Il-gwerra ċivili fil-Partit Nazzjonalista

Il-gwerra ċivili li bħalissa għaddejja fil-PN ma hi ser tagħmel ġid lil ħadd. La fil-PN u l-anqas barra minnu.

Kuntrarju għal dak li jingħad minn uħud f’mumenti ta’ saħna u rabja, l-qagħda attwali tal-PN la ħi ħtija ta’ Adrian Delia u l-anqas ma hi ħtija ta’ Simon Busuttil. Għalkemm it-tnejn li huma ikkontribwew għad-diżintegrazzjoni tal-partit, pass wara pass, fl-aħħar it-tnejn huma ukoll vittmi ta’ ċirkustanzi li ilhom jiżviluppaw sa minn l-aħħar leġislatura li fiha l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern.

Kien żmien li l-PN fil-Parlament iffaċċa rewwixta fil-grupp parlamentari. Irribellaw mhux biss dawk li eventwalment ivvutaw kontra l-PN fil-Gvern, jiġifieri Franco Debono, Jeffrey Pullicino-Orlando u Jesmond Mugliett, imma bosta oħrajn fuq materji serji ħafna. Xi darba l-istorja reali tinkiteb.

Tiftakru, per eżempju lil Robert Arrigo, illum Viċi Kap, iqabbel lit-tmexxija tal-PN (ta’ Lawrence Gonzi) ma karozza miexja fuq 4 flat tyres?

Hu ċar ħafna li l-kriżi tal-lum fil-PN għandha egħruq fondi li jmorru lura s-snin. Kriżi li tħalliet tikber mingħajr ma tkun indirizzata sakemm issa tant kibret bil-konsegwenzi disastrużi li qed naraw jiżviluppaw.

Ir-riżenji u l-isfiduċja ma huma ser isolvu xejn. Il-PN għandu bżonn li jfittex il-kawża vera u jindirizzha. Sakemm jagħmel hekk ser ikompli jitmermer biċċa biċċa.

(żieda: qed inżid kumment li għamilt fuq facebook bħala parti minn diskussjoni għaddejja fuq dan il-blogpost)

Il-problema hi kbira għax ma ġietx indirizzata għal snin twal.

Kien hemm żmien meta setgħet tissolva bi ftit ħsara. Issa, naħseb li tkun xi tkun is-soluzzjoni, l-ħsara hi enormi. Dan jgħodd ukoll f’kaz li ma jsir xejn, f’liema każ il-ħsara hi ikbar.

Dawn tiegħi huma riflessjonijiet minn barra. Minn barra ma nippretendix li nista’ nidentifika l-aħjar soluzzjoni imma biss li niġbed l-attenzjoni li din is-soluzzjoni tista’ tkun identifikata biss bħala riżultat ta’ analiżi serja.

L-eserċizzju m’għandux ikun dwar min għandu t-tort jew ir-raġun iżda dwar soluzzjonijiet prattiċi.

Hu ovvju li kull min qed jitkellem għandu l-preġudizzji tiegħu jew tagħha. Imma hu importanti li fid-diskussjoni li qed tiżviluppa jonqos (preferibilment jieqaf) il-kliem ta’ disprezz u insult għax jekk dan ser jibqa’ jikkarga mhux diffiċli ħafna biex tifhem x’ser ikunu l-konklużjonijiet.

Għalkemm jiena llum qiegħed immexxi partit politiku ieħor huwa fatt li l-parti l-kbira tal-ħidma politika tiegħi għamiltha fil-PN, li kien sostanzjalment differenti mill-PN tal-lum. Jiena konxju li t-tluq tiegħi mill-PN ftit iktar minn ħdax-il sena ilu kienet r-reazzjoni tiegħi għall-fażi inizzjali ta’ din is-saga. Dakinnhar jiena għamilt ġudizzju li l-affarijiet probabbilment imorru għall-agħar. Sfortunatament hekk ġara.

 

Advertisements

Fil-PN: Lawrence Gonzi l-medjatur

 

Adrian Delia, Kap tal-Opposizzjoni, huwa u jistkenn bejn attakk u ieħor li huwa soġġett għalihom bħalissa, diversi drabi ġie rappurtat jgħid li ħadd mhu ikbar mill-partit. Naħseb li jemminha din id-dikjarazzjoni għax jidher li jgħidha b’ċerta konvinzjoni. Fir-realtá l-affarijiet huma ħafna differenti minn hekk. Għax ilu li spiċċa ż-żmien li l-mexxej jordna u l-bqija jimxu warajh b’għajnejhom magħluqa.

