L-abort: nippruvaw niddiskutu bil-kalma

Id-dibattitu dwar l-abort hu wieħed emottiv. L-insulti u t-tgħajjir li għaddejjin huma bla limitu. Huwa f’din l-atmosfera li qed issir id-diskussjoni. Ċerti nies ma jitgħallmu qatt.

Id-dibattitu huwa ibbażat fuq l-istess punt fundamentali tad-dibattitu dwar id-divorzju: fil-pajjiż jirrenja l-pluraliżmu etiku. Jiġifieri jeżistu valuri kuntrastanti. Kuntrasti li ilhom jinbnew ftit ftit tul is-snin imma li ġew moħbija mil-lenti pubblika. Id-diskussjoni kienet waħda ipprojibita. Ma saritx minħabba l-biża’ minn soċjetà intolleranti, frott tal-fundamentaliżmu li għixna fih għal ħafna snin. Is-soċjetà tagħna illum żviluppat f’soċjetà lajka li immanifestat ruħha fir-referendum dwar id-divorzju u fl-aċċettazzjoni tad-drittijiet LGBTIQ.

Mhux kull abort hu xorta. Mhuwiex ġustifikat li taqbad l-“agħar każ ta’ abort” u tuża lilu bħala eżempju.

Il-kampanja kontra l-abort hi iffukata fuq abort bla limitu li ma jeżisti kważi mkien. Fuq l-iktar każ estrem, kontinwament jinbena argument li jappella għall-emozzjonijiet flok għar-raġuni. Argument li jbezza’ lil uħud imma li ma jikkonvinċix lill-kotra li kapaċi taħseb b’moħħa.

Il-kampanja favur id-dritt tal-għażla (pro-choice) min-naħa l-oħra tagħmlu l-argument li mara għandha dritt li tagħżel dak li trid, x’ħin trid u bla ma jindaħlilha ħadd. Dan jinkludi dritt li tagħżel jekk u meta tidħol għal abort. Argument neoliberali fejn il-libertà individwali m’għandhiex limiti.

Id-dibattitu hu kuntrast bejn dawn iż-żewġ estremi. Id-djalogu min-naħa l-oħra taf twasslek x’imkien ieħor li jkun aċċettat abort f’każijiet limitati fejn is-sens komun jgħidlek li dan hu ġustifikat. L-argumenti emottivi dan kollu jinjorawh u allura jimminaw d-diskussjoni matura li tant neħtieġu f’dan il-pajjiż. Il-pajjiż ma jeħtiegx l-abort bħala stil ta’ ħajja imma l-abort bħala rimedju f’ċirkustanzi straordinarji.

F’Malta l-abort isir. Jagħmluh n-nisa li jixtru pilloli online u jeħduhom mingħajr ma jikkonsultaw tabib, bil-kumplikazzjonijiet kollha possibli. Ma teżistix statistika dwar kemm minnhom jidħlu l-isptar bħala riżultat ta’ dan.

L-abort isir ukoll fl-isptar Mater Dei f’ċirkustanzi fejn tittieħed azzjoni biex tkun imħarsa l-ħajja ta’ nisa tqal li jiffaċċjaw kumplikazzjonijiet fit-tqala. Riċentment kellna l-polemika dwar t-tqala magħrufa bħala “ectopic”, jiġifieri meta l-bajda ffertilizzata teħel f’tubu intern fil-mara. Dan it-tubu (Fallopian tube) hu żgħir u jekk ma tittieħed l-ebda ażżjoni jinfaqa’ u jipperikola l-ħajja tal-mara tqila.

Il-kura li tingħata f’dawn iċ-ċirkustanzi hi mediċina li taqla’ l-bajda iffertilizzata minn mat-tubu u tarmiha. Jekk dan idum ma jseħħ jikber il-periklu u tkun meħtieġa operazzjoni. Fiż-żewġ każi dan hu abort li bħalu jsiru numru kull sena f’Mater Dei. Imma ħadd ma jgħid xejn, għax kulħadd jaċċetta li dan hu intervent meħtieġ, anke jekk il-liġi tqis din is-sitwazzjoni bħala illegali.

Hu ċar li l-opinjoni pubblika f’Malta, fil-parti l-kbira taċċetta l-abort meta dan hu meħtieġ biex iħares il-ħajja tal-mara. Meta tiddiskuti bosta jaslu biex jaċċettaw li l-abort f’dawn iċ-ċirkustanzi hu tollerabbli.

