Sħab ma’ min iħammeġ

Il-pjan ta’ Malta dwar l-immaniġjar tal-iskart huwa intitolat “A Resource Management Approach.” Huwa titlu li għandu sinifikat u jwassal messaġġ li kull skart jeħtieġ li nħarsu lejh bħala riżorsa li għandna nagħmlu użu tajjeb minnha.

Bdejna nirriċiklaw l-iskart li niġġeneraw. F’kontenituri mxerrda mal-pajjiż jinġabar il-plastik, il-ħġieg, il-karta u l-metall. Nhar ta’ Tlieta l-ġbir tal-iskart minn wara l-bibien ta’ djarna jiffaċilita li nirriċiklaw fid-djar tagħna. Tliet darbiet fil-ġimgħa, bieb bieb, jinġabar l-iskart organiku.

Meta ser nirriċiklaw l-iskart tal-kostruzzjoni?

Meta tara r-rapporti dwar il-laqgħa li l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin kellha f’Kastilja f’nofs il-ġimgħa tirrealizza li l-emfasi kontinwament kienet li hemm bżonn iktar postijiet fejn jintrema’ l-iskart. L-ebda vuċi ma lissnet imqar kelma waħda favur kemm hu meħtieġ ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni kif ukoll dwar kemm dan jagħmel sens ekonomiku u ambjentali.

Hemm raġuni waħda sempliċi l-għala ħadd ma tniffes u lissen kelma favur ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni: għax għalfejn tħabbel rasek fuq x’tista’ tagħmel ġaladarba għandek Gvern li jimmina kull inizjattiva dwar dan billi joffri is-soluzzjoni l-faċli permezz ta’ ħlas baxx biex tkun tista’ tarmi l-iskart tiegħek?

Iktar kmieni matul il-ġimgħa kien irrappurtat li s-sidien ta’ żewġ barrieri, waħda Għar Lapsi u l-oħra fl-Imqabba, ħadu l-inizjattiva u minn jeddhom għollew il-ħlas biex jintrema l-iskart tal-kostruzzjoni fil-barrieri tagħhom minn €8 għal €15 għal kull tunellata. Ir-reazzjoni għal dan kif irrappurtata fil-media hi tal-biki: il-Gvern jaqbel li joffri inċentivi biex is-sidien tal-barrieri jżommu l-prezzijiet stabbli bit-€8 kull tunellata għal tal-inqas tmintax-il xahar!

Jidher li l-Gvern għandu idea perversa tal-prinċipju ambjentali “min iħammeġ iħallas”. Flok ma jassigura li l-industrija tal-kostruzzjoni ddaħħal ftit ordni f’xogħolha u ssib soluzzjoni għall-iskart li tiġġenera, il-Gvern, b’mod irresponsabbli juża t-taxxi li jiġbor minn fuqna biex jissussidja t-tħarbit tagħhom. Huma jħammġu u aħna nħallsu.

Ir-riċiklar tal-iskart tal-kostruzzjoni jinvolvi li tissepara u ssib użu għall-ikbar ammont ta’ materjal li ma jkunx hemm użu għalih fis-sit tal-kostruzzjoni. Il-kwantità ta’ skart li tista’ tirkupra tvarja minn sit għall-ieħor imma tista’ tkun waħda sostanzjali. Tinkludi kull forma ta’ ġebel u metalli, inkluż rinforz tal-konkos minn strutturi li jkunu spiċċaw.

Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi kontinwament jiftaħru dwar kemm jaqblu mal-iżvilupp sostenibbli. Tant jgħidu dwar dan l-iżvilupp sostenibbli li jġibulna qalbna ġunġliena, kienu ma nafuhomx biżżejjed! Mhux aħjar jippruvaw ipoġġu fil-prattika dak li jgħidu li jemmnu fih biex jippruvaw isolvu l-problemi bl-iskart li qed jiġġeneraw u b’hekk inaqqsu l-impatti ambjentali tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Mhuma ser jagħmlu xejn qabel ma jispiċċaw daharhom mal-ħajt u jkollhom iħallsu minn imneħirhom tal-ħsara li qed jagħmlu. L-unika soluzzjoni possibbli hi t-tassazzjoni ambjentali. Jekk tkun applikata lill-industrija tal-kostruzzjoni din tkun tfisser il-ħlas ta’ taxxa fuq il-ġebla li toħroġ mill-barriera u fl-istess ħin żieda konsiderevoli fuq il-ħlas biex jintrema l-iskart sakemm l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi tifhem li jagħmel anke sens ekonomiku u ambjentali li tirriċikla l-massimu li tista’ mill-iskart tal-kostruzzjoni.