Partit politiku hu kbir jew żgħir skond kemm jirrispetta lil dawk fi ħdanu. Għax jekk ma jirrispettax lilhom, kif qatt jista’ jirrispetta lil dawk barra minnu?

Il-Partit Nazzjonalista jidher li għadu ma tgħallem xejn mill-esperjenzi tal-konfront li kellu ma’ Franco Debono li l-enerġija tiegħu, flok ma ġiet utilizzata favur inizjattivi kostruttivi spiċċat intużat biex toħloq ħerba. Kien hemm mumenti fis-saga Franco Debono li l-PN seta’ jevita din il-ħerba, jew tal-inqas inaqqas il-konsegwenzi negattivi, imma minflok, il-Kap tal-PN ta’ dakinnhar Lawrence Gonzi għamel żbalji wieħed wara l-ieħor: ipprova jpoġġi lil Franco Debono f’rokna u minflok spiċċa fir-rokna huwa.

Il-Parlament, dakinnhar, fl-2012, kellu quddiemu żewġ mozzjonijiet. Waħda kienet imressqa mill-membri parlamentari Josè Herrera u Michael Falzon għall-Opposizzjoni Laburista, liema mozzjoni kienet kritika tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern u kienet tikkonkludi b’dikjarazzjoni ta’ sfiduċja f’Carm Mifsud Bonnici, dakinnhar Ministru. Il-mozzjoni l-oħra kienet imressqa minn Franco Debono u filwaqt li kienet ukoll kritika tal-politika tal-Gvern fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern ma kienet titlob l-ebda sfiduċja iżda kienet titlob diskussjoni fuq numru ta’ inizjattivi f’dawn l-oqsma.

Is-sens komun iwasslek biex tikkonkludi li jekk kellek tagħżel bejn iż-żewġ mozzjonijiet kont tagħżel dik ta’ Franco Debono bl-intenzjoni li tnaqqas kemm tista’ l-konsegwenzi kif ukoll bit-tama li tiffoka fuq titjib fil-qasam taħt diskussjoni u forsi tikkontribwixxi biex tikkalma xi ftit is-sitwazzjoni. Nafu li Lawrence Gonzi poġġa fuq l-aġenda tal-Parlament il-mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-Opposizzjoni u dan, b’mod ċar, biex jisfida lil Debono. Iffaċċjat b’dan l-atteġġjament ta’ Lawrence Gonzi, Franco Debono ma kellux għażla, irvella u daħal għall-isfida bir-ras nhar it-30 ta’ Mejju 2012 meta ivvota favur il-mozzjoni mressqa mill-Opposizzjoni.

Dan l-iżball tattiku ta’ Lawrence Gonzi wassal għal konsegwenzi gravi fuq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Nafu kif is-seduti Parlamentari bejn Mejju 2012 u l-aħħar ta’ dik is-sena kienu battalja kontinwa li spiċċaw bin-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-budget.

Jidher li l-PN ma tgħallem xejn minn dak l-iżball: forsi għalhekk Lawrence Gonzi jrid jagħmilha tal-medjatur biex jiggwida ftit lil Adrian Delia ‘l bogħod mill-periklu li jidher li daħal għalih meta stieden lil Simon Busuttil biex jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari!

Lawrence Gonzi kellu Franco Debono wieħed. Wara żdiedlu Jeffrey Pullicino Orlando u mbagħad ingħaqad magħom ukoll Jesmond Mugliette. Kien hemm bosta oħrajn fil-grupp parlamentari li dakinnhar kienu kritiċi tat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi imma qatt, safejn naf jien, ma ippreżentaw front wieħed biex jikkontestaw l-arroganza fit-tmexxija tal-Partit. In parti dan kien minħabba li ma kellhomx uniformitá ta’ ħsieb u/jew viżjoni.

Jidher li l-affarijiet qed jinbidlu. Il-front komuni li qed jippreżenta parti mill-grupp parlamentari nazzjonalista, illum b’solidarjetá ma’ Simon Busuttil jista’ jwassal lill-PN biex jiġi f’sensieh u tal-inqas jibda jirrispetta lil dawk fi ħdanu.