Hemm ċirkustanzi oħra fejn l-abort hu inqas kontroversjali. Qed nirreferi għal meta jsir abort f’kaz ta’ stupru jew f’każ ta’ inċest. Fejn it-tqala hi sfurzata, bi vjolenza, hu ġustifikat li jsir abort preferibilment fil-fażi l-iktar kmieni possibli tat-tqala. Mara li għaddiet minn vjolenza ma tistax issib il-liġi bojja lesta biex tikkastigha, għax inkella tispiċċa soġġetta għal vjolenza doppja.

Xi żmien ilu ktibt artiklu fejn kont ikkumentajt dwar il-fatt li hawn min fil-fażi inizjali tat-tqala jagħmel xi testijiet u jekk minnhom jirriżulta xi difetti fil-fetu, il-mara tirrikorri għal abort. Dan mhux aċċettabbli. Imma mhux biżżejjed li ngħidu hekk. Hemm ħtieġa li nifhmu lil min jagħmel din l-għażla u nistaqsu jekk parti mir-raġuni hijiex soċjetà li ma tindukrax biżżejjed familji li jgħaddu minn sitwazzjonijiet ta’ disabililtà. Minkejja li sar progress kbir xorta għad hawn nuqqas enormi kemm ta’ komprensjoni kif ukoll ta’ għajnuna iffukata lejn min għandu bżonnha.

Xi kultant naqraw b’min jirrikorri għal abort għax it-tqala u t-twelid jitqiesu xkiel għall-iżvilupp tal-karriera! Hemm soluzzjonijiet diversi għal dawn it-tip ta’ ċirkustanzi, minn edukazzjoni aħjar dwar is-saħħa riproduttiva għal sens ikbar ta’ responsabbilta’ mhux biss tal-mara imma wkoll tar-raġel.

L-aħħar eżempju huwa fejn issir għażla favur l-abort minħabba l-faqar. Jintqal li hawn każi fejn il-mezzi ta’ familja huma tant ristretti li ma jifilħux għal wild ieħor. Anke hawn hemm soluzzjonijiet li minħabba n-nuqqas ta’ dibattitu pubbliku ftit li xejn jiġu esplorati. Irridu nindirizzaw l-għerq tal-faqar u mhux il-konsegwenzi tiegħu. Inkella nibqgħu fejn konna. Anke hawn in-nuqqas ta’ edukazzjoni dwar is-saħħa riproduttiva hu enormi.

Mhux in-nisa biss jeħtieġilhom jitgħallmu iktar imma anke l-irġiel għandhom ħtieġa kbira għal dan: uħud jeħtieġu doża iktar qawwija ta’ rispett u sens ta’ responsabbiltà.

Id-dekriminalizzazzjoni, almenu f’ċerta aspetti, hi parti essenzjali mit-tibdil meħtieġ. L-ebda mara m’għandha tkun soġġetta għal passi kriminali għax ħadet il-pilloli li waslulha bil-posta inkella għax irrikorriet b’xi mod għall-abort wara vjolenza li taqqlitha. Il-mara li tagħmel abort hi ukoll vittma hi stess u teħtieġ l-għajnuna u mhux is-swat tal-liġi.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-proposta ta’ Marlene Farrugia iktar kmieni din il-ġimgha ser isservi biex taċċellera d-dibattitu pubbliku. Imma jkolli ngħid li saret ftit bil-għaġġla u hija nieqsa minn preparazzjoni pubblika dwarha.

Neħtieġu dibattitu kalm għax hu b’hekk biss li nistgħu nifhmu iktar lil xulxin. Dan hu dibattitu li mhux ser jispiċċa fi ftit ġranet iżda ser idum. Jekk ma nagħmluħx bil-kalma ma nkunu wasalna mkien.

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 16 ta’Mejju 2021

The abortion debate

The abortion debate is very emotional. Many insults are flying around. Some, unfortunately never learn.

The basic premise underlying the abortion debate is identical to that of the divorce debate: ethical pluralism reigns. Meaning that different values and attitudes co-exist. It is a clash of values that has been building up over a number of years, far away from the public eye.  Discussion has been continuously postponed due to the fear generated by an intolerant society founded on fundamentalism. A lay society has in the meantime developed and manifested itself clearly in the divorce referendum and subsequent acceptance of LGBTIQ rights.

