iskart radjuattiv (mhux ħafna fil-kwantità) u li huwa prinċipalment iġġenerat minn impjanti ta’ mediċina nukleari bħall-X-Rays u magni tar-raġġi radjuattivi użati fit-trattament tal-kanċer. Dan l-aspett huwa normalment ikkunsidrat fil-kuntest tal-politika dwar l-iskart u minħabba l-kwantità żgħira ta’ skart ġġenerata tkun teħtieġ l-esportazzjoni.

Il-problema prinċipali nukleari li trid tiffaċċja Malta hi konnessa ma’ impjanti nukleari f’pajiżi oħra. Fil-Mediterran fi ftit snin ser ikun hawn proliferazzjoni ta’ impjanti b’Malta issir qiesha sandwich nukleari f’nofs il-Mediterran.

Wara d-diżastru ta’ Fukushima fil-Ġappun, id-dinja saret iżjed sensittiva u konxja tal-impatti negattivi ta’ impjanti nukleari. Dan wassal biex il-ġirien tagħna fl-Italja permezz ta’ referendum ċaħdu l-enerġija nukleari għat-tieni darba f’25 sena. Imma issa rridu niffaċċjaw problema oħra fin-nofsinhar fejn hemm pajjiżi li qed jippjanaw l-importazzjoni tat-teknoloġija nukleari minn Franza, pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li Malta fl-Unjoni Ewropea tieħu posizzjoni li twassal biex mal-esportazzjoni tat-teknoloġija nukleari, meta din issir, tkun esportata ukoll ir-responsabbiltà u regolamentazzjoni fil-forma ta’ trattati li permezz tagħhom il-pajjiżi li jirċievu t-teknoġija nukleari jintrabtu mal-istess regoli applikabbli fl-Unjoni Ewropea.

Bħal diversi pajjiżi oħra Malta hawn ukoll il-preżenza tal-gass radjuattiv radon. Materja li hi sorveljata mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali imma li dwarha ftit hawn informazzjoni pubbblika. Alternattiva Demokratika timpenja ruħha li din il-materja tingħata iktar attenzjoni.