Il-legat ta’ Arvid Pardo: niskopru mill-ġdid il-vokazzjoni marittima

“Aħna għandna interess naturali u vitali fil-baħar ta’ madwarna li permezz tiegħu ngħixu u nieħdu n-nifs.” Dan hu kliem Arvid Pardo, dakinnhar ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda, kliem li qal meta kien qed jindirizza  l-Assemblea Ġenerali fuq il-proposta ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u r-rizorsi tiegħu bħala l-wirt komuni tal-umanità.

Il-baħar hu ħajjitna, iżda ftit li xejn jingħata prominenza fil-prijoritajiet politiċi tal-pajjiż. Bħala gżira stat,   il-baħar u dak kollu marbut miegħu, għandu jkun fuq nett fl-aġenda politika tal-pajjiż.  Hu ghalhekk ta’ tħassib li lokalment ma ntqal prattikament xejn mill-Gvern dwar trattat fuq l-ibħra internazzjonali konkluż iktar kmieni din il-ġimgħa fil-qafas tal-istrutturi tal-Ġuns Magħquda. Ftehim li hu ta’ importanza storika u riżultat ta’ negozjati li ilhom sejrin sa mill-2004.  Dan hu ftehim li hu mibni fuq il-legat tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Baħar li dwarha, permezz ta’ Arvid Pardo, Malta tat sehem kruċjali.

Malta teħtieġ li tiskopri mill-ġdid il-vokazzjoni marittima tagħha u li tkun fuq quddiem nett f’dawn l-inizjattivi fid-dibattitu marittimu internazzjonali. Biex inkunu proattivi jeħtieġilna li jkollna Ministeru iffukat fuq il-politika Marittima li jiġbor taħt saqaf wieħed il-politika marittima kollha ta’ relevanza għall-gżejjer Maltin: mill-ekonomija l-blu, is-sajd u l-akwakultura għall-ħarsien ta’ zoni marittimi estensivi anke fl-ibħra internazzjinali, il-ħarsien aħjar tal-kosta kif ukoll li nimplimentaw sewwa l-liġi dwar id-Dimanju Pubbliku bla dewmien u dan biex ikun assigurat l-aċċess pubbliku għall-kosta, u b’hekk, fuq perjodu ta’ żmien tkun ikkontrollata l-kummerċjalizzazzjoni tal-kosta li ilha sejra s-snin.

Darba kellna Segretarjat Parlamentari għall-Affarijiet Marittimi. Illum il-ġurnata l-politika marittima hi linja waħda fil-lista ta’ responsabbiltajiet tal-Kabinett taħt il-Ministeru tat-Trasport. Fir-realtà, imma, l-politika marittima hi frammentata  u dwarha hemm responsabbiltajiet f’diversi Ministeri.  Fil-prattika dan ifisser li ma hemm ħadd li għandu responsabbiltà politika diretta u konsegwenza ta’ hekk il-koordinazzjoni politika f’dan il-qasam hi waħda limitat ħafna.  Din hi ħasra għax dan hu qasam li għandu ħafna potenzjal li jkun ta’ ġid għall-pajjiż.

It-trattat il-ġdid ser ifittex li jindirizza l-ħarsien tas-saħħa tal-oċejani mhux biss fil-present, imma iktar importanti fuq medda ta’ żmien: dan hu il-wirt li ser inħallu warajna lill-ġenerazzjonijiet futuri.   Kif ġie emfasizzat mill-kelliemi għas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres, dan it-trattat il-ġdid ser ifittex li jindirizza il-kriżi li qed tiffaċċja id-dinja fuq tlett fronti: it-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u t-tniġġiż.

In-negozjati dwar it-trattat intemmu fil-lejl bejn l-4 u l-5 ta’ Marzu. Ser iservi biex titwettaq il-wegħda miftehma fil-konklużjonijiet  tal-Konferenza dwar il-Bijodiversità li saret f’Montreal f’Diċembru li għadda u li hi magħrufa bħala  30×30.   Din hi wegħda bl-iskop li tistabilixi fuq sisien legal sodi il-mira ta’ protezzjoni ta’ terz tal-bijodiversità fuq l-art u l-baħar u dan sas-sena 2030. In-negozjati dwar it-trattat fasslu l-qafas legali meħtieġ biex tkun tista’ tibda t-triq twila ħalli jkunu implimentati l-wegħdiet, il-konklużjonijiet u inizjattivi ta’ Montreal.