It is incorrect to select “the worst” type of abortion and presenting it as the prototype

The “pro-life” campaign against abortion is focusing on “abortion on demand” which practically does not exist anywhere and presenting this as the prototype.  On this basis the campaign propagates an emotionally charged message instead of appealing to a reasoned approach. A message aimed at instilling extreme fear even though it is not the least convincing.

The pro-choice campaign on the other hand argues that a woman has the right to determine her choices without interference from anyone. This includes the right to determine if and when to have an abortion. This is a neo-liberal attitude which considers that there are no limits to individual liberty.

The debate is a contrast between these two extremes. Dialogue, on the other hand, leads you elsewhere, considering the exceptional circumstances in which an abortion may be justified. The emotional arguments ignore all this thereby undermining the mature discussion which this country has a right to. The country does not require abortion as a lifestyle: rather it is required as a remedy in extraordinary circumstances.

Abortion is practised in Malta. It is practised by women who purchase abortion pills online which they take without medical direction. All sorts of medical complications arise.  No statistics are available as to the number of those who require hospitalisation as a result.

Abortion is carried out at Mater Dei Hospital in circumstances to safeguard the life of women who face serious complications at some point in their pregnancy.  Recently the press highlighted the controversy on ectopic pregnancies, that is when a fertilised ovum is lodged in the female Fallopian tube. If left untreated this leads to a rupture of the said tube thereby placing the life of the pregnant woman in extreme danger.  

The medicine administered in such cases serves to dislodge the fertilised ovum which is subsequently discharged. If there is a delay in administering the medicine, or if this is ineffective, a physical intervention (surgery) would be essential.  In both circumstances this is an abortion which is carried out a number of times annually in the state hospital. However, no one ever complains as it is considered by all as a necessary and essential intervention, even if the law considers this as an illegal situation.

It is clear to all that public opinion in Malta generally accepts abortion when this is carried out to address the danger to the life of a pregnant woman.. At the end of the day in these circumstances abortion is tolerated.  

There are other circumstances when abortion is acceptable. I refer to cases of rape or incest. When a pregnancy is the result of violence, an abortion, preferably in the earliest possible stages of a pregnancy is acceptable.  A woman who has been subjected to violence should find comfort in the law otherwise she would be subject to violence for a second time.

Some time back I had written an article about tests being carried out in order to identify specific abnormalities in the foetus. In such cases depending on the results of the tests, abortions are being carried out.

This selectivity is definitely unacceptable. However, one must look beyond this and try to understand the underlying reasons for such choices. One would immediately understand that the prospective parent/s are making a forceful statement that notwithstanding existing help they feel that they are not able to shoulder the burden of the indicated disability. Notwithstanding the substantial progress registered over the years there are still substantial gaps. Parents feel this much more than anyone else. 

Occasionally we read about abortion resorted to in order not to endanger career development.  There are alternatives to such a course of action starting from education on reproductive health which ought to instil a greater sense of responsibility in both man and woman.

Poverty is another situation which may lead to opting for an abortion. It has been asserted that in circumstances of poverty a woman may opt for an abortion. Alternatives exist even in such circumstances: these have however been ignored.   It is poverty which has to be addressed and not its consequences.  Even in these circumstances the impact of a lack of education on reproductive health is glaring.  

Providing adequate reproductive health education would in the long run lead to less abortions.  This is required not just by women but also by men who generally require a greater sense of responsibility.

Decriminalisation is central to the change required. No woman should be subject to criminal action for making use of abortion pills which she receives through the post or for opting for an abortion after being violently impregnated. Women who opt for abortion are themselves victims who should find full protection of the law and not be criminalised.

In the light of the above the proposals put forward by Marlene Farrugia earlier this week will aid the development of the public debate.  Unfortunately matters were done somewhat in a hurry as the public was not prepared for these developments. But maybe shocking the public was part of the strategy!

We require a calm debate as this is the only manner in which we can clearly understand each other’s arguments. This is a debate that will not be over in a few days.  Being rational and calm is the least we can do.

Published in The Malta Independent on Sunday : 16 May 2021

Bomba għal Marlene u Godfrey

 

Permezz ta’ ittra anonima qalulhom li jekk ser jibqgħu jimminaw lil Delia qed jistiednu l-istess destin ta’ Daphne jiġifieri bomba li ttemmilhom ħajjithom.

