ILLUM : nuqqas ta’ spazju ?

illum

Fil-gazzetta Illum, ippubblikata illum il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2013 ippubblikat kummenti għal mistoqsijiet li staqsiet lil diversi persuni dwar Joseph Muscat u Simon Busuttil.

Il-mistoqsijiet kienu dawn:

  1. Kif tħares lejn l-ewwel 50 jum ta’ Joseph Muscat?
  2. X’taħseb fuq l-għażla ta’ Simon Busuttil?

Jiena ġejt mitlub il-kummenti tiegħi li tajthom imma ma ġewx ippubblikati kif ippreżentajthom jiena.

Ma nafx jekk hux minħabba nuqqas ta’ spazju.

For the record il-kummenti tiegħi huma dawk riprodotti hawn taħt. Il-parti bl-aħmar tħalliet barra mill-pubblikazzjoni:

Dwar l-għażla ta’ Simon Busuttil bħala Kap tal-PN:

“Huwa biss iż-żmien li jagħtina parir dwar jekk l-elezzjoni ta’ Dr Simon Busuttil bħala Kap tal-PN iġibx bidla, kif ukoll x’tip ta’ bidla, fil-PN. Il-bidliet fil-PN għadhom għaddejjin u mhux magħruf x’ser tkun il-forma finali tagħhom.

Alternattiva Demokratika m’hiex ser toqgħod tispekula dwar x’jista’ jiġri.”

Dwar l-ewwel ħamsin jum tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat :

Fl-ewwel ħamsin jum il-Gvern ta’ Muscat għadu qiegħed jipprova jaġixxi ta’ Gvern, diversi drabi aġixxa ta’ partit politiku. F’ ta’ l-inqas erba’ sitwazzjonijiet aġixxa b’mod diviżiv meta kellu soluzzjonijiet alternattivi li long term kienu jagħtuh riżultati aħjar.

L-ewwel: il-grad ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeri jeżisti biex jassigura kontinwita’ b’mod partikolari meta jkun hemm bidla tal-Gvern. It-tneħħija tal-parti l-kbira tas-Segretarji Permanenti kien żball fl-ewwel ġranet tal-Gvern li seta ġie evitat. Il-parti l-kbira minnhom kienu ser jispiċċaw xorta matul it-18-il xahar li ġejjin, bl-eta. Li stenna ftit kienu jinbidlu xorta bil-kwiet probabilment fi żmien sena.

It-tieni : id-diskors li l-Gvern ħejja għall-President tar-Repubblika kien wieħed partiġġjan u ma għamel l-ebda ġid lill-kariga.

It-tielet: inevitabilment f’dawn il-ħamsin ġurnata saru ħafna ħatriet. Kien hemm diversi minnhom li kienu ta’ natura partiġjana, fl-istess stil tal-gvernijiet immexxija mill-PN.

Ir-raba’: il-ħatra ta’ Franco Debono bħala koordinatur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali kienet waħda diviżiva. Tali ħatra kella issir b’konsultazzjoni mas-socjeta ċivili.

Fost il-miżuri posittivi tal-Gvern hemm il-bidu tal-implementazzjoni tal-proposti elettorali dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT  kif ukoll il-ftehim dwar il-kawża fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minn Joanne Cassar liema ftehim ser iwassal għat-dritt ta’ persuna transgender li tiżżewweġ.  AD giet mistiedna u aċċettat li tipparteċipa fil-Kumitat Konsultattiv li qed iħejji l-proposti konkreti għad-drittijiet tal-persuni LGBT. Ġew nominati u diġa qed jieħdu sehem Angele Deguara u Collette Farrugia Bennett biex jirrapprezentaw lill-AD.

Fost il-miżuri negattivi hemm l-inkoraġġiment tal-kaċċa fir-rebbiegħa  u issa jidher li l-Gvern qed jikkunsidra li jesperimenta ukoll bl-insib minkejja li din hu pprojibit mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll skada il-perjodu transitorju stabilit mit-trattat ta’ adezjoni.

Snippets from AD’s electoral manifesto: (21) Biodiversity

buskett.02

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

Biodiversity.

Biodiversity is not exclusively concerned with bird protection but on our interaction with the eco-system.

Alternattiva Demokratika shall focus on the need for the complete cessation of spring hunting as well as in ensuring that Malta’s EU accession commitments on the halting of bird trapping are honoured.

It is necessary that zones identified for protection under the provisions of the EU Habitats Directive are well managed. In particular it is necessary that Il-Buskett is no longer considered and utilised as a garden. The status of Il-Buskett as a Special Area of Conservation should be respected, something which is currently ignored.

Valley protection is also necessary. This has to be done within the context of a clear and holistic plan to rehabilitate valleys in such a manner that their resident biodiversity is respected and invasive species introduced throughout the years are removed.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Bijodiversità.

Il-bijodiversità mhix kif inħarsu lejn l-għasafar u l-ħarsien tagħhom biss iżda dwar l-interazzjoni tagħna mal-ekosistema.

Alternattiva Demokratika taħdem biex tkun eliminata darba għal dejjem il-kaċċa tal-għasafar fir-rebbiegħa kif ukoll biex l-obbligi li Malta assumiet bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea li l-insib spiċċa darba għal dejjem ikun onorat.

Huwa neċessarju li jkun mħarsa sewwa iż-żoni li Malta identifikat għall-protezzjoni taħt il-provedimenti tad-Direttiva tal UE dwar il-habitats. Fost oħrajn wasal iż-żmien li l-Buskett ma jibqax meqjus bħal ġnien u ma jibqax ikun sfruttat bħala tali. L-istatus tal-Buskett ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni huwa meħtieġ illi jiġi osservat, ħaġa li fil-preżentement mhix issir.