Imma nafu li l-Gvern għandu allerġija għat-taxxi. Jippreferi jagħmel użu mis-sussidji u b’mod partikolari favur dawk li ma għandhom l-ebda dritt għalihom.

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin għandha linja ċara: huma impalaw il-profitti, u inti tħallas il-kont. Jistgħu jibqgħu għaddejjin biha sakemm nibqgħu b’Ministru tal-Ambjent li m’għandux idea x’laqtu.

Kulħadd hu konxju li l-Gvern hu ħaġa waħda mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Sakemm l-iżviluppaturi jibqgħu jiġu ssussidjati m’hemmx ċans li l-problema tal-iskart tal-kostruzzjoni tibda tissolva. .

 

ippubblikat fuq Illum 22 ta’ Settembru 2019

In cahoots with the polluter

Malta’s current Waste Management Plan is entitled “A Resource Management Approach.” This is not simple a fancy title – it encapsulates the underlying philosophy for the management of our waste which is that waste is a resource which can be put to good use.

We have started recycling our waste. Recycling bins around the islands cater for plastic, glass, paper and metal waste. Waste collection carried out on a Tuesday is an effort to facilitate recycling in our homes. Three times a week the door-to-door collection is aimed at our organic waste.

What about recycling construction waste?

Going through the reports on the Malta Developers’ Association Meeting at Castille in mid-week, the need for dumping sites for the construction waste being generated was emphasised by all those reporting: not one word was uttered in favour of the need to recycle construction waste. Neither was there any mention of the economic and environmental benefits derived from such an exercise. Who cares!

There is a very simple reason for this attitude: why rack your brains as to how to recycle when the government is continuously undermining all your efforts by offering the easy way out through cheap rates for the dumping of construction waste?

Earlier in the week, it was reported that the management of two quarries at Għar Lapsi and Mqabba had unilaterally decided to increase their dumping charges from €8 to €15 per tonne of construction waste. In reaction, it was reported in the local media that “government had agreed to provide incentives to the quarry owners to keep the price stable at €8 per tonne for at least another year and a half”.

It seems that the government has a perverted understanding of the polluter-pays environmental principle. Instead of ensuring that the construction industry cleans up its act and adequately addresses the question of how to deal with waste that it generates, the government is irresponsibly using taxpayers’ money to subsidise their mess.

Construction waste recycling is the separation and recycling of recoverable waste material generated during construction activity. The quantity of recoverable construction waste varies and includes masonry and metal items, including steel reinforcement used in discarded concrete structures.

The officials of the Malta Developers Association repeatedly claim that they are “in favour” of sustainable development. How about putting their beliefs into practice and applying them to resolving the issue of the construction waste which they generate, thereby contributing to a reduction in the environmental footprint of the construction industry?

They will not do it until such time that they are forced to pay up in full for the mess they are creating – in other words, without discounts or subsidies. Applying “the polluter-pays principle” through environmental taxation is the only possible solution. Applied to the construction industry, this would mean taxing the extraction of stone on the one hand and simultaneously increasing – many times over – the dumping charges until the Malta Developers Association realises that it makes economic sense to recycle all the recoverable construction waste.

But the government says that it is allergic to taxes. It has a distinct preference for dishing out subsidies, especially where these are not justified.

The Malta Developers Association clearly has one formula: they plough the profits and you pay their bills. They can only keep at it as long as the holder of the post of Minister of the Environment has no clue as to what his brief is all about.

