Il-vot fuq l-aħdar : 4. L-użu tal-Vot

 victor_galea

Il-vot għandu saħħa kbira. Iżda sfortunatament mhux kulħadd jaf jagħmel użu tajjeb minnu.

F’sistema bi-polari bħal tagħna l-partiti l-kbar draw iħeġġu lill-votanti jivvutaw fuq il-kulur tagħhom u jieqfu hemm. Jibżgħu jgħidu iktar.

Ir-realta anke jekk tagħti appoġġ lil xi partit (hu liema hu) tista’ wara li tkun ivvutajt lill-kandidati tal-partit li tappoġġa tivvota b’mod strateġiku lil dawk mill-kandidati l-oħra li “l-inqas idejquk”.

B’dan il-mod il-vot tiegħek jekk ma jkunx hemm użu iktar għalih għax il-kandidati kollha tal-partit tiegħek ikun ġew eletti jew eliminati inti tkun tista’ tagħżel bejn il-kandidati tal-partiti li jkunu għadhom fit-tiġrija.

Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għall-2004 meta sfat eliminata Joanna Drake il-parti l-kbira tal-voti tagħha waqgħu fuq David Casa tal-PN ukoll. S’hemmhekk xejn speċjali.

Imma Casa bil-voti li wiret mingħand Drake qabeż il-kwota sew u allura kellu jittrasferixxi l-voti żejda skond ix-xewqa tal-votanti, fejn dawn esprimew xewqa. Dakinnhar il-votanti tal-PN kellhom il-possibilita li wara li vvutaw lill-kandidati kollha tal-PN jagħżlu bejn Arnold Cassola u Louis Grech. Il-parti l-kbira m’għażlu lil ħadd.  B’hekk il-votanti nazzjonalisti fl-2004 effettivament  ippreferew lil Louis Grech flok lil Arnold Cassola. Setgħu jagħżlu mod ieħor iżda dan ma għamluhx.

F’Ġunju 2009, fuq skala ferm iżgħar, fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Għarb il-votanti Laburisti ukoll setgħu għażlu  bejn Victor Galea ta’ Alternattiva Demokratika u Carmen Vella tal-Partit Nazzjonalista.

Meta ġie eliminat Kevin Cassar tal-Partit Laburista l-parti l-kbira tal-voti tiegħu intirtu minn Emanuel Muscat tal-PL ukoll. Bil-voti li wiret Emanuel Muscat (PL) li kien l–aħħar kandidat tal-PL huwa qabeż il-kwota. Il-voti żejda tiegħu li kienu jammontaw għal 26 setgħu jiddeċiedu min kellu jiġi elett bejn Victor Galea (AD) u Carmen Vella (PL). 7 voti marru fuq Victor Galea. 2 voti marru fuq Carmen Vella. 17-il vot ma għażlu lil ħadd. Il-konsegwenza li ġiet eletta Carmen Vella b’differenza ta’ 5 voti. Id-deċiżjoni ħaduha mhux dawk li ivvutaw, iżda dawk li ddeċidew li ma jagħżlu lil ħadd.

Żgur li ma nistax niddeskrivi l-voti li ġieb Victor Galea fl-Għarb bħala diżastru. Kważi wasal. Imma ma wasalx għal ftit. A miss is as good as a mile !

Mingħajr ma nnaqqas mill-merti tal-kandidata li ġiet eletta, li l-anqas biss naf min hi, ngħid li tilfu n-nies tal-Għarb għax tilfu s-servizz ta’ kunsillier eċċezzjonali.

(ikompli għada  5. Alternattiva hi meħtieġa)

AD u l-White Paper dwar il kera

 

Illum, kmieni wara nofsinnhar iffurmajt parti minn delegazzjoni ta’ AD li tlaqgħet ma John Dalli, Ministru tal-Politika Soċjali.

 

Il-laqgħa serviet biex AD għaddiet lill-Ministru Dalli kopja tar-reazzjoni ta’ AD għall-White Paper intitolata Il-Ħtieġa ta’ Riforma. Sostenibilita. Ġustizzja. Riforma.

 

Għal AD ir-riforma għandha titwettaq billi filwaqt li ssir ġustizzja mas-sidien tal-propjeta li refgħu fuq spallejhom il-piż ta’ emerġenza permanenti, ma jinħolqux inġustizzji ma l-inkwilini, prinċipalment ma dawk li diġa huma fir-riskju tal-faqar.

 

L-ewwel skop tar-riforma hi li ssir ġustizzja.

 

It-tieni skop huwa wieħed ambjentali u dan billi meta l-propjetajiet preżentment vojta jitqegħdu fuq is-suq ser ikun hemm inqas ħtieġa ta’ bini ta’ iktar propjeta. Inqas propjeta titwaqqa’, inqas art verġni tinbena.