L-ibħra internazzjonali jibdew fejn jispiċċaw iż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-pajjiżi differenti, ġeneralment madwar 200 mil nawtiku (390 km) mill-kosta. Dawn l-ibħra jammontaw għal 60 fil-mija tal-oċejani globali u ma huma tal-ebda pajjiż, u allura huma ta’ kulħadd! Dawn l-ibħra huma taħt theddida kontinwa ta’ ħsara mill-ħidma akkumulata tal-bniedem tul is-snin. Għalhekk il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali taġixxi illum qabel għada.

Meta it-trattat jidħol fis-seħħ, forsi, inkunu pass eqreb lejn il-ħolqien ta’ zoni ta’ protezzjoni marittima fl-ibħra internazzjonali. Din, meta isseħħ tkun kisba storika kbira.

Arvid Pardo jkun kburi li wasalna sa hawn. L-aħjar mod kif nikkommemorawh ikun kull darba li nkunu kapaċi nidħlu għar-responsabbiltajiet internazzjonali tagħna dwar l-ibħra. Jeħtieġilna li niftakru kontinwament li bħala gżira, il-baħar hu ħajjitna: il-baħar hu dak li għamilna dak li aħna illum.

ippubblikat fuq Illum: 13 ta’ Marzu 2023

Arvid Pardo’s legacy: rediscovering a maritime vocation

“We are naturally vitally interested in the sea which surrounds us and through which we live and breathe.” This was stated by Arvid Pardo then Malta’s UN Ambassador when addressing the United Nations General Assembly in November 1967 on Malta’s seminal proposal on the seabed and its resources as the common heritage of mankind.

The sea is our lifeline, yet it does not feature prominently in our policy priorities. As an island state, all issues relative to the sea should be at the very top of the country’s political agenda. It is with regret therefore that very little was said locally by government on the High Seas Treaty concluded within the UN framework earlier this week. This agreement, of crucial importance, is the culmination of negotiations which started in 2004 and builds on the legacy of the United Nations Convention of the Law of the Sea (UNCLOS) in respect of which Malta had a pivotal role through Ambassador Arvid Pardo.

Malta needs to rediscover its maritime vocation and be at the forefront of such international maritime initiatives and debate. In order to be proactive, we need a focused Ministry for Maritime Affairs which groups under one political head all maritime politics of relevance to the Maltese islands: ranging from the blue economy, fisheries and aquaculture to marine protected areas, the protection of coastal areas as well as ensuring that the Public Domain Act is implemented the soonest to ensure public access all along the coast and over time to reverse the commercialisation of the coast which has been going on for ages.

Once upon a time we had a Parliamentary Secretariat for Maritime Affairs. Nowadays maritime policy is a footnote to the list of Cabinet responsibilities, listed under the Ministry for Transport,  but in reality, it is fragmented over a multitude of Ministries. In practice this means that direct political responsibility and policy coordination in maritime policy is rather limited. This is a pity as it is a policy area which has so much potential!

The new treaty seeks to counter the destructive trends which is faced by the health of the oceans, not just at present, but also, more importantly, for generations to come. As emphasised by the spokesperson for United Nations Secretary General Antonio Guterres, the new treaty seeks to address the triple planetary crisis of climate change, biodiversity loss and pollution.

The treaty, concluded during the night between the 4 and 5 March, is crucial for implementing what is known as the 30×30 pledge of the Montreal Biodiversity Conference held last December. This is intended to protect a third of the biodiversity on land and at sea by the year 2030. This treaty establishes the legal framework required to start the long road towards implementation of the Montreal pledges, conclusions and initiatives.

The high seas begin where the exclusive economic zone of the different countries end, generally some 200 nautical miles (390 km) from the coastline. Comprising more than 60 percent of the world’s oceans they belong to no particular country. They are however under continuous threat from anthropogenic activity.

When the treaty enters into force, maybe, we will be a step closer to creating marine protected areas in international waters. That would be a historic achievement.

Arvid Pardo would be proud of such a moment. The best way of honouring his memory would be if we shoulder our international responsibilities, continuously protecting the marine environment which has contributed so much to what we are.

published in The Malta Independent on Sunday: 12 March 2023

Il-kosta: fi stat ta’ emerġenza

Iktar kmieni din il-ġimgħa, l-International Panel on Climate Change (IPCC) tal-Ġnus Magħquda, ippubblika rapport dwar l-ibħra u t-tibdil fil-klima. Ġejna avżati għal darb’ oħra bil-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-impatti li ser jirriżultaw bħaż-żieda fil-livell tal-baħar.

Ir-rapport ifakkarna ukoll fil-ħtieġa urġenti li jkunu indirizzati b’mod adegwat l-emissjonijiet tal-karbonju sa mhux iktar tard mis-sena 2050.

