Mis-Saqqajja sal-Belt Valletta

lamp post hanging

Diġa kellna l-opportunita’ bħala Alternattiva Demokratika biex nikkummentaw fuq il-fatt li l-partit ta’ Norman Lowell kiseb numru mhux żgħir ta’ voti. Numru qrib dak li kisbet AD.

Il-voti li nkisbu mill-partit ta’ Lowell huma inkwetanti minħabba l-politika li jmexxi l-quddiem il-partit tiegħu. Politika ibbażata fuq supremazija mistħajla tar-razza bajda fuq razez oħra.

Il-partit ta’ Lowell huwa partit li jemmen fl-użu tal-forza biex jitbegħdu l-immigranti li jkunu fi triqiethom lejn Malta.

Fuq is-sit elettroniku Viva Malta l-kliem huwa ċar ħafna. M’hemmx lok għal miżinterpretazzjoni. Fil-fatt jingħad hekk:

“We only have to sink half a dozen boats, preferably laden full of hundreds of them. And the Kaffir will take the lesson, don’t worry. Then, we turn on those Traitors opening the gates, encouraging them in.”

It-tradituri, jiġifieri dawk li ma jaqblux fuq l-immigrazzjoni mal-partit ta’ Norman Lowell ukoll hemm soluzzjoni għalihom li issibuha fuq is-sit elettroniku Viva Malta. Ċara ħafna u li ma tħalli l-ebda dubju :

“We will hunt you all down, like ferrets.We will never, ever forget or forgive you – you traitorous bastards.There are not enough lamposts from Saqqajja to Valletta.”

Hemm ħafna iktar. Imma dan jiddeskrivi fi ftit kliem il-partit ta’ Norman Lowell. Ma naħsibx li kull min ta’ vot lill-Partit ta’ Norman Lowell jaf b’dan. Issa dan m’hu xejn, għax hemm ħafna iktar!