It is common knowledge that the government is in cahoots with the Malta Developers Association and that as long as the polluter is not forced to pay up in full there is no end in sight to the mess developing around us.

 

published on the Malta Independent on Sunday : 22 September 2019

L-Inċinerazzjoni: l-prezz akkumulat tal-inkompetenza

Il-Ministru Josè Herrera, f’isem il-Gvern, għadu kif ippubblika r-rapport intitolat Technical Report on the setting up of a Waste to Energy Facility in Malta. Qabel ma ntalab dan ir-rapport, il-Gvern kien diġá ħa d-deċiżjoni politika favur l-inċinerazzjoni. Fil-fatt, fid-daħla għar-rapport il-Ministru Herrera jgħid li din id-deċiżjoni kuraġġjuża (bold decision) ittieħdet mill-Gvern f’Lulju 2017.

Jiġifieri r-rapport ma jweġibx il-mistoqsija dwar jekk għandniex immorru għall-inċinerazzjoni: jiffoka dwar kif dan jista’ u għandu jsir.

Ma hemm l-ebda dubju li teżisti t-teknoloġija li tagħmilha possibli li l-impatti tal-inċinerazzjoni jkunu l-minimu possibli . Il-punt, imma, mhux dwar jekk l-inċinerazzjoni hiex possibli li ssir imma jekk hix l-għażla meħtieġa. Fl-opinjoni tiegħi mhix għażla addattata, imma l-alternattivi għaliha jeħtieġu ż-żmien biex ikunu żviluppati. Sfortunatament nafu li tul is-snin ma kien hemm l-ebda volontá politika biex dawn l-alternattivi jkunu żviluppati u jitħallew jaħdmu sewwa.

Il-Pjan għall-Immaniġjar tal-Iskart tal-gżejjer Maltin kien aġġornat fl-2014: dakinhar kien żviluppat pjan biex jitwettaq fuq medda ta’ sitt snin. Dan il-pjan tal-2014 jidentifika l-mod kif għandna nimmaniġjaw l-iskart li niġġeneraw. Fil-fatt jemfasizza li t-triq li għandna nimxu fiha hi dik li nieħdu ħsieb tar-riżorsi. Dan ifisser li l-pajjiż għandu jiffoka biex jirkupra r-riżorsi u mhux jiddistruġġihom biex jiġġenera l-enerġija minnhom. Għandna nżommu f’moħħna li l-enerġija meħtieġa biex dawn ir-riżorsi jinħadmu tiżboq bil-kbir l-enerġija ġġenerata meta dawn jinħarqu. Dan hu dokumentat fi studji li saru u jkunu aġġornati kontinwament.

Meta neżaminaw dan il-pjan li kien approvat mill-amministrazzjoni preżenti, imkien ma nsibu emfasi fuq l-inċinerazzjoni. Pjuttost li hemm emfasi fuq is-separazzjoni tal-iskart, r-riċiklaġġ u diversi miri dwar dan li jridu jintlaħqu. Flimkien ma dan hemm il-mira identifikata mill-Gvern li sas-sena 2050 l-ebda skart ma jintrema iktar fil-miżbliet. Is-sena 2050 hi s-sena ta’ skart żero.

Il-mistoqsija waħidha tiġi: x’mar ħażin bejn l-2014 (meta tfassal il-pjan u ġew identifikati l-miri) u l-2017 meta ittieħdet id-deċiżjoni favur l-inċinerazzjoni? It-tweġiba ċara hi li l-Wasteserve ma kienitx kapaċi tilħaq il-miri u bħala riżultat ta’ dan marret għas-soluzzjoni l-faċli: l-inċinerazzjoni. X’utilitá hemm li nippubblikaw dawn l-istrateġiji jekk ma l-ewwel diffikultá inwarrbuhom u narmuhom?