Il-Kummissarji Ewropej Miguel Arias Cañete (Azzjoni Klimatika u Enerġija), Karmenu Vella (Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd) u Carlos Moedas (Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni) kienu sodisfatti bir-rapport, għax jikkunsidraw li dan hu tfakkira lill-komunità globali biex din taġixxi u tindirizza t-tibdil fil-klima u l-impatti tagħha fuq l-ibħra malajr kemm jista’ jkun. Fi stqarrija tal-Kummissjoni Ewropeja li t-tlett Kummissarji ħarġu nhar l-Erbgħa emfasizzaw li l-konklużjonijiet tar-rapport huma ċari: “iż-żieda fit-temperatura globali ikkawżata mill-bniedem qed tkun il-kawża ta’ tibdil drastiku fl-ibħra. Mhux biss qed togħla t-temperatura, imma l-ibħra qed isiru iktar aċidużi u fihom inqas ossiġnu. Il-livell tal-baħar qed jogħla ħafna iktar milli kien antiċipat.”

Il-Kapitlu numru 4 tar-rapport għandu jkun ta’ interess partikolari għal Malta. Huwa intitolat “Sea Level Rise and Implications for Low Lying Islands, Coasts and Communities”.

Il-medja globali taż-żieda fil-livell tal-baħar qed tiżdied b’rata li qed taċċellera. Mill-osservazzjonijiet li saru jirriżulta li din żdiedet minn 1.4 millimetri fis-sena fuq il-perjodu 1901-90 għal 3.6 millimetri fis-sena tul il-perjodu 2005-15. Ir-rapport jirreferi għal diversi studji li saru biex ikun imkejjel kemm tista’ tkun din iż-żieda fil-livell tal-ibħra fil-futur. Lil hinn mill-2050 hu diffiċli li jsiru projezzjonijiet u dan minħabba li x-xenarju dwar l-emmissjonijiet u t-tibdil fil-klima assoċjat mhux magħruf biżżejjed. L-anqas mhu magħruf kif ser tkun ir-reazzjoni tas-silġ akkumulat fl-Antartiku f’dinja b’temperatura għola. Bl-informazzjoni li hawn il-projezzjonijiet li saru jindikaw li l-livell tal-ibħra jista’ jiżdied b’madwar 110 ċentimetri sa tmiem dan is-seklu. Mhux eskluż li meta jitlestew studji addizzjonali li għadhom għaddejjin din iż-żieda tista’ titla’ sa 200 ċentimetru.

Dawn il-projezzjonijiet huma ibbażati fuq osservazzjonijiet xjentifiċi flimkien mat-tagħrif akkumulat minn studji dwar l-impatti tal-klima fuq l-ibħra, iż-żieda fit-temperaturi globali flimkien mar-ritmu li bih qed idub is-silġ akkumulat. Minkejja din l-inċertezza dwar dak li ser jiġri kif jidher mill-varjazzjoni mhux żgħira fil-projezzjonijiet dwar kemm u meta jista’ jogħla l-livell tal-ibħra, id-deċiżjonijiet ta’ ippjanar konnessi ma dak li hu meħtieġ biex tkun protetta l-kosta huma meħtieġa li jittieħdu illum.

Dan jinkludi d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar infrastruttura ta’ importanza kritika kif ukoll xogħolijiet għall-ħarsien tal-kosta li hu meħtieġ li jkunu tlestew qabel ma jibda jseħħ ix-xenarju li l-baħar jogħla fil-livell b’mod sostanzjali.

L-għoli fil-livell tal-baħar hu ta’ theddida għall-komunitajiet residenzjali mal-kosta kif ukoll għall-parti l-kbira tal-infrastruttura turistika u marittima.

Iż-żoni kostali tagħna huma żviluppati b’mod esaġerat u fihom hemm jgħixu numru mhux żgħir ta’ nies, b’densità esaġerata.

Il-faċilitajiet u l-infrastruttura turistika huma ikkonċentrati tul il-parti tal-kosta li hi kważi fil-livell tal-baħar b’mod li l-inqas żieda fil-livell tal-baħar jista’ jkollu effett diżastruż. Għal stat gżira bħal Malta l-infrastruttura marittima hi kruċjali: anke din qegħda fil-livell tal-baħar. Bħala konsegwenza ta’ dan l-iċken ċaqlieq fil-livell tal-baħar jista’ jkollu effett diżastruz fuq il-gżejjer Maltin jekk ma nippreparawx ruħna sewwa mhux biss għall-iktar possibiltajiet realistiċi imma anke għall-agħar possibilitajiet.

