The environmental deficit

 

traffic jam Malta

 

Going by the information available on the increased incidence of various types of cancers, both common and rare types, it is evident that the accumulated environmental impacts originating from human action is exacting its toll. Few make the link between the increased incidence of rare diseases,  cancers and environmental neglect accumulated over the years.  

Over the Christmas period, as a result of the never-ending humanitarian operations of the Community Chest Fund, we hear of the ever-increasing demand on state resources by those struck by cancer. The demand is such that the resources of the state have to be supplemented by the annual telethon which this year raised a record €5.5 million.

The advertising blitz on the switching over of Malta’s power generation from one dependent on heavy fuel oil to natural gas informs us that air quality in Malta will improve substantially as a result. This statement is only partially correct as the major contributor to Malta’s poor air quality was not power generation but the ubiquitous and exponential increase of cars on our roads.

The cars on our roads are part of the real “cancer factory” in operation on Maltese territory.

As is evidenced by the substantial investments channeled towards the improvement of the road infrastructure, it is clear that the political will to address this issue is very weak. Improved road infrastructure, such as the construction of flyovers to ease traffic congestion, will only increase the dependence on cars. In the long term, this improvement to the road network will hamper the drive to shift custom to public transport. Consequently, it will serve to further increase cars on our roads and will hence contribute to an increase in the output of the “cancer factory”.

Public transport has been improved as is evidenced by a gradual increase in its use. Various initiatives to encourage the use of public transport have been introduced. However, the Maltese state is sending conflicting signals when it simultaneously speaks in favor of public transport yet invests heavily to facilitate the continued domination of our roads by private cars.

Lack of adequate environmental protection in the past has contributed to an ever-accumulating environmental deficit which in turn will lead to total and complete bankruptcy as no one is in a position to bale out Mother Earth.

Environment protection is multifaceted. Addressing the different waste streams and seriously plotting the path to the 2050 zero waste targets established by Malta’s Waste Management Strategy would definitely signify that we are in earnest. However, it is certainly not enough. What about the excessive use of pesticides which still end up contaminating our food chain? Or what about our water table, which in addition to being depleted is also contaminated with pesticides and fertilisers?   I could go on and on with a never-ending list of examples.

The environmental deficit is constantly on the increase. Each generation creates additional environmental impacts without in any way adequately addressing the accumulated impacts handed down by the previous generations. Governments are worried by economic deficits, yet few seem to be worried by the accumulating environmental deficit. We are using the earth’s resources as if tomorrow will never come.

No one will bail us out from the consequences of this deficit, yet nature has its own way of extracting its dues. Climate change, the collapse of agriculture in various countries and a higher incidence of common and rare forms of cancers are all different forms of payment which nature is extracting. These bills can only be avoided (in the long term) if we switch back to operating in a manner which is compatible with nature.

Otherwise the accumulating environmental deficit will bankrupt humanity.

published on The Independent on Sunday – 1 January 2017

Advertisements

L-iżbilanċ ambjentali

 

traffic.Marsa

 

Minn dak li hu magħruf dwar l-inċidenza dejjem tikber tal-cancer, jidher li l-impatti ambjentali tal-ħidma tal-bniedem qed ikollhom effett qawwi. Ftit huma dawk li huma konxji dwar ir-rabtiet li hemm bejn il-ħsara ambjentali u uħud mill-mard rari li s-soċjetá tagħna qegħda tiffaċċja.

Fil-ġranet tal-Milied, riżultat tal-ħidma bla heda tal-Community Chest Fund, nisimgħu dwar id-domanda ma tieqaf qatt għas-servizzi li jagħti l-istat lil dawk milquta minn kull forma ta’ cancer. Id-domanda hi tant kbira li riżorsi tal-istat huma mgħejjuna mill-ġbir li jsir waqt l-Istrina, li, din is-sena laħaq is-somma record ta’ €5.5 miljuni.

Il-Gvern qed ixandar riklami dwar il-qalba tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn waħda dipendenti fuq il-heavy fuel oil għal waħda dipendenti fuq il-gass naturali. F’dawn ir-riklami qed jgħidulna li ser ikollna titjib fil-kwalitá tal-arja bħala riżultat ta’ din il-qalba. Din id-dikjarazzjoni (tar-riklami) hi biss parzjalment korretta. Dan minħabba li l-kontributur ewlieni għall-kwalitá tal-arja f’Malta qatt ma kienet il-ġenerazzjoni tal-elettriku iżda n-numru ta’ karozzi fit-toroq li donnu ma jispiċċa qatt. Huma dawn il-karozzi fit-toroq li jiffurmaw parti mill-fabbrika reali tal-cancer f’Malta.