Id-“deċiżjoni kuraġġuża” li jirreferi għaliha l-Ministru Herrera, l-inċinerazzjoni, hi riżultat ta’ ippjanar imgerfex, ippjanar mil-lum għal-ghada. Hu ovvju li l-ispażju għall-miżbliet huwa limitat. Imma s-soluzzjonijiet prattiċi u realistiċi, imfassla b’mod ċar fil-Pjan għall-Immaniġjar tal-Iskart ġew injorati tul is-snin. L-għażla reali, la kienet u l-anqas ma hi, bejn iktar miżbliet u l-inċinerazzjoni, imma dwar kemm aħna kapaċi nilħqu l-miri tagħna stess dwar ir-riċiklaġġ u t-tnaqqis tal-iskart. Meta l-pjan dwar l-immaniġjar tal-iskart kien imfassal kien meqjus bħala l-għodda addattata biex nimmaniġjaw ir-riżorsi. Dan kollu in konsistenza mal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-iskart, ir-riżorsi, l-ekonomija ċirkulari u dokumenti politiċi oħra tal-Kummissjoni Ewropea.

Mir-rapport tekniku li ppubblika l-Ministru Josè Herrera hu ċar li flimkien mal-inċinerazzjoni ser ikun hemm bżonn ukoll ta’ “kampanja aggressiva biex ikunu indirizzati l-miri ta’ riċiklaġġ stabiliti fid-Direttivi diversi tal-UE kif ukoll fil-Pjan għall-Imanigġjar tal-iskart tal-Gżejjer Maltin.” Din hi konferma bil-miktub li l-inċinerazzjoni hi l-prezz li rridu nħallsu għall-inkompetenza akkumulata fl-immaniġjar tal-iskart fil-gżejjer tagħna.

Imma minn dak li smajna fil-Parlament matul il-ġimgħa li għaddiet jidher li tul is-snin, il-Ministeru tal-Ambjent iktar kien interessat fl-impiegi ġġenerati mill-Wasteserve milli li jkunu onorati l-miri tar-riċiklaġġ. L-emails li ġemmgħet il-Wasteserve qieshom jindikaw li dan hu l-iktar importanti fost il-ħidmiet tagħha!

Ovvjament dejjem hemm l-inċinerazzjoni biex taħraq il-problemi akkumulati tal-iskart. Għax dik hi s-soluzzjoni l-faċli.

 

Ippubblikat f’Illum : Il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2018

 

Incineration: the accumulated cost of incompetence

Minister Josè Herrera, on behalf of the government, has recently published the Technical Report on the setting up of a Waste to Energy facility in Malta. Prior to the commissioning of the report, the government had already taken the political decision that it should go for incineration.

In fact, Minister Herrera states in the introduction to the report that the “bold decision” was taken by government in July 2017.

As a consequence, the published report addresses the “how” and not the “if” question on incineration.

There is no doubt that the technology exists to ensure that the direct impacts of the incineration of waste are reduced to a minimum. The point at issue is, however, not on its possibility but on whether it is the desired option – and in my opinion it is not.  However, unfortunately the alternatives to incineration take time to be developed and there has been no political will over the years to implement the realistic identified alternatives.

The Waste Management Plan for the Maltese Islands was updated in 2014 and a six year roadmap was then plotted. This 2014 roadmap identified the preferred waste management options. The sub-title of this Waste Management Plan was “A Resource Management Approach”, which signifies that Malta’s waste management options should be focused on recovering resources from waste and not on destroying them to recover energy. It should be borne in mind that the energy required to manufacture the resources gobbled up by an incinerator is substantially more than that released when they are burned.

Going through this plan, approved by the current administration, one does not find any particular emphasis on incineration. Instead, there is an emphasis on waste separation, recycling and the identification of the related targets, to the extent that the year 2050 was identified by the government as a target by which to achieve zero waste to landfill.

The question to ask is: what went wrong between 2014 (when the targets were identified) and 2017 when the decision to go for incineration was taken? The clear, unequivocal answer is that Wasteserve was not capable of implementing its targets, and, as a result went for the easy solution: incineration. What is the use of publishing strategies of this sort if, when the first difficulties are encountered, they are dumped?

