Għamel tajjeb il-Partit Nazzjonalista li tkellem dwar l-abbuż ta’ Luciano Busuttil dwar l-isticker il-blu biex ikollu parking ipprivileġġjat.
Peró mhux ipokrezija li l-isticker il-blu tathom f’għajnhom u l-iskandlu taż–żejt ma xammewx? Kellhom jieħdu passi għax tkellem dwaru ħaddieħor. Mhux xi qaddisin kien dawk li tkellmu imma dawk li kienu nqarsu!
Il-Partit Nazzjonalista fl-Opposizzjoni jipprietka l-onestá, imma fil-Gvern wara ftit jitlef il-vista u ħafna affarijiet ma jarahomx!