Dan it-theddid hu dejjem kundannabbli. Għalkemm hu tajjeb li Godfrey mar għand il-Pulizija bl-ittra, però kemm hu għaqli li jingħata pubbliċitá lil min qed jhedded?

Lumija magħsura

L-għasir tal-lumi hu sustanzjuż u jagħmel ħafna ġid għas-saħħa. Imma xi ngħidu għal lumija magħsura?

Iktar kmieni din il-ġimgħa awgurajt lit-Tabib Anthony Buttigieg wara li hu ħabbar d-deċiżjoni tiegħu li fi ħsiebu jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku. Possibilment huwa jimla l-vakanza li nħolqot minn Marlene Farrugia wara li din iddeċidiet li ddabbar rasha wara biss ftit xhur fil-kariga.

It-Tabib Buttigieg hu persuna b’moħħu f’postu. L-għada tal-elezzjoni ġenerali, meta kellu ma wiċċu dikjarazzjoni ta’ Marlene Farrugia li hi ma kienitx teskludi li tikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-PN, wara li kien irriżenja Simon Busuttil, hu irriżenja mill-kariga ta’ deputat mexxej tal-PD. Bħala riżultat ta’ hekk ħa posizzjoni ċara li kienet tikkuntrasta mal-impulsivitá ta’ Marlene Farrugia. Dakinnhar Buttigieg kien iddikjara li dak li qalet Farrugia kien kontra dak li jemmen hu, għax fil-fehma tiegħu l-Partit Demokratiku kellu jkun separat u distint mill-Partit Nazzjonalista.

Bħala riżultat ta’ din il-posizzjoni huwa għamilha ċara illi d-disponibilitá tiegħu li jieħu sehem f’koalizzjoni ma kellha l-ebda impatt fuq id-determinazzjoni tiegħu li jħares l-identitá tal-partit tiegħu. Li tkun allejat kritiku abbażi ta’ programm politiku miftiehem bl-ebda mod mhu komparabbli ma min żviluppa attitudni li jilgħaq kontinwament.

Mid-dehra Marlene Farrugia taħsibha mod ieħor għax diġa għamlitha ċara illi għadha tal-ħsieb li fi żmien ħames snin mill-ġdid tikkunsidra li tikkontesta għat-tmexxija tal-PN. Għax skontha, l-ebda wieħed mill-erba’ kandidati għal Kap tal-PN mhu kapaċi. Dan kollu sfortunatament jibgħat messaġġ wieħed u ċar: li l-mexxejja attwali tal-Partit Demokratiku tara l-futur tagħha u tal-partit tagħha bħala parti integrali mill-Partit Nazzjonalista. Għal Marlene Farrugia il-Partit Demokratku qiesu lumija magħsura li tarmiha wara li tkun użajta.

Bħala riżultat tal-mauvri tagħha bl-iskop li tkun eletta, irrispettivament mill-prezz politiku, Marlene Farrugia ikkaġunat ħafna ħsara li teħtieġ li tkun rimedjata mingħajr iktar dewmien.

Alternattiva Demokratika ma jkollha l-ebda diffikulta li tesplora kif tista’ tikkoopera mal-Partit Demokratiku immexxi minn Anthony Buttigieg, liema eżerċizzju (fil-passat) kien abbandunat minħabba li l-impulsivitá kienet l-għodda ewlenija tat-tmexxija tal-PD sa mit-twaqqif tiegħu. Buttigieg hu persuna konsistenti u l-imġieba tiegħu tidher li taqbel ma dak li jgħid.

Hemm ħafna ħidma li teħtieġ li issir u ftit wisq nies biex jagħmluha.

Fost il-kollegi enerġiċi ta’ Anthony Buttigieg hemm Timothy Alden li hu l-moħħ wara l-inizzjattiva kurrenti tal-Partit Demokratiku biex jiżdied il-ħarsien tal-widien u tal-ilma tal-pjan billi possibilment ikunu nklużi fil-qafas legali li ġie żviluppat għad-dimanju pubbliku fil-Kodiċi Ċivili. Alternattiva Demokratika tappoġġa din l-inizzjattiva.

Hi inizjattiva li timmerita appoġġ wiesa’ avolja forsi strateġikament kien ikun aħjar li l-ewwel tkun implimentata sewwa l-politika u r-regolamenti eżistenti li diġa joffru protezzjoni sostanzjali kemm għall-widien kif ukoll għall-ilma tal-pjan.