The “bold decision” referred to by Minister Herrera – the adoption of the incineration option – is the result of  management-by-crisis in the waste sector. Obviously, there is little available space for more landfills. However, the only practical and realistic options detailed in the Waste Management Plan were not followed adequately over the years.

The real choice was never between landfill or incineration but on whether we are capable of meeting our own recycling and waste reduction targets. When the waste management plan was drawn up it was viewed as a tool to achieve resource management. This is in line with various EU policies on waste, resource management, circular economy, and various other policy documents issued by the EU Commission.

It is clear from perusing the Technical Report published by Minister Josè Herrera that the incineration options being adopted must be “carried out in parallel with an aggressive campaign to address the targets for recycling, established in various EU Directives and the Waste Management Plan for the Maltese islands.” This is a written confirmation that the incineration option is the cost of an accumulated incompetence in the management of waste in our islands.

From what we have heard in Parliament during the past week it seems that, over the years, the Environment Ministry has been more interested in the employment posts generated by Wasteserve than in honouring recycling targets. The accumulated emails at Wasteserve seem to indicate that this is part of its mission statement!

Of course there is always incineration to burn our accumulated waste problems! It is an easy way out.

Published in the Malta Independent on Sunday : 11 March 2018

L-iskart għandu valur

si_zero_waste_large

Bħalissa diversi jitkellmu dwar ekonomija ċirkulari, imma bosta m’għandhomx idea din x’inhi.

L-ekonomija tagħna hi xi minn daqqiet deskritta bħala ekonomija lineari (jiġifieri linja dritta) u dan billi nieħdu l-materja prima mill-art, nipproduċu l-prodotti li neħtieġu u wara li nużawhom, narmuhom. F’kuntrast ma’ dan, l-ekonomija ċirkulari tfittex li flok ma jintrema dak li nkunu użajna, minnu niġġeneraw xi ħaġa oħra. B’dan il-mod, dak li nkunu ħadna mill-art, wara li jintuża, flok ma jintrema, iservi biex jiġġenera prodotti oħra.

Dan huwa proċess li ġie deskritt bħala ‘mill-benniena għall-benniena’ u jikkuntrasta mal-mod kif naħdmu llum fejn dak li nipproduċu jwassal ‘mill-benniena sal-qabar’, meta prodotti jintremew għax ma jibqgħux ta’ użu. Li dak li nużaw, ma narmuhx meta ma jibqgħalniex użu għalih jagħmel ħafna sens ambjentali. Imma jagħmel ukoll ħafna sens ekonomiku.

II-pjan ta’ Malta għall-immaniġjar tal-iskart jipponta f’din id-direzzjoni u fil-fatt jistabilixxi l-mira li sal-2050 ma niġġenerawx iktar skart: mira żero skart. Din il-mira trid tintlaħaq 33 sena oħra li għalkemm jidhru ftit ’il bogħod, fil-fatt jista’ jkun li m’hemmx biżżejjed żmien biex nibdlu l-mod kif naħsbu. Hemm ħafna xogħol x’isir.

Idealment l-ewwel miżura li għandna nieħdu dwar l-iskart hi li nippruvaw innaqqsu l-iskart li niġġeneraw. Dan kieku jkun ħafna aħjar milli nippruvaw naraw x’ser nagħmlu bih! F’xi każi, dan jista’ jsir b’faċilità. Per eżempju nistgħu nnaqqsu l-iskart organiku li narmu billi nippjanaw aħjar dwar dak li nieklu fi djarna. Nistgħu nnaqqsu wkoll ir-rimi tal-pakketti u l-laned li fihom ikun l-ikel billi nixtru u nieklu iktar ikel frisk, li ġeneralment ikun ikel li nipproduċu fil-pajjiż.

Ovvjament, ħafna minna m’għandniex il-ħin biex naħsbu dwar in-numru kbir ta’ deċiżjonijiet żgħar li nieħdu kuljum u li bħala riżultat tagħhom niġġeneraw ħafna skart. Il-konvenjenza tal-ikel fil-pakketti jew ta’ ikel ipproċessat li nixtru fil-laned kbar u żgħar, ħafna drabi tkun it-triq faċli, għax kulħadd għandu x’jagħmel u ħadd m’għandu ħin żejjed! Dan iwassal għal konsegwenza mhux biss ta’ skart li stajna nevitaw imma wkoll li nispiċċaw nieklu ikel li hu inqas sustanzjuż.