Bla dubju hemm x’tgħid favur kif ukoll kontra dak li qed jinsisti dwaru Adrian Delia. Pero żgur li m’humiex deċiżjonijiet li l-ewwel tħabbarhom f’konferenza tal-aħbarijiet (ftit wara li jkun jħabbarhom Joseph Muscat) u mbagħad, iffaċċjat b’reazzjoni kuntrarja iddur fuq ta’ madwarek għall-appoġġ. Id-deċiżjonijiet li qiegħed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista jirrikjedu diskussjoni serja li minna ħadd ma għandu jkun eskluż. Forsi l-medjatur jgħallimhom, mill-esperjenza tal-iżbalji tiegħu.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018

Lawrence Gonzi the PN mediator

 

Adrian Delia, Leader of the Opposition, has many a time been reported as stating that “no one is greater than the Party”. It seems a basic article of his political faith. Unfortunately for him, nowadays reality is quite different. Gone are the days when the leader issues orders and everyone follows blindly because the party has spoken.

The greatness of a political party is not measured in such terms but more in terms of to what extent it is capable of respecting its own. If it is not capable of doing this, how on earth can it ever respect diverging and contrasting opinions out there?

Six years down the line, the PN, apparently, has not yet drawn any lessons from the Franco Debono debacle, whose energy and enthusiasm – instead of being used positively –  ended up causing extreme havoc. There were specific instances when the PN could have avoided most of the damage caused, if the then PN party leader, Lawrence Gonzi, had not embarked on a series of tactical errors: he tried to corner Franco Debono into submission but instead triggered an over-reaction which he was not capable of handling.

Two specific motions were pending on Parliament’s agenda in 2012. One of these motions, submitted on behalf of the Opposition by its MPs Josè Herrera and Michael Falzon, was critical of government policy in the areas of justice and home affairs and ended by requesting a vote of no confidence in then Minister Carm Mifsud Bonnici. Another motion, presented by Franco Debono himself, while being equally critical of the same policy areas, was limited to requesting a detailed discussion of deficiencies in these policy areas.

Common sense would have led anyone in a position to choose which of the motions was to be discussed to opt for the Franco Debono motion, as it was clearly the one that could cause the least collateral damage. It was also possible that the Franco Debono motion could develop into a serious discussion and consequently the situation could calm down.

Lawrence Gonzi then proceeded to place on the Parliamentary agenda the no confidence motion presented by the Opposition, consequently calling Franco Debono’s perceived bluff. Faced with Gonzi’s challenge Franco Debono bit the bullet and, on the 30 May 2012, voted in favour of the no confidence motion moved by the Opposition.

It was a tactical error by Lawrence Gonzi and led to very serious consequences for the PN in government. We remember that parliamentary sittings between May and December 2012 were a continuous battle that led to the government being defeated when it presented its budgetary estimates.

Apparently, the PN has not learned anything from these blunders: maybe this is why Lawrence Gonzi is offering his “mediation skills” to guide Adrian Delia away from the dangers that he has created for the PN with his invitation to Simon Busuttil to auto-suspend himself from the PN Parlamentary Group!

Lawrence Gonzi had one Franco Debono, who was subsequently joined by Jeffrey Pullicino Orlando and Jesmond Mugliette and there were various other members of the then PN parliamentary group who were very critical of Lawrence Gonzi’s leadership. However, as far as I am aware, they never presented a coordinated front to stand up to the leadership’s arrogance. This, most probably, was the direct consequence of the fact that there was a lack of a uniform vision among those dissenting.

Well, times are changing. The common front of the PN parliamentary dissidents supporting Simon Busuttil may bring the PN to its senses in order that it may start respecting its own.

There is, without any doubt, much to say – both in favour and against Adrian Delia’s invitation to Simon Busuttil. These matters are, however, not normally announced in a PN press conference (after being prompted by Joseph Muscat) and then, faced with opposition, being rubber-stamped by a party structure. The decisions faced by the PN require a serious internal debate from which no-one should be excluded. The mediator may, as a result of his experience, guide the PN to avoid the pitfalls ahead. Otherwise, interesting times lie beyond the horizon.

published in The Malta Independent on Sunday – 29 July 2018

Is-sit tal-ITS f’Pembroke : l-art pubblika, profitti tal-privat

L-iżvilupp tas-sit preżentement okkupat mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Pembroke reġa’ fl-aħbarijiet. Is-settur pubbliku jipprovdi l-art filwaqt li l-Grupp dB jimpala l-euro, bil-miljuni.

