Nifs għall-Magħtab …….. bil-bibien magħluqin

Maghtab PS2

Iktar kmieni illum, wara nofs siegħa jiddiskutu bil-bibien magħluqin, il-membri tal-Bord tal-MEPA qalu le għal pompa tal-petrol fil-Magħtab. Dehrilhom li kellhom jiddiskutu bil-magħluq. Għalkemm kellhom dan id-dritt jiena ma niftakarx li dan qatt sar fis-snin li għaddew. Ma nafx għalfejn għamlu hekk għax ma ingħatat l-ebda raġuni għal dan. Id-diffikulta li tinħoloq f’dawn iċ-ċirkustanzi hi li m’għandix idea x’kienu l-argumenti li ġiebu l-membri tal-Bord. Għax meta d-diskussjoni tkun fil-magħluq il-feedback ikun zero.

Mid-9 membri tal-Bord tal-MEPA li kienu preżenti 2 ma ħadux sehem fil-votazzjoni. Billi ma segwejniex id-diskussjoni allura ma nafux għaliex għażlu din it-triq.

Id-deċiżjoni tfisser li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord taw kaz tal-argumenti kollha li inġiebu, inkluż dawk tar-residenti. Dan juri kemm kien utli l-argument, f’xi mumenti jaħraq ħafna, li żviluppa waqt il-laqgħa pubblika tal-Bord tal-MEPA li saret il-ġimgħa l-oħra.

Din id-deċiżjoni tagħti nifs liz-zona rurali tal-Magħtab. Mhux nifs fit-tul għax probabbilment ma ndumux ma jkollna niffaċċjaw l-appell.

Il-MEPA u l-pompa tal-petrol proposta għall-Magħtab

Maghtab PS

Il-bieraħ quddiem il-Bord tal-MEPA bdiet tiġi diskussa l-applikazzjoni dwar il-pompa tal-petrol fil-Magħtab. Id-diskussjoni kella issir xi ġimgħat ilu, imma kienet posposta minħabba proċeduri fil-Qorti mir-residenti għax ir-rapport li kien ikkonkluda sa dakinnhar id-Direttorat tal-Ippjanar kien qed jinjora l-fatt li l-Pjan Lokali kellu policy li ż-żona fejn kienet proposta l-pompa tal-petrol kien jirriżervaha bħala Category 2 Rural Settlement.

Meta  bdiet id-diskussjoni ma saret l-ebda referenza għal din l-istess policy mill-esperti u professuri li ppreżentaw power points elaborati f’isem l-iżviluppatur u f’isem il-MEPA. Kien hemm minnhom min qalilna biss li l-policy ma tapplikax u waqaf hemm. Ħadd ma indenja ruħu jispjega għaliex.

Iffaċċjati b’dan jiena flimkien mal-persuni l-oħra li f’isem ir-residenti konna qed nippreżentaw il-każ kontra l-proposta ta’ żvilupp tal-pompa spjegajna għaliex il-policy fil-Pjan Lokali kellha tiġi applikata.

Jiena spjegajt għaliex skond il-Pjan Lokali l-permess għall-pompa tal-petrol ma setax joħroġ. Ha nikkwota dak li irrapporta Kevin Schembri Orland fl-Independent :

“He delivered a brief presentation against the project. “The central issue, which seems to have been missing from most presentations given, is that the site forms part of Rural settlement Category 2 (Policy CG04 in the Central Malta Local Plan). If some basic research was conducted, one would see that wall to wall with the site, there is an application refused as it forms part of Rural Settlement Category 2, and this was also confirmed in the appeal of that case. “This is basic information which you must take into consideration”. “Looking at CG04, it specifies what can be built in a rural settlement, and a petrol station is not one of the developments allowed under this policy” Cacopardo read from MEPA policy and said that the aim of this designation as a Category 2 Rural Settlement is to prevent further development of incompatible uses in the area, due to the disorganized state of the settlement. He said that since this is part of a rural settlement, this Board has its hands tied and cannot allow another use that conflicts with policy CGO4.”

Wara li konna spiċċajna nippreżentaw il-każ f’isem ir-residenti, l-esperti li kien hemm bdew iwieġbu xi punti. L-Independent jirrapporta hekk dwar dak li ġara :

“Mr Cacopardo, as well as residents in the area, had been arguing that a particular policy was not taken into consideration. After residents made these arguments, the representative of the Planning Directorate argued that it was considered, and began making his arguments. At this point, Carmel Cacopardo stood up asked why none of these reasons were included in the DPAR report and accused him of professional disloyalty for not including these arguments in their documents.”

Id-Direttorat tal-Ippjanar  għandu l-obbligu li jispjega b’mod ċar u eżatt il-posizzjoni dwar kull applikazzjoni li tkun qed tiġi ikkunsidrata. Irrispettivament xi tkun l-opinjoni professjonali tal-uffiċjali tad-Direttorat għandhom l-obbligu li ma joqgħodux iduru mal-lewża jew li jevitaw xi argument. Imma sfortunatament spiss qed jagħmlu dan.  Għalhekk għidt li dan kien każ ta’ slealta.

Il-MEPA permezz tad-Direttorat tal-Ippjanar għandha l-obbligu li tiskuża ruħha mar-residenti tal-Magħtab.