Bħalissa f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex għaddej proġett pilota dwar l-iskart organiku. Ilu ftit li beda, u għalkemm ma ħarġitx informazzjoni uffiċjali dwaru hu magħruf li kellu reazzjoni mħallta. Imma bil-mod il-mod qed ikollu suċċess.

Jekk il-ġbir tal-iskart organiku jsir sewwa, l-iskart li jispiċċa fil-borża s-sewda jista’ jonqos bin-nofs. Hemm ukoll il-vantaġġ li meta l-iskart organiku ma jibqax jintefa’ fil-miżbla, u minflok ikun iproċessat fl-impjant tal-iskart, il-gassijiet li jirriżutaw minnu meta jiddikomponi jservu biex nipproduċu l-elettriku minflok ma jikkontribwixxu għal gassijiet serra li huma l-kawża tat-tibdil fil-klima. Dan ċertament huwa għal vantaġġ ta’ kulħadd.

Hi politika tajba dik li biha nistgħu naslu biex innaqqsu ħamsin fil-mija tal-iskart fil-borża s-sewda. Imma biex naslu, hemm ħtieġa ta’ investiment sostanzjali fl-edukazzjoni ambjentali fil-lokalitajiet tagħna. Il-Wasteserv, li ultimament hi responsabbli għall-immaniġjar tal-iskart fil-gżejjer Maltin, diġà ħadet bosta inizjattivi. Imma hemm ħafna iktar x’isir. Qatt iżda ma tista’ tgħid li sar biżżejjed.

Għandna bżonn nifhmu li l-iskart jikkonsisti f’riżorsi li użajna. Dawn ukoll għandhom valur u l-ekonomija ċirkulari tipprova ssarraf dan il-valur. Għalhekk il-mira ta’ skart żero biex ma nibqgħux nipproduċu skart imma dak li ma jibqagħlux użu għalina xorta għandu valur.

ippubbblikat f’Illum, 29 ta’ Jannar 2017

Towards a zero waste target

 

The linear model of our economy follows a take-make-use-waste path as a result of which we extract resources from the earth which we use and subsequently throw away. In contrast to this cradle-to-grave trajectory, the circular economy seeks cyclical sustainability.

In a circular economy, the management of waste is paramount.  It seeks to retain the resources used in our products in the economic loop as it is considered that they can be re-used to form other products. William McDonough and Michael Braungart describe this as a cradle-to-cradle process in their seminal book Cradle to Cradle. Remaking the way we make things. This is in contrast to the throw-away society which follows a cradle-to-grave path.

This is not only makes environmental sense, it also makes economic sense. Malta’s Waste Management Plan for the period 2014-2020 tentatively points in this direction by establishing a zero waste target that is to be achieved by 2050. Thirty-three years may seem to be too far away but, in reality, it may be just enough to change our mindset. A lot of hard work is involved but, at the end of the day, it will also be rewarding.

It involves the application of what is known as the waste hierarchy to different waste streams. Waste minimisation or prevention is always the preferred option. Ideally we should aim to prevent the generation of waste and in a number of cases this can easily be done. For example, we can prevent the generation of a substantial portion of organic waste by giving more thought to the food intake in our homes. We can also reduce the amount of food packaging by opting for more fresh food which is generally local.

Obviously, most of us have very little time to think about the consequences of our large number of small decisions which end up generating a lot of waste. Convenience generally wins the day, as we often opt for packaged and processed food. As a result, we not only generate avoidable waste but also end up eating less healthy food.

A pilot project related to organic waste is currently under way in 8 localities in Malta and Gozo. It has been going on for some time and although information as to the manner in which the localities involved have reacted is not publicly available, it is known through the grapevine that this has been varied but is improving.