Huwa neċessarju ukoll illi l-widien ikunu mħarsa. Dan għandu jsir billi fil-kuntest ta’ pjan ċar u olistiku jkunu riabilitati l-widien b’mod li tkun rispettata l-bijodiversità ta’ ġo fihom u jkunu ukoll eliminati l-ispeċi invażivi li ġew introdotti tul is-snin.

Magħna taf fejn qiegħed

new identity

 Il-ġimgħa d-dieħla nisimgħu s-suffara li ssejjaħ elezzjoni ġenerali.

Alternattiva Demokratika ser terġa tkun hemm fuq id-Distretti kollha. F’uħud b’kandidat wieħed, f’oħrajn b’iktar.

Il-programm elettorali ta’ Alternattiva Demokratika bħal dejjem ser ikun ċar fuq issues li partiti oħra jevitaw. Hekk ġara fil-passat dwar id-divorzju u r-riforma tal-liġijiet tal-kera. Il-partiti l-oħra evitaw dawn is-suġġetti fil-kampanja elettorali imma mbagħad kellhom jiffaċċawhom fil-Parlament.

Alternattiva Demokratika m’hi ostaġġ ta’ ħadd, għalhekk titkellem ċar.

AD tkompli tkun l-akbar difensur ta’ dak li baqa’ mill-wirt ambjentali Malti, tistinka għal aktar spazji pubbliċi u infrastruttura aħjar. AD mħiex ostaġġ tal-kaċċaturi u n-nassaba, l-iffissati fil-logħob tan-nar, l-abitanti illegali tal-Armier, u spekulaturi u żviluppaturi bla rażan. Issejjaħ għal politika sostenibbli dwar l-art u l-ilma, għal politika ekonomika progressiva, bħal żieda fil-paga minima u taxxa mit-tielet proprjetà vojta lil hinn.

AD hi favur politika soċjali umana u drittijiet ugwali għal kulħadd, fosthom il-minoranzi fil-politika soċjali u tal-familja, bħall-persuni b’diżabilità, il-persuni LGBT u kull tip ta’ familja. AD hi favur ugwaljanza bejn is-sessi, id-dekriminalizzazzjoni tad-drogi għall-użu personali, u l-għajnuna għall-vittimi tad-droga minflok kriminalizzazzjoni.

AD lesta biex taħdem ma’ ħaddieħor, skont programm konġunt maqbul. Taħdem biex dak miftiehem jitwettaq meta nkunu fil-Parlament. Bħala sieħeb minuri, AD tistinka biex tkun żviluppata il-politika bil-kunsens u ma theddidx li tgħaddi tagħha akkost ta’ kollox, konxja mill-fatt li dan iġib l-instabilità.

Vot għal Alternattiva Demokratika jkun vot għall-bidla fil-mod ta’ tmexxija u favur stabbilità.

Jekk temmen li għandhom jkunu fuq quddiem il-ġustizzja soċjali, id-drittijiet ċivili, il-ġustizzja ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, il-modernizzazzjoni ekoloġika u, fuq kollox, ir-riforma tal-istituzzjonijiet għat-tisħiħ tad-demokrazija, mela taf fejn qiegħed mal-Alternattiva Demokratika. Vot għall-PN jew għall-PL ifisser vot għas-sistema staġnata taż-żewġ partiti.

Jekk vera trid il-bidla, ivvota Alternattiva. Magħna taf fejn qiegħed.

Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (1) L-Ambjent

logo2008_web1.jpg

Illum ser niffoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar l-ambjent.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Riforma tal-MEPA billi d-Direttorat ghall-Harsien tal-Ambjent jinfired mid-Direttorat tal-Ippjanar.

2. Id-decizjoni finali dwar il-hatra tal-membri tal-Bordijiet li jmexxu lill-MEPA u eventwalment lis-successuri taghha ma tkunx tal-Ministru izda ta’ Kumitat Parlamentari u dan wara smiegh pubblika. B’hekk tonqos il-possibilita li jinhatru persuni inkompetenti jew inkella persuni li l-unika kwalifika taghhom tkun it-tessera tal-Partit. Il-lealta tal-persuni mahtura tkun lejn il-Parlament u mhux lejn il-Ministru.

3. Jigi demokratizzat il-process tal-Ippjanar tal-Uzu tal-Art. Dan billi fost ohrajn progetti soggetti ghal EIA (studju dwar l-impatt ambjentali) ikun jista’ jsir referendum lokali dwarhom. Dwar dan ir-referendum ikunu jistghu jiehdu l-inizzjattiva 10% tar-residenti jew inkella l-Kunsill Lokali. Id-decizjoni tar-referendum lokali tkun torbot!  Il-process tad-demokratizzazzjoni jehtieg ukoll access  shih u komplet ghall-informazzjoni.

4. L-AD tassigura li jitharsu d-direttivi u r-regolamenti ambjentali kollha tal-EU. Dan jinkludi l-abolizzjoni darba ghall-dejjem tal-kacca w l-insib fir-rebbiegha.

5. Malta, bl-AD fil-Parlament, ma tibqax tinblokka kull proposta ghal titjib ambjentali fl-EU u tibda tiehu rwol proattiv dwar dan.

6. L-AD tiehu l-inizzjattiva biex il-Parlament ihassar ir-rizoluzzjoni li estendiet iz-zoni tal-izvilupp bla htiega u minghajr konsultzzjoni xierqa.

7. Jigi assigurat access hieles ghal art pubblika fil-kampanja kif ukoll ghax-xtut. Jigi assigurat li hadd ma jokkupa art pubblika illegalment.

8. Titfassal u wara li tkun approvata tigi implimentata ligi iktar wiesa’ dwar id-drittijiet tal-annimali.