Kif anke jidher mill-investimenti sostanzjali dedikati għal titjib fl-infrastruttura tat-toroq huwa ċar li r-rieda politika biex dan ikun indirizzat hi dgħajfa. Għax iktar ma titjieb l-infrastruttura tat-toroq, iktar ikunu inkoraġġiti karozzi fit-toroq, għax it-triq għalihom tkun iffaċilitata. It-titjib fl-infrastruttura tat-toroq, iżżid id-dipendenza tagħna lkoll fuq il-karozzi u bħala riżultat ta’ dan, tostakola l-ħidma biex iktar nies tuża t-trasport pubbliku.

Sar titjib fit-trasport pubbliku, anke bħala riżultat ta’ diversi inizzjattivi li ttieħdu. Imma l-pajjiż qed jagħti sinjali konfliġġenti, għax filwaqt li qiegħed jinkoraġixxi l-użu tat-transport pubbliku, fl-istess ħin qed jinvesti flejjes sostanzjali biex jiffaċilita l-kontinwazzjoni tad-dominazzjoni tat-toroq tagħna mill-karozzi.

Il-ħarsien tal-ambjent jinvolvi ħafna ħidma diversa. Jinkludi ħidma biex ikunu indirizzati b’serjetá s-sorsi differenti ta’ ġenerazzjoni tal-iskart biex b’hekk infasslu t-triq li biha rridu naslu ħalli nilħqu l-mira ta’ “skart zero”. Din hi mira stabbilita mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Iskart u trid tintlaħaq sal-2050. Dan ċertament li mhux biżżejjed. X’ngħidu għall-użu eċċessiv ta’ pestiċidi li mhux biss qed jikkontamina dak li jkun prodott fir-raba’ imma parti minnu jispiċċa ukoll f’dak li baqa’ mill-ilma tal-pjan?

L-iżbilanċ ambjentali qiegħed dejjem jiżdied. Kull ġenerazzjoni qed tispiċċa żżid l-impatti mingħajr ma tindirizza sewwa l-impatti akkumulati li tkun wirtet mill-ġenerazzjoni ta’ qabilha.

Il-Gvernijiet qed jinkwetaw fuq l-iżbilanċ finanzjarju imma ftit wisq minnhom jinkwetaw fuq l-iżbilanċ ambjentali li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed imur għall-agħar. Ir-riżorsi tad-dinja qed jintużaw qieshom bir bla qiegħ.

In-natura għandha l-modi tagħha kif iġġiegħlna nħallsu għal dan l-iżbilanċ ambjentali. It-tibdil fil-klima, l-kollass tal-agrikultura f’diversi pajjiżi kif ukoll iż-żieda qawwija ta’ kull xorta ta’ cancer huma kollha tweġiba tan-natura li biha kull wieħed minnha qiegħed jerfa’ l-piz tal-ħsara li saret lin-natura. Dawn il-kontijiet li qed tibgħatina n-natura jistgħu jonqsu fil-futur jekk nibdew minn issa ngħixu b’mod li joħloq inqas ħsara ambjentali. Jekk dan ma jseħħx il-kontijiet tan-natura, bla ebda dubju, jwasslu għal kollass totali.

ippubblikat fuq Illum – Is-Sibt 31 ta’ Diċembru 2016

Solidarjetá staġjonali?

solidarity

Is-solidarjetá, bla dubju, hi waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ pajjiżna f’dan iż-żmien tas-sena. Dan hu tajjeb u ilu hekk għal żmien twil.

Din is-solidarjetá timmanifesta ruħha b’diversi modi, imma prinċipalment permezz tal-ġenerożitá, bosta drabi qawwija, favur kawżi ġusti. Matul dawn il-ġranet, isir ġbir sostanzjali għall-Community Chest Fund, għad-Dar tal-Providenza u anke għal diversi kawżi ġusti oħra. Hi solidarjetá staġjonali, solidarjetá għax-xahar tal-Milied.

Filwaqt li dan huwa kollu pożittiv, ikun tajjeb kieku naħsbu ftit kif nistgħu mmorru lil hin minn solidarjetá staġjonali, għal solidarjetá li tkun preżenti fl-istaġuni kollha. Għax filwaqt li hu tajjeb li fi żmien il-Milied nieqfu ftit u ndaħħlu jdejna fil-but biex inkunu ta’ għajnuna għal min għandu bżonnha, ikun floku iktar jekk nirrealizzaw li l-ħtieġa għall-għajnuna qegħda hemm fil-bqija tal-ġranet tas-sena ukoll. Għax is-sena fiha 364 jum ieħor, barra mill-Milied! U f’sena bħall-2016, ikun hemm ġurnata żejda ukoll.