Matul din il-ġimgħa l-media tkellmet dwar il-miljuni li qed jiġi miftieħem li jitħallsu għall-bejgħ eventwali ta’ sulari sħaħ fit-torrijiet tal-Grupp dB. Dawn m’humiex flejjes li ser jitħallsu għal xiri ta’ propjetà fuq il-pjanta, għax s’issa la hemm permessi u l-anqas għad m’hemm l-ebda pjanta ffinalizzata. L-awtoritajiet tal-ippjanar għadhom fl-istadji inizzjali fl-eżami tagħhom tal-proġett propost: l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kif bdiet il-proċess ta’ konsultazzjoni statutorja dwar l-Istudju tal-Impatt Ambjentali (EIA) li għandu għaddej sat-12 ta’ Frar. Minkejja li l-ERA għad tista’ tirrakkomanda tibdil, żgħir jew kbir, fil-proġett wara li tkun ikkunsidrat bir-reqqa l-EIA, qiesu li l-iżviluppaturi huma ċerti li mhu ser ikun hemm l-ebda konsiderazzjoni ta’ ippjanar jew ambjent li ser ixxekkel dak li bosta jqiesu li hu proġett żejjed u mhux meħtieġ.

Id-dokumenti ppreżentati għall-iskrutinju pubbliku huma sostanzjali u voluminużi. Imma possibilment fihom in-nieqes u għaldaqstant diġa ktibt lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi biex tirrimedja u tippubblika dak li ġie identifikat bħala nieqes s’issa.

Dokument ta’ interess li insibuh fuq is-sit elettroniku tal-ERA huwa l-Project Description Statement (PDS) li tħejja minn ditta (partnership) ta’ periti li ftit kienet magħrufa s’issa. Din id-ditta iġġib l-isem ta’ Landmark Architects u jirriżulta li titmexxa mill-ekx-Ministru tat-Trasport il-Perit Jesmond Mugliett.

Fil-paġna 5 ta’ dan id-dokument, il-Perit Mugliett jikteb hekk “Nhar it-2 ta’ Frar 2017, il-Gvern u s-soċjetà dB San Gorg Property Limited iffirmaw il-kuntratt għat-trasferiment tal-art li dwarha ħarġet sejħa pubblika għall-proposti. Kemm il-Gvern ta’ Malta kif ukoll is-soċjetà dB San Gorg Property Limited jaqblu li l-evalwazzjoni tal-proġett ta’ żvilupp m’għandhiex iddum iktar mill-perjodu minimu stabilit mill-leġislazzjoni tal-ippjanar. (On the 2nd of February 2017, the Government of Malta and dB San Gorg Property Limited signed the contract for the granting of the RFP site. Both the Government of Malta and dB San Gorg Property Ltd. agree that evaluation of the project development should not extend beyond the minimum time frames established by Planning Law.) Fil-fehma tiegħi dan ifisser li l-Gvern diġa rabat idejn l-Awtorità tal-Ippjanar dwar kif din għandha topera f’dan il-kaz.

L-iżviluppatur donnu mhux inkwetat li l-Masterplan imfassal għal Paceville ġie skartat u beda l-proċess biex dan jitfassal mill-ġdid u dan wara l-konsultazzjoni pubblika mqanqla li kellna lejn tmiem l-2016. L-awtur tal-PDS fil-fatt jinfurmana li “L-Gvern ta’ Malta u s-soċjetà dB San Gorg Property Limited komplew bin-negozjati, u eventwalment qablu li ma kienx fl-interess tal-proġett, tal-industrija Maltija tat-Turiżmu u tal-ekonomija Maltija li joqgħdu jistennew li jkun konkluż dan il-Masterplan.” (The Government of Malta and dB San Gorg Property Limited continued with negotiations, eventually coming to an agreement that it was not in the interest of the project, the Maltese Tourism Industry and the Maltese economy to wait for the conclusion of this masterplan.)

Dan, fil-fehma tiegħi jimmina l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Għax liema huma r-regoli u policies tal-ippjanar li l-Awtorità tal-Ippjanar ser isegwi fuq is-sit illum okkupat mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Il-proposta diġa tidher ċar li tmur kontra dak li jipprovdi l-pjan lokali tal-2006 li hu applikabbli. Allura fuq liema kriterji ser tkun ivvalutata l-proposta ta’ żvilupp?

Xi żmien ilu konna infurmati li l-ebda żvilupp fl-inħawi m’hu ser jitħalla jibda sakemm ikun konkluż Masterplan ġdid għal Paceville. Dakinnhar kien emfasizzat li l-proposti dwar is-sit tal-ITS f’Pembroke seta jkun evalwat biss wara l-approvazzjoni tal-Masterplan ġdid għal Paceville.

Din hi wegħda li kienet skartata kompletament!