Il-futur tal-partiti ż-żgħar hu dipendenti fuq il-kooperazzjoni u fuq kemm aħna kapaċi li ma nisparpaljawx r-riżorsi limitati li hawn. Dan ikun ferm aħjar mill-impulsivitá u n-narċissiżmu li għamel ħsara sostanzjali.

Il-lumi magħsur għandu użu. Imma m’għandux ħajja twila.

ipubblikat f’Illum : 20 t’Awwissu 2017

Il-futur ta’ Alternattiva Demokratika

It-tnaqqis tal-voti li Alternattiva Demokratika kisbet fl-elezzjoni ġenerali ta’ tmiem il-ġimgħa l-oħra minn 1.8% għal 0.83% tal-voti totali kienet bla dubju daqqa kbira. Imma kienet daqqa antiċipata u direttament marbut mar-rifjut ta’ Alternattiva Demokratika li tipparteċipa fil-Front Nazzjonali mmexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Mhux l-ewwel darba li Alternattiva Demokratika qalgħet dawn id-daqqiet. Ħarsu, per eżempju, lejn l-elezzjoni ġenerali tal-2003. Dakinnhar, id-daqqa kienet ikbar, għax il-vot mixħut favur Alternattiva Demokratika kien niżel sal-livell ta’ 0.69% tal-voti totali, l-agħar riżultat fit-28 sena storja ta’ Alternattiva Demokratika. Imma fi żmien sena dan reġa’ tela għal 9.33% tal-vot popolari fl-elezzjonijiet tal-2004 għall-Parlament Ewropew.

Tul is-snin Alternattiva Demokratika qatt ma organizzat ruħha fuq livell lokali jew reġjonali. Dan minħabba nuqqas ta’ voluntiera imma ukoll minħabba allerġija tat-tmexxija għal kull xorta ta’ burokrazija (anke dik l-iktar minima) kif ukoll minħabba l-profil tal-votant tipiku ta’ AD. Dan hu difett f’Alternattiva Demokratika li ilu preżenti sa minn meta twaqqfet liema difett qatt ma ngħata l-attenzjoni mistħoqqha.

Fil-fehma tiegħi, dan hu l-kawża ewlenija għan-nuqqas ta’ kapaċitá ta’ Alternattiva Demokratika li tilqa’ għall-attakki diretti mmirati lejn il-votanti tagħha. Hi ukoll ir-raġuni għala AD ma rnexxieliex, tul is-snin, tapprofitta ruħha daqstant miċ-ċaqlieq ta’ votanti minn partit għall-ieħor.

Huwa tajjeb li jkollok prinċipji soddi, imma n-nuqqas ta’ presenza kontinwa u organizzata fil-lokalitajiet inaqqas l-interazzjoni mal-elettorat, liema interazzjoni teħtieġ li tkun waħda kontinwa biex tkun effettiva. Dan fisser li waqt li AD setgħet tieħu d-deċiżjoni politika dwar l-involviment jew le f’allejanza pre-elettorali ma kelliex il-kapaċitá organizzattiva biex tilqa’ għall-konsegwenzi.

Tajjeb li l-qarrej jiftakar li Alternattiva Demokratika kienet taqbel li titwaqqaf allejanza pre-elettorali wiesa’ kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba. Il-punt ta’ nuqqas ta’ qbil mal-proposta tal-PN kien li fil-fehma ta’ AD l-allejanza proposta kellha tkun distinta mil-partiti politiċi individwali li jiffurmawha. F’Alternattiva Demokratika konna inkwetati li l-proposta tal-PN biex AD tissieħeb mal-istess PN billi tifforma parti mill-istess lista elettorali inevitabilment kienet ser twassal għal diversi sitwazzjonijiet li ma kienux aċċettabbli: bħal posizzjonijiet dwar proposti politiċi inaċċettabbli kif ukoll il-presenza ta’ kandidati mhux aċċettabbli. Ir-riskju kien kbir wisq u ma konniex disposti li noħduh.