X’ser nagħmlu? Qegħdin nippreparaw ruħna għal din l-emerġenza li qed tiżviluppa wara biebna?

It-tweġiba ovvja hi le: ma jidher xejn li jindika li qed nippreparaw ruħna. Il-problema ewlenija għalina hi li anke b’zieda żgħira fil-livell tal-baħar il-faċilitajiet mal-kosta jistgħu jisparixxu. Neħtieġu viżjoni ċara fuq kif ser naffrontaw it-tibdil fil-klima.

Il-Ministeru tat-Turiżmu iktar hu interessat biex joqgħod jilgħab bir-ramliet artifiċjali li malajr jitkaxkru mill-mewġ mal-ewwel maltempata qalila kif ġara fil-Bajja tal-Balluta riċentement. Man-natura ma tilgħabx! L-Awtorità tal-Ippjanar, min-naħa l-oħra iktar hi interessata li taqdi lil dawk li jridu jistagħnew mil-koxxa u fl-ebda ħin ma bdiet tagħti kas tat-tibdil fil-klima fid-deċiżjonijiet tagħha.

Neħtieġu kosta ħajja u vibranti. Nistgħu nipproteġu ‘l kosta billi nħejju ruħna għal din l-emerġenza tal-klima li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Jekk ser nibqgħu ma niċċaqilqux it-tort ikun tal-ġenerazzjoni tagħna u ta’ ħadd iktar.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2019

Our coastline: in a state of emergency

Earlier this week the UN International Panel on Climate Change (IPCC) published its report on the oceans and climate change. We are once more warned of the consequences of climate change and the impacts of rising sea levels, as well as of the urgent need to have decarbonisation in place by not later than the year 2050.

EU Commissioners Miguel Arias Cañete for Climate Action and Energy, Karmenu Vella for Environment, Maritime Affairs and Fisheries and Carlos Moedas for Research, Science and Innovation have welcomed the report, considering it a wake-up call for the global community to tackle climate change and its impacts on oceans as soon as possible. In an EU Commission press statement issued on Wednesday, they emphasised the fact that the conclusions of the new report are clear: “human-induced global warming is drastically changing our oceans. They are heating up, becoming more acidic, contain less oxygen. Sea levels are rising much faster than anticipated.”

Chapter 4 of the report should be of particular interest to Malta. It is entitled “Sea Level Rise and Implications for Low Lying Islands, Coasts and Communities”.

Global Mean Sea Level is rising at an accelerating rate. From observations made it results that this has increased from 1.4 mm per year over the period 1901-90 to 3.6 mm per year over the period 2005-15. The report refers to various studies regarding the projected sea-level rise. Beyond 2050 is unchartered territory due to the uncertainties in emission scenarios and the associated climate changes and the response of the Antarctic ice sheet in a warmer world. The relevant projections, however, still point towards a possible sea-level rise of 1.10 metres towards the end of the century. It is not excluded that this projection may be increased upwards to as much as 2 metres, once additional studies are concluded.

These projections are based on scientific observations and the accumulated knowledge from studies on the impacts of climate change on the oceans, notably the increase in global temperatures as well as the resulting melting of glaciers and ice sheets.

Despite this uncertainty associated with such a wide range of the projections made, decisions on coastal adaptation planning are required to be made today. This would include decisions on critical infrastructure and coastal protection work which need to be put in place in anticipation of the most likely scenarios.

Rising sea levels are a threat to coastal residential areas as well as to most of our tourism and maritime infrastructure.

Our coastal areas are over-developed and densely populated. Tourism facilities and infrastructure is concentrated along the low-lying areas of the coast. For an island state the maritime infrastructure is crucial. As a consequence, sea-level rise may, even in the medium term, have a devastating impact on the Maltese islands unless we are adequately prepared – not just for the likely scenarios but also for the worst case scenario.

Where do we go from here? Are we prepared for this developing emergency which is unfolding before us?

The answer is an obvious “no”. We are not prepared. There are no signs that any sort of preparation is in hand. The basic problem we have to face is that even in the medium term our coast may be wiped out together with all its infrastructure. We lack a clear vision of how to deal with climate change.

The Tourism Ministry is only interested in playing around with artificial sandy beaches which will be quickly vacuumed up and reclaimed by the sea during the first storm – as was clearly demonstrated in Balluta Bay during the last stormy season. The Planning Authority is bent on facilitating “making hay while the sun shines” and has at no point factored climate change in its policies and decisions.

A healthy and vibrant coastline is essential and we can only protect it by being prepared for the developing climate emergency. If we do not we will have no one to blame but ourselves.

published in The Malta Independent on Sunday : 29 September 2019