Kien ukoll ġie mwiegħed li l-Masterplan il-ġdid ma kienx ser ikun imniġġes minn kunflitti ta’ interess. Tgħid din il-wegħda ser tkun injorata ukoll?

 

ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd : 21 ta’ Jannar 2018

Pembroke ITS site : public land – private profits

 

The redevelopment of the site currently occupied by the Institute for Tourism Studies (ITS) in Pembroke is again in the news: the public sector is providing the land while the dB Group will rake in the profits – amounting to millions of euro.

During the week various media outlets focused on the millions being forked out for the eventual purchase of entire floors in the dB Group towers. These are not the price for purchase of property still on plan, because no permits have yet been issued, nor have the plans as yet been finalised. The examination of the proposed development by the planning authorities is still in its initial stages: the Environment and Resources Authority (ERA) has just kicked off the Environment Impact Assessment (EIA) statutory consultation period, which is scheduled to run until 12 February. Notwithstanding the fact that the ERA may recommend changes to the planned project as a result of its consideration of the EIA, it seems that the developers are sure that there will be no planning or environmental issues which can put the breaks to what most people consider an ill-advised project.

The documents presented for public scrutiny are voluminous, but possibly incomplete, and I have already written to ERA to complete the missing information gaps, at least those identified to date.

A basic document of interest, available on the ERA website, is the Project Description Statement (PDS) – the work of an as yet unknown partnership of architects going by the name of “Landmark Architects”. It transpires that this partnership is headed by former Transport Minister Jesmond Mugliett, who writes on page 5 of the PDS : “On the 2nd of February 2017, the Government of Malta and dB San Gorg Property Limited signed the contract for the granting of the RFP site. Both the Government of Malta and dB San Gorg Property Ltd. agree that evaluation of the project development should not extend beyond the minimum time frames established by Planning Law.” To my mind this signifies that the government has already tied the Planning Authority’s hands as to how it should operate in this case.

The developer is not (apparently) worried that the Paceville Master Plan was sent back to the drawing board after the agitated public consultation late in 2016. The author of the PDS, in fact, informs us that “The Government of Malta and dB San Gorg Property Limited continued with negotiations, eventually coming to an agreement that it was not in the interest of the project, the Maltese Tourism Industry and the Maltese economy to wait for the conclusion of this masterplan.”

Does this not undermine the whole consultation process? What planning rules and/or policies will the Planning Authority follow at the former ITS site? On what criteria will the development proposal be evaluated – it already clearly goes beyond what is permitted in the applicable 2006 local plan.

Some time ago, we were informed that no new developments in the area would be given the go-ahead until such time as a new draft Paceville Master Plan was launched. It was then emphasised that the proposals for the Pembroke ITS site can only be properly assessed when the Paceville Master Plan is in place.

This pledge has been blatantly ignored by the development proposal.

It was also pledged that the new proposed Master Plan will not be tainted by conflicts of interest as was the original one. Will this pledge also be ignored?

published in The Malta Independent on Sunday : 21 January 2018

Bejn RCC u Olaf Terribile

RCC

 

Tiftakru meta l-Partit Laburista fil-Parlament ressaq mozzjoni ta’ ċensura kontra Richard Cachia Caruana? Il-mozzjoni dakinnhar kienet ġiet approvata għax Jeffrey Pullicino Orlando kien ivvota mal-Opposizzjoni u Jesmond Mugliette kien astjena.

Dakinhar fuq dan il-blog jiena kont ktibt li r-raġunijiet li kienu inġiebu mill-Opposizzjoni Laburista biex jiġi ċċensurat RCC kienu imġebbda. Għax dak li ntqal dakinnhar, kieku kien minnu, ma kienx jiġġustifika ċ-ċensura ta’ RCC imma tal-Gvern!

Li għamel il-grupp Parlamentari Laburista tlett snin ilu kien li ħa posizzjoni illi l-ħatriet fil-korp diplomatiku kellhom ikunu mgħarbla mil-Parlament. Tista’ taqbel jew ma taqbilx mat-tiġbid tal-argumenti imma naħseb li kien pass il-quddiem li f’Ġunju 2012 il-Parlament Malti iddiskuta l-ħidma tal-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.

F’dawn il-ġranet huwa imminenti li l-Gvern iħabbar il-ħatra ta’ ambaxxatur ġdid ta’ Malta għar-Republika tal-Poplu taċ-Ċina. Xniegħat persistenti jindikaw li ser jinħatar Olaf Terribile bħala ambaxxatur. Probabbilment li din il-ħatra tiegħu tidħol fis-seħħ fl-istess jiem meta hu mistenni li jirriżenja t-Tabib George Vella minn Ministru għall-Affarijiet Barranin minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Olaf Terribile għandu passat ikkulurit ħafna fis-servizz pubbliku. Kien Segretarju Privat tal-ex-President George Abela li kien neħħieh għax tilef il-fiduċja fih.