Sfortunatament iż-żmien tana raġun. Dan seħħ, per eżempju, meta l-PN approva li jippreżenta lill-kandidat omofobiku Josie Muscat. Seħħ ukoll bid-dikjarazzjonijiet politiċi kemm ta’ Marlene Farrugia kif ukoll ta’ Simon Busuttil favur il-kaċċa fir-rebbiegħa kif ukoll favur l-insib. Seħħ ukoll bil-posizzjonijiet kontradittorji dwar iċ-ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi kif ukoll bl-emfasi ta’ Simon Busuttil dwar il-mina proposta li tgħaqqad Malta u Għawdex. Posizzjonijiet politiċi li huma kollha inaċċettabbli għal Alternattiva Demokratika.

B’żieda ma dan, il-PN, naqas milli jindirizza l-kontradizzjonijiet interni fi ħadnu dwar il-governanza tajba. Dawn jinkludu n-nuqqas ta’ Claudio Grech li jiftakar x’laqgħat kellu ma George Farrugia dwar l-iskandlu taż-żejt, il-kaz ta’ Beppe Fenech Adami dwar in-nuqqas ta’ deċiżjoni għaqlija meta aċċetta li jkun direttur tal-kumpanija Capital One Investments Limited, il-kunflitt ta’ interess ta’ Mario de Marco dwar il-grupp kummerċjali db kif ukoll it-taħwida ta’ Simon Busuttil innifsu dwar l-invoices tal-grupp db u l-assoċjazzjoni tagħhom mal-iffinianzjar tal-PN innifsu.

Dan kollu, safejn hu magħruf, ma kellu l-ebda importanza għall-Partit Demokratiku imma għal Alternattiva Demokratika kien kollu ostaklu għall-formazzjoni ta’ alleanza pre-elettorali għax kien imur b’mod sfaċċat kontra l-proposti elettorali favur tmexxija tajba. Dawn il-materji semmejnihom waqt il-laqgħa esploratorja li kellna mal-PN imma id-delegazzjoni tal-PN ma wriet l-ebda interess: tbissmet u injorathom. Meta jkun meqjus dan kollu, id-deċiżjoni ta’ Alternattiva Demokratika li ma tissieħibx fil-Front Nazzjonali mmexxi mill-PN kienet waħda tajba u dan għax, kif spjegat iktar il-fuq, kienet toħloq bosta diffikultajiet u kontradizzjonijiet.

Matul ix-xhur li ġejjin nittama li jkun hemm it-tibdil meħtieg f’Alternattiva Demokratika biex din tiġġedded u tissaħħah. Huwa tibdil meħtieġ biex AD tkun iktar effettiva u tkun kapaċi tikkomunika mal-votanti aħjar is-sena kollha, u dan minkejja l-limitazzjoni li għandha ta’ riżorsi.

Ippubblikat minn Illum : il-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2017

AD’s future

The reduction of Alternattiva Demokratika’s share of the national vote from 1.8 per cent  to 0.83 per cent was a heavy blow. It was, however, anticipated and was directly linked to AD not accepting to form part of the PN-led National Front.

Alternattiva Demokratika has been there before, its share of the national vote having dipped in the past – particularly during the 2003 general election. On that occasion it went down further than this year’s performance and reached 0.69 per cent, the lowest point ever in AD’s 28-year history – only to rebound with a vengeance to win a staggering 9.33 per cent of the popular vote in the 2004 European Parliament elections, just 12 months later.

Over the years, AD has refrained from extending its organisational arm at a regional and possibly local level. This was primarily dictated by the numbers of available volunteers but also by an in-built allergy to anything deemed even minimally bureaucratic, as well as by the volatile profile of the typical AD voter. This is AD’s major weakness: it has been ever-present since the party’s foundation and has never been adequately addressed.

This weakness, is in my view, the major cause of AD’s inability (to date) to successfully withstand or substantially mitigate frontal attacks on its voter base. Likewise, it is the reason why AD has not been able to tap adequately and successfully into voter dissatisfaction with other political parties over the years.

Having sound principles is fine, but not having the organisational tools to propagate your views and effectively link up with grass-roots support is damaging. This lack of organisational capability signified that while AD could take the political decision on whether to form part or not of a pre-election alliance, it could not adequately handle the consequences of this decision.

It would be pertinent to remind readers that AD was in favour of establishing a broad based pre-electoral alliance against corruption and in favour of good governance. The basic point of contention regarding the PN’s proposal for the foundation of such an alliance was the need that it be distinct from its constituent political parties. At AD, we were worried that the PN proposal to add AD and as an appendage to the PN was unacceptable on a point of principle and would inevitably lead to being lumped with undesirable situations such as unacceptable policy positions as well as undesirable candidates. We were not prepared to take such a risk.