Collecting the organic waste part of domestic waste, if carried out successfully, may well reduce the amount going to landfill by around 50 percent. There is also an added benefit: when the organic part of our waste is processed in a waste recycling plant, the resulting gases are used to produce electricity instead of adding to greenhouse gas emissions. This is surely a win-win situation.

Reducing 50 percent of our waste through the responsible management of just one part of it is very good policy. However, this requires much more investment in environmental education in our localities. Wasteserve, being ultimately responsible for waste management in the Maltese Islands, has taken a lot of initiatives in this respect, but much more needs to be done.  It is never enough.

Waste is a collection of discarded resources and realising the value that we throw away is, in reality, what the circular economy is all about – hence the target of a zero waste society.

published in The Independent on Sunday : 29 January 2017

Managing our waste

bring-in site

Malta’s waste management strategy establishes the attainment of a zero waste target by the year 2050. An ambitious target, but also an achievable one.  How will we get there in thirty five years time?

The waste management strategy was updated in January 2014 through the publication of a waste management plan aptly subtitled ‘A resource management approach’. It has a seven-year lifespan (2014-2020).

Waste is considered a resource which should be utilised instead of being thrown away.  For this to be achieved, we need to change gear and shift from a linear to a circular economy.

In the linear economy, we consume (or use) a product and at the end of its useful life we throw it away. On the other hand, the circular economy functions such that a product (or its constituent parts), at the end of its useful life, remains in existence by being utilised to create another product.

In line with the EU waste hierarchy, Malta’s waste management strategy rightly places waste prevention as a first step.

Waste prevention, or waste minimisation, signifies the reduction of generated waste to a minimum.  Life cycle thinking is key to reducing waste throughout the useful life of a product. This is done when a product is still being designed. Applying eco-design weeds out the unnecessary constituent elements of a product. In addition, these constituent elements are also examined, such that it is ensured that none of them impede the eventual recycling at the end of the product’s useful life.

We can also minimise waste by ensuring that we purchase and use only that which is required in appropriate quantities. We can do this, for example, by using products in large sizes instead of similar multiple products in small sizes, as a result sending less packaging to waste.

The next level of the waste hierarchy is the recycling of products at the end of their useful life. We already recycle glass, metal, paper and plastics but we need to substantially improve our recycling performance as a nation. We need to acknowledge that we had a very late start in recycling. The first attempts at recycling were carried out in the mid-1990s under the watch of then Parliamentary Secretary Stanley Zammit. Unfortunately, Dr Zammit received very little support in his endeavours. 2013 statistics indicate that in Malta only six per cent of domestic waste is recycled, with another five per cent being composted. This 11 per cent of Malta’s domestic waste, which does not go to landfill, is in striking contrast to that for Germany (65%), Slovenia (61%), Austria (59%), Belgium (55%) and many other countries.

Statistics for 2014 and 2015 may eventually show a slight improvement, but we still have quite a long way to go.

Wasteserv will shortly be commencing a pilot project to collect organic waste separately from domestic households. Organic waste can be converted into energy. It can also be used to produce compost. In addition, if the collection of organic waste is carried out successfully from all households, it may reduce the contents of the black garbage bag by as much as 50%, signifying a substantial reduction of domestic waste going to landfill. (If catering establishments were to take similar initiatives, the achievable results would be much more significant.)

A proper implementation of rules regulating the waste arising from electric and electronic equipment should hopefully be in place in the coming weeks when responsibility for this waste stream is definitely transferred to the private sector in terms of the extended producer responsibility specified in the EU’s WEEE Directive (WEEE meaning waste from electric and electronic equipment).

It is also essential to address the operation of scrap yards, which are an affront to Malta’s environmental obligations. They are mostly an eyesore, generally a blot on the landscape, as well as being the cause of negative environmental impacts.

Recycling scrap metal (and other materials) is an important economic activity which ensures that resources originally extracted from the earth are kept in use and not discarded as waste. Recycling activity, if properly managed, is an important economic activity which is environmentally friendly.

