Il-Kunsilli Lokali issa jridu jagħtu iżjed każ tal-ħofor fit-triq.
It-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar ordna lill-Kunsill ta’ Ħal-Balzan biex iħallas danni ta’ €180 lil persuna li spiċċat b’tyre tal-karozza li kellu jinbidel wara li r-rota tal-karozza spiċċat f’ħofra ftit fonda fil-wied ta’ Ħal-Balzan.
Il-każ ġara nhar it-18 ta’ Jannar 2012 u l-ħofra ma kienitx tidher għax kienet mimilja bl-ilma tax-xita. Il-Kunsill Lokali, irrappurtat it-Times online tal-lejla mhux biss naqas li jieħu ħieb adequat tat-tiswijiet meħtieġa fit-triq talli naqas ukoll li javża lis-sewwieqa b’sinjali ħdejn il-ħofra.
Din hi deċiżjoni importanti li l-Kunsilli Lokali kollha għandhom jagħtu każ.
Forsi xi darba kulħadd jibda jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.