Unfortunately, we were proven right, for example, through the selection by the PN of homophobic candidate Josie Muscat as well as through policy declarations by both Marlene Farrugia and Simon Busuttil in favour of spring hunting and bird-trapping, as well as contradictory stances on the motor racing track, or Simon Busuttil’s emphasis on the tunnel between Malta and Gozo with which AD disagrees.

The PN, in addition, failed to address its internal contradictions on good governance. Pending internal PN governance issues include Claudio Grech’s amnesia in relation to meetings with George Farrugia of oil-scandal fame, Beppe Fenech Adami’s error of judgement in taking-up the directorship of Capital One Investments Ltd, Mario de Marco’s db Group conflict of interest, as well as Simon Busuttil’s mishandling of the db Group invoices saga and its relevance to the financing of the PN.

From what is known, these issues, did not bother the Democratic Party, but in AD’s view they were a serious impediment to the proper functioning of a pre-election alliance, as they run directly opposite to an electoral platform based on good governance. We raised all this during the exploratory talks held with the PN, but the PN delegation dismissed these concerns outright.

Given the above, Alternattiva Demokratika took the right decision in not joining the PN-led National Front. Any Parliamentary seat that AD could have gained had it joined the pre-election alliance without the above issues having being addressed would have been tainted.

The future for AD holds great potential. In the coming months changes will be made but these will be carried out at AD’s pace. These changes are an essential prerequisite for ensuring that AD can function more effectively and efficiently in such a way that it can communicate better with its voter base.

published by The Malta Independent on Sunday, 11 June 2017

Il-kapitulazzjoni ta’ l-Oranġo

Xi ġimgħat ilu, l-aħħar li tkellimt ma Marlene, kienet qaltli li l-laqgħat mal-Partit Nazzjonalista kienu għadhom fil-bidu. Ma setawx jimxu l-quddiem, qaltli, għax il-PN ried jassorbihom u huma (ta Marlene) ma riedux. Ta l-inqas hekk qaltli, sakemm ma kienitx qed tipprova tgħaddini biżżmien.

Jidher li issa ċediet. Filwaqt li l-paroli ma jonqosx, il-kapitulazzjoni hi kompleta. Il-Partit Demokratiku issa ser jisparixxi.

Issa Marlene tibda tgħix l-illużjoni li tista tibdel il-PN minn ġewwa. Hemm min qed jgħid li din hi l-unika triq għall-partiti żżgħar. It-tweġiba tiegħi hi waħda, ċara u sempliċi: Alternattiva Demokratika mhux interessata fdin it-triq.

Marlene bħal stenbħet …………… u Salvu Mallia?

 marlene-farrugia-simon-busuttil      salvu-mallia

Marlene Farrugia bħal stenbħet u ndunat li l-PN kien qed jgħaddiha biżżmien. Inqeda biha fid-dimostrazzjonijiet kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba. Waqt li Simon Busuttil kien qiegħed jippontifika dwar il-governanza tajba, il-partit tiegħu kien fl-istess ħin qiegħed jitliegħeb quddiem Silvio Debono biex dan jimpalalu l-euros biex jitħallsu l-pagi tal-partit. Marlene għaġġlet u żbaljat.

Il-maskra tal-ipokrezija politika tal-Partit Nazzjonalista, issa inkixfet u Marlene tħossha li ġiet ittraduta. L-ewwel ittradiha Joseph u issa reġgħet ingidmet minn Simon. Donna ma titgħallem qatt!

Xgħandu xi jgħid Salvu Mallia li illum hu parti mill-PN għax bela il-kliem kollu li qal kontra żżewġ partiti l-kbar meta fdaqqa waħda ħass li l-PN kien ippurifikat. Salvu Mallia fetaħ il-kanuni fuq Mario de Marco. Issa xser jgħidilna fuq l-ipokrezija politika ta Simon Busuttil. Għax issa qiesu immuta.

Forsi issa jkun hemm iktar min jifhem kemm kellha raġun Alternattiva Demokratika li ma ħaditx sehem fid-dimostrazzjonijiet li organizza l-PN. Iżżmien tana raġun, sfortunatament, li l-PN ma tistax tafdah kif għamlu Salvu Mallia u Marlene Farrugia.

