Sabu l-ilma ………… fuq Mars!

ilma fuq Mars.Independentilma fuq Mars.newsbook

 

L-aħbar li hemm possibilità tajba li fuq il-pjaneta Mars instab l-ilma nisslet ħafna interess fil-media. Anke f’Malta l-aħbar ingħata spazju għax bla dubju hi aħbar interessanti.

Dan l-interess huwa imnissel ukoll mill-fatt li f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja hawn nuqqas ta’ ilma.

Min jaf, forsi, waqt li nieħdu pjaċir li fuq il-pjaneta Mars instab l-ilma nibdew nagħtu  ftit iktar każu napprezzaw l-ilma ftit iktar viċin tagħna.

Fil-passat riċenti f’Malta, bħala pajjiż,  ma tantx tajna każ tal-ilma. Il-kostruzzjoni tal-bjar fir-residenzi, biex fihom jinġabar l-ilma tax-xita, naqas sostanzjalment. F’ħafna każi, l-ilma tax-xita flok ma jinġabar fil-bjar intefa’ fit-toroq jew fid-drenaġġ.

L-għorrief fil-Parlament, flok ma insistew biex l-ilma tax-xita jibda jinġabar fil-bjar ħolqu proġett biex jiġbru dan l-ilma u jixħtuħ fil-baħar. Irmew l-ilma u miegħu irmew ukoll miljuni ta’ euros.

Aħjar nibdew nagħtu ftit każ tal-ilma ta’ madwarna flok l-ilma li x’aktarx hemm fuq Mars!

Advertisements