Ikun interessanti kieku l-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin jitħajjar jgħarbel il-ħatra tal-Ambaxxatur il-ġdid Olaf Terribile. Hu xieraq li jkun assigurat li Terribile għandu l-kompetenza biex jirrappreżenta lill-pajjiż li ma jmurx jirreżenja wara ftit inkella jitneħħa kif qed jingħad li ser jiġri dalwaqt lill-ambaxxatriċi preżenti ta’ Malta f’Washington.

Ikun għaqli kieku l-Parlament jibda jgħarbel dawn il-ħatriet tal-ambaxxaturi Maltin. Forsi l-ħatriet li jsiru (kemm dawk politiċi kif ukoll dawk li m’humiex) jibdew ikunu ftit iktar bis-sens.

Wara Xarabank li ma sarx …………..

Xarabank

Il-bieraħ fil-għaxija kont mistieden għall-programm Xarabank biex fid-dibattitu bejn Simon Busuttil u Anġlu Farrugia ngħaddi xi kummenti.

Qed ngħid ngħaddi xi kummenti għax fil-programm kont ser nipparteċipa u inkun allokat massimu ta’ 8 minuti għal xi tlett interventi bħalma xi ġimgħat ilu kien allokat Michael Briguglio fid-dibattitu bejn il-mexxejja tal-PN u l-PL.

Alternattiva Demokratika m’għandiex l-istazzjon tagħha u allura m’għandiex għażla dwar x’tista’ tagħmel f’dawn iċ-ċirkustanzi, tiddependi kompletament fuq il-ħin offrut. Anke jekk dan ikun allokat b’mod li fil-fehma tagħna jkun inġust. Il-Partiti l-oħra min-naħa l-oħra għandhom kemm l-istazzjon televiżiv tagħhom kif ukoll iridu sehem mill-ħin fuq l-istazzjon nazzjonali.

Il-farsa li żviluppat fil-ħin li kellu jibda Xarabank il-bierah hi issa magħrufa. Franco Debono ried li jkollu l-opportunita li jiddibatti ma Simon Busuttil. Il-motiv ewlieni għal dan hu li matul il-ġimgħat u forsi anke matul ix-xhur li għaddew inżamm il-bogħod mill-istudios konnessi mal-PBS. Tas-Super One ovvjament jippruvaw jagħsru  li jistgħu għall-vantaġġ massimu li jippermettu ċ-ċirkustanzi. Tan-NET iqiesuh irrelevanti.

F’pajjiż fejn il-ġurnaliżmu investigattiv jirrenja, l-istazzjonijiet televiżivi kien ikollhom minjiera ta’ informazzjoni x’jesploraw fi Franco Debono.  Imma dan ftit li xejn sar sfortunatament. Għax il-ġurnaliżmu fil-pajjiż hu prinċipalment wieħed motivat minn aġenda politika. Ħafna drabi b’mod li tidher, xi drabi mlibbsa b’mod li hi taparsi indipendenti. F’xi każi indipendenti ftit, xi kultant ftit iktar.

Franco hu bniedem taħt assedju u fil-fehma tiegħi iħoss li billi ma ikkonformax mas-sistema din ippruvat toħonqu. Nifhem dak li jħoss għalkemm naħseb li ma użax il-metodi addattati. Il-konsegwenza hi li hu inħaraq u probabilment li ser jinħarqu miegħu dawk kollha li matul din il-leġislatura xelfu xi ftit difrejhom mat-tmexxija tal-PN.

Pero’ l-istorja ma naħsibx li tieqaf hawn. Kulħadd naħseb li tgħallem xi ħaġa minn dak li ġara fil-Parlament matul dawn il-5 snin. Mhux biss minn dak li qal u għamel Franco, iżda ukoll minn dak li għamel JPO. (Lil Mugliett ma nsejtux. Ma semmejtux għax ma kienx persuna li ħadet xi inizzjattiva. Pjuttost mexa mal-kurrent. Għamel numru ta’ diskorsi parlamentari tajbin. Wieħed minnhom kien dwar l-ismart meters. Kien diskors studjat u ippreparat.)

Hi ħasra li daqstant enerġija inħliet meta setgħet faċilment intużat b’mod ħafna iktar pożittiv.