 

It-tielet skop huwa wieħed ekonomiku : il-pajjiż jutilizza aħjar ir-riżorsi li għandu.

 

Fil-waqt li AD taqbel b’mod ġenerali mal-proposti stabiliti fil-White Paper hemm tlett aspetti partikolari li tħoss il-ħtieġa li tissottolinea:

 

l-ewwel : ir-riform proposta tintrabat mal-familja tradizzjonali u tinjora forom ġodda ta’ familja li qed jiżviluppaw f’Malta ukoll; fosthom il-familja komposta minn koppja mhux miżżewġa kif ukoll familja komposta minn żewġ persuni ta’ l-istess sess; dawn il-familji ukoll għandhom id-drittijiet li liġi riformata tal-kera għandha tirrikonoxxi;

it-tieni : ir-riforma tipproponi perjodu transitorju twil wisq (għoxrin sena) għall-kirjiet kummerċjali; dan il-perjodu ser iservi ta’ tentazzjoni għal min jitħajjar idawwar l–arloġġ lura;

it-tielet : hemm kirjiet li s’issa huma esklużi mill-proposti li saru; dawn jikkonċernaw il-każini tal-banda, każini sportivi, każini tal-partiti politiċi u kirjiet ta’ propjetajiet minn NGOs li jservu ta’ bażi minnfejn dawn iwettqu l-ħidma tagħħom; fil-waqt li hemm bżonn li anke dawn il-kirjiet ikunu liberalizzati, imma jrid ikun ċar li l-komunita’ permezz tal-Gvern għandha tkun lesta li toħroġ sussidju kulturali/sportivi biex tgħin lil dawn l-għaqdiet anke b’apprezzament għall-kontribut li qed jagħtu għall-binja tal-fibra kulturali, sportiva u soċjali ta’ dan il-pajjiż.

 

Għal snin twal Alternattiva Demokratika kienet l-unika leħen favur ir-riforma tal-liġijiet tal-kera. Għandna sodisfazzjoni kbir li issa n-numru ta’ dawk li qed jaqblu qiegħed jiżdied.

 

L-agrituriżmu u s-saħħa mentali

 

 

Il-Fondazzjoni Ager hija immexxija minn Victor Galea u hija l-ewwel organizzazzjoni tax-xorta tagħha f’Malta. Torganizza żjarat ta’ jum għand u mal-bdiewa (u anke mas-sajjieda) Għawdxin. Bħala riżultat ta’ dan kemm Maltin kif ukoll barranin qed japprezzaw iktar il-biedja Ghawdxija.

 

 

Dan huwa forma oħra ta’ Turiżmu li f’Malta għadu ma żviluppax. Għandu potenzjal kbir. F’pajjiżi oħra taw iktar kasu u għin biex jiżviluppa turiżmu sostenibbli.

 

Apparti l-benefiċċju għad-diversifikazzjoni tat-turiżmu għandu ukoll vantaġġi ta’ terapija magħrufa ukoll bħala eko-terapija. Mhux biss għal min hu marid iżda ukoll għal min hu b’saħħtu u jrid jistrieħ il-bogħod mill-istorbju u l-istress tal-ħajja ta’ kuljum.

 

Studji u osservazzjonijiet li saru f’pajjiżi oħra juru li l-industrijalizzazzjoni u l-urbanizzazzjoni begħdu lill-bniedem min-natura. Meta nerġgħu noqorbu lejn in-natura ikun qiesu dħalna lura d-dar. Esperjenza agri-turistika b’sorveljanza tista’ tkun ta’ għajnuna kbira għal min ibati minn skizofrenija u depression.

 

 

Dawn huma uħud mill-osservazzjonijiet li għamilt waqt seminar organizzat mir-Richmond Foundation nhar il-Ħamis li għadda bit-titlu : The Environment and Its Effects On Mental Health.

 

HomeVisits f’Għawdex

imagesvg.jpg   

 

Fil-Blog ta’ Victor Galea, Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva u kandidat fuq Għawdex f’post bid-data tal-bierah il-Ħamis 28 ta’ Frar 2008 qal hekk :

 Wednesday:
I dedicated this day to home visits. At one point, we noticed a car following us while in Kercem. The people in the car thought that I am stupid. Of course I realised that one of the men was calling people via his mobile instructing families not to open the door. This was confirmed later by three families excusing themselves for not opening since they are ‘afraid’ from the three men in the car. How funny. The three men in the car were helping me acquire some new votes 🙂
These tactics are of old…..and self-destructive. When will these people learn?
  

Ċerti nies donnu ma jitgħallmu qatt. Fil-karozza li kienet qed issegwi lil Victor kien hemm ex Membru tal-Parlament Għawdxi !

Kompli għaddej Vic !