Managing properly the waste which we generate reduces our environmental impacts and improves our quality of life. In addition, the employment opportunities created are an important source of green jobs.

published in The Malta Independent on Sunday – 20 September 2015

Waste Management politics

scrapyard

“We encourage waste separation in localities. However we recognise that this is not enough. As a country we still lag behind and have failed to reach targets on packaging waste as well as waste generated by electrical and electronic equipment.

It is essential to address the operation of scrapyards. These process waste which is subject to at least three Directives of the EU, namely the WEEE Directive, the End of Life Vehicles Directive and the Batteries Directive. The manner in which scrapyards have been permitted to operate signifies a total disregard of the principles and safeguards listed in the said Directives. The fact that after more than eight years of EU membership we are still discussing these issues signifies the low level of preparedness to shoulder environmental responsibilities resulting from EU adhesion.” (AD’s Electoral Manifesto, pages 89-90, March 2013)

The existence of operational scrapyards is an affront to Malta’s environmental obligations.

In scrapyards one finds discarded vehicles and other objects made primarily of metal  beyond their useful life. There are a number of operational scrapyards in various areas in Malta.  A major one was closed by MEPA some years back in Birżebbuġa. This is now in the process of reopening as an up to standard End of Life Vehicle facility based in Ħal-Far. The relative planning and environmental applications have been processed by MEPA and Malta Enterprise and the facility should be operational in the not too distant future.  There are other scrapyards (large and small) in various parts of the island. They are mostly an eyesore, generally a blot on the landscape as well as being the cause of negative environmental impacts.

Recycling scrap metal (and other materials) is an important economic activity which ensures that resources originally  extracted from the earth are kept in use and not discarded as waste. Recycling activity if properly managed is an important economic activity which is environmentally friendly. Employment created in this type of activity is an important source of green jobs.

Vehicles and equipment beyond its useful life cannot be disposed of haphazardly. Three specific EU Directives,  namely the End of Life Vehicle Directive (ELV), the Batteries Directive and the Waste from Electric and Electronic Equipment Directive (WEEE) establish  the responsibilities of EU member states to regulate in detail these specific waste streams.  The objective is to recover metals and other materials which would otherwise go to waste. Their recovery should however be carried out in an environmental friendly manner.

Each and every part of a vehicle or a piece of equipment should be dismantled with particular care being given to the collection of fluids and gases. No such care is afforded in scrapyards.

Similarly it is to be pointed out that the electric and electronic waste directive (WEEE) is not being properly implemented in Malta. This is due to the fact that there is a conflict between the responsibilities spelt out in the Directive and the eco-contribution charged in Malta on electric, electronic and white goods.

The WEEE Directive spells out and applies the responsibility of producers for disposing of the electric and electornic waste generated by their products. It does so to encourage producers to put on the market products which are easily recoverable and which can be recycled without much difficulty and expense. The recovery from consumers of electric/electronic products and white goods beyond their useful life can be carried out an at expense which in terms of the WEEE Directive is to be added to the purchase price. But the situation in Malta is such that the cost of processing the waste generated by electric/electronic products and white goods is already quantified as an eco-contribution. This was fairplay when there was no WEEE Directve in operation. But now producers would have to pay twice for the same service. They pay an eco-contribution on placing the product on the market and then they must pay once more to honour their WEEE committments.

In view of the above the WEEE Directive has not yet been properly implemented in Malta.

It is about time that we get our house in order. The politics of waste is a very important matter which has not yet been given sufficient thought.  Except that is for the siting of waste management faciltiies, which seems to be the only waste issue which has interested the public in recent years.

The Issues Paper published recently by Minister Leo Brincat makes scant reference to the above. Maybe this is because it is a preliminary document preceeeding the actual Waste Management Plan for 2014-20.

A structured discussion on waste policy will certainly be of help. Having a multitiude of public consultation exercises by the different Ministries launched during the summer period is not  good practice. It is an old trick played by those who want to  nominally honour their obligations to consult.  Hopefully when the actual draft Waste Management  Plan 2014-20 is available for consultation we will have ample time to discuss.

published in The Times of Malta, Saturday August 31, 2013