Il-PN jixraqlu aħjar

Mhux soltu li l-PN jidher imbenġel. Hekk deher iżda wara li, kif kien mistenni, l-Kumitat Eżekuttiv tiegħu ma approvax it-talba ta’ JPO biex ikeċċi lill-RCC mill-Partit Nazzjonalista.

Mingħajr sforz partikolari t-talba ta’ JPO kienet megħluba imma l-PN ma rebaħ  xejn. Fuq il-karta Gonzi rebaħ. Imma fir-realta’ kompla nieżel l-isfel b’ritmu iktar mgħaġġel.

Iktar ma jgħaddi żmien iktar qed jidher  ċar għal kulħadd li l-qagħda attwali tal-PN għandha l-egħruq tagħha fil-fatt li Lawrence Gonzi m’huwiex kapaċi jmexxi.

Gonzi jarmi n-nies bħal-lumi magħsur.  Dan hu l-għerq tal-clash bejn Gonzi u Jesmond Mugliette. Kien bagħtlu SMS biex jgħidlu li m’hemmx iżjed post għalih fil-Kabinett. Mhux mod kif tittratta lin-nies. Anke’ jekk hu veru li  Jesmond  Mugliette kien ftit għajjien bħala Ministru kien hemm mod ħafna iżjed ċivili kif jinfurmah li ma kienx ser jerġa’ jagħżlu bħala Ministru.

Il-każ tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann forsi mhux kulħadd jiftakru. Imma dakinnhar kien diġa beda jberraq. Diversi fil-PN ma kienux kuntenti bil-proġett ta’ RCC biex iħaffer barriera quddiem San Ġwann ġol-Belt u mbagħad jikkonverti din il-barriera bħala parti mill-Mużew tal-kon-katidral.

Dakinnhar JPO kellu opportunita’. Kienet tressqet mozzjoni minn Joseph Muscat Kap tal-Opposizzjoni u Gonzi xamm li Muscat kien ser ikollu l-appoġġ ta’ JPO. Dakinnhar Gonzi irtira l-proġett ftit qabel ma bdiet is-seduta tal-Parlament li kien ċar illi kienet ser tordnalu biex ma jkomplix.

Dakinnhar Gonzi evita telfa imma tbenġel ftit mhux ħażin. Sfortunatament ma tgħallem xejn.

Dan kollu seħħ fi Frar 2009, iktar minn tlett snin ilu: daqshekk ilu jberraq.

Qattajt 30 sena minn ħajti naħdem fil-PN, viċin dawk li dejjem appoġgawh mingħajr pretensjoni ta’ xejn. Lil dawk li ħadmu u għamlu s-sagrifiċċji personali kbar għal dak li jemmnu, Gonzi u dawk ta’ madwaru jagħtuhom bis-sieq. Il-partit nazzjonalista ntagħġen bis-sagrifiċċji ta’ bosta li llum mhumiex ikkalkulati. Dan kollu Gonzi ma jħossux għax meta n-nazzjonalist kien qed jaqla’ fuq wiċċu hu kien komdu. Tfaċċa fix-xena politika meta tfaċċat l-opportunita li seta jaħtaf bħal frotta misjura li taqa’ dritt f’idejk minn fuq is-siġra.

Naħseb li l-PN jixraqlu aħjar.

Id-dissens fil-PN

 

Id-dissens fil-PN hu trattat bħalma l-Knisja f’Malta kienet tittratta lil min ma jaqbilx magħha. Interdett. Skomunika.

Dan li jfissru l-kundanni tal-Eżekuttiv tal-PN fil-konfront ta’ JPO, Franco Debono u Jesmond Mugliette.

Jiena naħseb li qatt ma stajna nistennew mod ieħor kemm ilu l-PN immexxi minn ex-President tal-Azzjoni Kattolika.

Fl-Ewropa dħalna, imma fis-seklu wieħed u għoxrin għadna ma dħalniex!

Issa x’imiss li jiġri ?

Il-bieraħ il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN iddeċieda li tlieta mill-Membri Parlamentari tiegħu: JPO, Franco Debono u Jesmond Mugliette ma jkunux kandidati tiegħu u f’ismu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fuq tnejn minnhom (JPO u Jesmond) ġja kien hemm dikjarazzjoni mill-kandidati infushom li ma riedux jerġgħu jkunu kandidati.  It-tielet wieħed, Franco, qal lill-media u riedna nemmnu li hekk kien, li Lawrence Gonzi riedu jerġa’ jkun kandidat. Ħalliha li Gonzi ċaħad dan.