Il-parabboli ta’ Varist

Evarist-Bartolo.irrabjat

It-tradizzjoni politika Ewropeja, li f’kull partit politiku jkun hemm mhux biss min jaħseb b’moħħu imma, iktar minn hekk li jkun hemm min jitkellem ċar fil-pubbliku, għad ma rabbietx l-egħruq fil-fond f’pajjiżna. Kieku dan seħħ, il-ħajja politika f’Malta forsi hi ftit aħjar.

Minflok politiċi li jitkellmu ċar, għandna l-parabboli ta’ Varist li waqt li l-opinjoni pubblika qed tiffoka fuq il-Panama jippreferi jikkritika l-imġieba tal-Professur Bannister inkella  li jitkellem dwar xi stedina għal fenkata f’razzett fin-nofsinnhar tal-pajjiż. Messaġġ għal min irid jifhmu, imma ferm il-bogħod minn dak mistenni minnu.

Jiena nitkellem ma membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra. Wieħed minnhom, min-naħa tal-Gvern, riċentement qalli li Marlene Farrugia għaġġlet meta rriżenjat għax kieku stenniet ftit kienet issib appoġġ mhux żgħir mill-backbench.

Iva, wara l-istorja faċli tgħid x’seta ġara, kieku …………… nitkellmu ċar u mhux bil-parabboli.

 

Imma dan ma ġarax b’kumbinazzjoni għax tajjeb li niftakru li Joseph Muscat ħaseb minn kmieni biex jassigura ruħu li jkun jista’ joħnoq id-dissens fil-grupp parlamentari biex jipprova jevita dak li ġralu Lawrence Gonzi.

Id-daqs kbir tal-Kabinett (l-ikbar fl-istorja) kif ukoll l-inkarigi lil prattikament il-backbench kollu (min Chairman hawn u min konsulent hemm) huma fost il-miżuri intenzjonati minn kmieni biex id-dissens ikun regolat. Pero minkejja dan, il-grupp parlamentari laburista xorta kellu diskussjoni imqanqla dwar il-Panama Papers. Kien hemm min, bil-bibien magħluqin ħass li seta jkun kritiku ta’ kif saru l-affarijiet u diversi talbu r-riżenji ta’ Konrad u Keith. Il-kuraġġ tal-ftit instema imma ma kienx biżżejjed. Kellhom il-kuraġġ imma illimitaw ruħhom għall-kritika interna, li hi neċessarja ukoll.

S’issa d-dissens fil-Partit Laburista hu limitat għall-kritika interna u għall-parabboli ta’ Varist. Żewġ passi l-quddiem imma mhux biżżejjed biex tinkiseb lura l-kredibilità.

 

Parlament li jġiegħlek tirremetti

vomit

Smajt partijiet mid-dibattitu Parlamentari tal-lum dwar Keith Schembri l-Kasco. Nistqarr li qlajt l-istonku nisma’ lil Simon Busuttil u lil Joseph Muscat jitkellmu. Jekk ngħid li rriduċew lil Parlament għat-tejatrin tar-raħal inkun qed ninsulenta lit-tejatrin tar-raħal!

Bil-lingwaġġ li kontinwament juża’ Simon Busuttil (u oħrajn) iwassal mesaġġ li qed jitkellem dwar korruzzjoni ppruvata meta jaf li dan hu ferm il-bogħod mir-realtà. Ir-realtà hi ftit differenti: li hemm attività ta’ diversi persuni li qed jagħmlu użu mis-segretezza tal-qasam finanzjarju f’pajjiżi oħra (Panama u British Virgin Islands, per eżempju). Li dawn is-servizzi jintużaw minn persuni fil-politika (Konrad Mizzi) u minn persuni madwar il-politiċi (bħal Keith Schembri) jqanqal suspetti gravi dwar korruzzjoni. Suspetti jibqgħu suspetti. Imma l-politiku serju jaġixxi minnufih fuq suspetti ta’ din il-gravità. Il-fatt li Joseph Muscat ma aġixxiex turi li bla l-iċken dubju m’huwiex bniedem serju u ma jixraqlux li jmexxi dan il-pajjiż.

Dan hu l-argument kollu li jiġġustifika l-mozzjoni ta’ Marlene Farrugia.

Il-bqija, fl-opinjoni tiegħi kien kollu ħela ta’ ħin.

Imma sfortunatament il-Parlament Malti mhuwiex interessat f’diskussjoni serja. La l-Gvern u l-anqas l-Opposizzjoni.