Il-ħajja hi mgħaġġla. Fl-inħawi mibnijin b’mod intensiv f’dawn l-aħħar snin, naqas sewwa s-sens ta’ komunitá li kienet tinħass ferm iktar meta l-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula tagħna kienu ħafna iżgħar milli huma illum. Fi blokki kbar ta’ flats, wieħed ħdejn l-ieħor, ħafna drabi qieshom gallinari tal-konkos, illum l-individwu jintilef fil-massa u mhux dejjem faċli li nindunaw b’dawk fostna li jkunu jeħtieġu l-għajnuna fil-mument li dawn ikunu jeħtiġuha. Ħafna drabi, lanqas ma huwa possibli li dawk li jmexxu s-servizzi li jipprovdi l-istat jindunaw mill-ewwel b’dawk li jkunu jeħtieġu l-għajnuna.

Il-Kunsilli Lokali jista’ jkollhom rwol importanti f’dan ir-rigward. Rwol li uħud minnhom, minkejja l-limitazzjoni ta’ riżorsi, diġa qed jippruvaw jiżviluppaw bil-mod. Mertu għal dan, huwa s-sens ta’ inizjattiva li għandhom uħud mill-kunsilliera lokali tagħna u l-imħabba tagħhom lejn lokalitajiet ħajjin li jagħtu kontribut siewi biex jissaħħu l-egħruq tal-komunitajiet tagħna . Għax il-politika soċjali, biex tkun mill-iktar effettiva, teħtieġ li tkun applikata l-iktar viċin possibli tal-egħruq tas-soċjetá. Hemmhekk, fejn il-biki jinstema’ mill-viċin u fejn l-uġiegħ jinħass sewwa.

Il-biki u l-krib ta’ min qiegħed ibati u l-uġiegħ tal-imġarrab ma jeżistux biss fil-ġranet tal-Milied. Jeżistu ukoll matul l-istaġuni l-oħra, meta l-parti l-kbira tagħna, inkunu għaddejjin bil-ħajja “normali”.

Anke f’dawk il-ġranet hemm ħtieġa tas-solidarjetá.   Għax l-ispirtu tal-Milied għandu japplika matul is-sena kollha.

Ippubblikat fuq Illum – Is-Sibt 24 ta’ Diċembru 2016

Mill-karità għall-ġustizzja soċjali

Charity

Il-ġenerosità tal-poplu Malti hi kbira, kważi bla limitu. Dan jixhduh il-fondi li nġabru mill-Istrina għall-Community Chest Fund l-għada tal-Milied kif ukoll il-fondi li nġabru l-bieraħ b’risq id-Dar tal-Providenza.

Matul is-sena jinqalgħu diversi ċirkustanzi oħra li għalihom ukoll ikun hemm rispons tajjeb.

Huwa tajjeb li nagħmlu l-karità. Peró dan mhux biżżejjed.

Mill-karità irridu naslu għal ġustizzja soċjali iktar effettiva. Għas solidarjetà. Għax il-fatt li hemm il-ħtieġa ta’ din il-karità kollha ifisser bla ebda dubju li x-xibka tas-servizzi soċjali li għandu l-istat m’humiex jilħqu lil kulħadd.

Huwa neċessarju li flok ma naraw lill-Ministru tal-Finanzi fl-Istrina jippreżenta ċekk ta’ €60,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti naraw żieda sostanzjali fil-fondi allokati lill-Ministeri tas-Saħħa u tas-Sigurtà Soċjali.

Imma jekk il-Gvernijiet ser jibqgħu jnaqqsu it-taxxa tad-dħul, dan ma jistax isir.

Gvern progressiv, minn dan kollu jasal għall-unika konklużjoni loġika: mill-karità jgħaddi għal ġustizzja soċjali iktar effettiva.

 

L-inċident f’Paqpaqli : il-mistoqsija li teħtieġ tweġiba

paqpaqli 2015

L-inċident tal-bieraħ f’”Paqpaqli għall-iStrina” hu wieħed serju ħafna.

Il-bieraħ stess Alternattiva Demokratika esprimiet is-solidarjetà mal-vittmi kollha ta’ din il-ġrajja traġika. Kienu hemmhekk biex jieħdu pjaċir u fl-istess ħin jagħtu kontribut b’risq attività ta’ solidarjetà b’risq il-Community Chest Fund.

Nawgura li l-ġenerożità tagħhom tiġi ppremjata billi joħorġu minn din il-ġrajja drammatika mingħajr konsegwenzi serji għall-bqija ta’ ħajjithom.

Hu floku ukoll li nosservaw li s-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei kien effettiv. Ta’ dan ħaqqu l-prosit kull min kellu sehem.

Imma tibqa’ mistoqsija iebsa li nittama li tiġi mwieġba mill-inkjesti li bdew jew li għad iridu jsiru. Meta ser nibdew nagħtu każ tal-ħarisen tas-sigurtà  (safety) bis-serjetà f’dan il-pajjiż?