Din tal-kandidaturi m’hi xejn. Kulħadd kien jistenniha għax kienet ovvja. Bħalma kienet ovvja li Austin Gatt kien ser ikun wieħed mill-iżjed li ser jopponi l-kandidatura ta’ Franco, kif l-istess Franco informa lill-media! X’tistenna? Wara l-kritika ħarxa lilu u lill-assistent tiegħu Manwel Delia (avolja kienet ġustifikata) fuq il-froġa tal-Arriva dan kien mistenni. Forsi Franco jirrealizza issa li l-astensjoni fil-vot ta’ sfiduċja dwar Austin Gatt kien żball da parti tiegħu. Għax il-konsegwenza loġika tal-argumenti tiegħu kellha tkun li Austin Gatt kellu jwarrab minn Ministru. Imma għal xi raġuni li s’issa għadni ma fhimtx Franco iddeċieda mod ieħor!

Fl-isfond ta’ dan kollu  Lawrence Gonzi irid li jtemm il-leġislatura sħiħa. Jiġifieri li l-Gvern immexxi minnu jibqa’ jiffunzjona sas-sena d-dieħla. Il-Parlament jista’ jibqa’ jiltaqa’ sad-9 ta’ Mejju 2013 u jekk jagħmel hekk l-iktar tard li tissejjah elezzjoni jista’ jkun is-Sibt ta’ qabel id-9 t’Awissu 2013. Dak il-massimu. Probabilment li Gonzi għandu f’moħħu li jġebbed sa Marzu 2013.

Imma l-mistoqsija hi : ser iwassal s’hemm?

L-aġenda parlamentari li hemm imħejjija għal wara l-vaganzi tas-sajf kif ukoll il-proġetti li jimmaturaw lejn l-aħħar tas-sena u l-bidu tad-dieħla jindikaw li Gonzi u l-PN ser jagħmlu sforz biex iġebbdu kif jistgħu. Imma dan ma jiddependix minnhom biss.

L-ewwel punt li jista’ jeffettwa hu x’ser jiġri mill-fattur RCC. Diġa jidher li JPO ser ikollu d-diffikultajiet. Il-Kummissarju tal-Pulizija, ġustament, qal li m’għandux ikollu x’jaqsam f’materja purament politika. Gordon Pisani hu ostili għal JPO u m’hu ser jgħid jew jagħmel xejn li jista’ jkun ta’ l-iċken ħsara għal Gonzi. Karmenu Vella diġa kixef idejh, u dak li qal jiddependi fuq il-kelma tiegħu kontra l-kelma ta’ RCC. Jibqa’ biss ix-xhieda ta’ Joe Mizzi u John Dalli!

Jiena m’hux qed nistenna li l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN joħroġ b’xi kundanna għal RCC meta jidher ċar li l-argument prinċipali  ser ikun dwar il-kuntatti bejn RCC u uffiċjali tal-Gvern ta’ Alfred Sant dwar l-iskorta li kellu RCC minħabba l-attentat kważi fatali li kien seħħ fuq ħajtu fl-Imdina. Dan ta’ l-inqas joħrog minn dak li qal Joe Mizzi tal-Labour u f’dan il-kuntest hi relevanti x-xhieda tal-Kummissarju tal-Pulizija.  Il-kuntatti li qed jurtaw lil JPO probabilment żviluppaw minħabba li l-Gvern ta’ Sant irtira l-iskorta u RCC ħass (ġustament) li din kienet meħtieġa.

Fid-dawl ta’ dan jiena nistenna li l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN joħroġ b’eloġju għal RCC u kundanna oħra għal JPO. Dan ikun ifisser li tiħrax il-kampanja pubblika ta’ JPO kontra l-PN u magħquda mar-reazzjonijiet ta’ Franco Debono ifisser li l-ewwel seduti tal-Parlament f’Ottubru jistgħu jkunu determinanti.

Fid-dawl ta’ dan Gonzi jista’ jikkunsidra li jxolji immedjatament biex jevita konfront ieħor. Bosta qed jgħidulu biex jagħmel hekk, imma jidher daqstant ieħor ċar li ser jibqa’ jirresisti sakemm ma jkollux triq oħra. Sakemm ikun inevitabbli li jwarrab.

Sakemm jibqa’ imqar l-iċken tama li jista’ jibqa’ għaddej fil-Parlament naħseb li ser jibqa’ mkaħħal mas-siġġu f’Kastilja.