Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi materja li għandha tkun f’idejn il-Prim Ministru minħabba li tmiss ma’ kull qasam tal-politika. Hu interessanti li għal darba oħra r-responsabbiltà politika għall-iżvilupp sostenibbli reġgħet ġiet lura Kastilja, f’ħoġor il-Ministru Karmenu Abela, li nħatar Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Sal-lum dan rari seħħ ħlief għall-perjodu qasir li fih Mario Demarco kien Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ambjent.

Robert Abela mhuwiex l-ewwel Prim Ministru li emfasizza l-ħtieġa li jingħata iktar importanza lill-iżvilupp sostenibbli. Ħadd minnhom, imma, ma rnexxielu!

It-terminu “żvilupp sostenibbli” huwa l-iktar wieħed mit-termini fid-dizzjunarju politiku li huma użati ħazin. Il-lingwaġġ politiku użat kważi qatt ma jasal biex ifisser u jispjega li l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi politika li tħares fit-tul: li kontinwament, huma u jittieħdu d-deċiżjonijiet, tagħti każ il-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-gvernijiet ma jagħtux importanza biżżejjed lill-iżvilupp sostenibbli għax din m’hiex biss dwar illum imma hi ukoll dwar għada. Hi dwar kif il-ħidma tal-lum teħtieġ li issir b’mod li ma jkunx ippreġudikat għada u l-ġenerazzjonijiet futuri. Għada min rah? L-interess ta’ bosta minnhom iwassal sa ħames snin, jiġifieri sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Dan hu punt li saħqet dwaru Gro Harlem Brundtland, Norveġiża u soċjalista demokratika li kienet Prim Ministru ta’ pajjiżha. Fir-rapport li hi ħejjiet għall-Ġnus Magħquda snin ilu dwar l-ambjent u l-iżvilupp, intitolat Our Common Future, emfasizzat li “Naġixxu b’dan il-mod għax nafu li mhu ser jiġri xejn: il-ġenerazzjonijiet futuri ma jivvutawx; m’għandhomx poter politiku jew finanzjarju; ma jistgħux jeħduha kontra d-deċiżjonijiet tagħna.”

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli mhix biss dwar l-ambjent: hi dwar kif inħarsu b’mod integrat lejn il-politika ambjentali, ekonomika, soċjali u kulturali. Tfisser li l-ħidma tagħna jeħtieġ li tħares fit-tul u li simultanjament trid tkun kompatibbli man-natura, l-ekonomija, l-iżvilupp uman u l-kultura tagħna.

L-iżvilupp sostenibbli hu dwar kif nistgħu f’kull ħin inkunu f’armonija ma’ dak li aħna mdawrin bih. Il-ħin kollu, u mhux biss meta jaqbel. Tirrikjedi s-sinkronizzazzjoni tal-politika kulturali, soċjali, ambjentali u ekonomika. Għax il-ħarsien tad-dinjità umana, l-apprezzament tal-wirt kulturali u l-ħarsien ambjentali huma essenzjali daqs l-iżvilupp ekonomiku.

Fil-qafas globali, kif ukoll Ewropew, il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tfisser ukoll l-implimentazzjoni tal-miri dwar l-iżvilupp sostenibbli approvati mill-Ġnus Magħquda: 17-il mira imfissra f’169 oġġettiv. Din hi l-Aġenda Globali 2030 li dwarha l-Unjoni Ewropea ħadmet ħafna biex tkun maqbula mill-komunità internazzjonali. Filwaqt li l-Aġenda 2030 hi importanti kollha kemm hi, partijiet minnha għandhom importanza ikbar għalina f’Malta.

Ħu, per eżempju, l-immaniġjar tal-ilma. Hu essenzjali li nifhmu li huwa meħtieġ li r-riżorsa tal-ilma nieħdu ħsiebha sewwa u li l-użu li nagħmlu minnha jkun wieħed sostenibbli. Sfortunatament, sal-lum, l-immaniġjar tal-ilma f’Malta huwa kkaratterizzat minn doża mhux żgħira ta’ inkompetenza. Hemm aċċess kważi bla kontroll għall-ilma tal-pjan filwaqt li kwantità kbira ta’ ilma tax-xita jintrema l-baħar: kemm direttament permezz tal-mini li tħaffru għal dan l-iskop kif ukoll permezz tas-sistema tad-drenaġġ. Ir-regoli dwar il-ġbir u l-ħażna tal-ilma tax-xita applikati mill-awtoritajiet għal bini u żvilupp ġdid ħafna drabi mhumiex osservati. L-awtoritajiet ftit li xejn jagħtu kas.

Il-politika dwar it-transport hi qasam ieħor fejn l-ippjanar li ma jħarisx fit-tul jeħtieġ li jkun sostitwit billi tkun applikata l-politika ta’ żvilupp sostenibbli. Il-Pjan Nazzjonali tat-Trasport, li jibqa’ fis-seħħ sal-2025, jiġbdilna l-attenzjoni tagħna li nofs il-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati jdumu inqas minn kwarta. Dan jindika li inizjattivi biex ikun imrażżan it-traffiku fuq livell lokali u reġjonali jista’ jindirizza b’mod effettiv il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna bil-vantaġġ doppju ta’ titjib fil-kwalità tal-arja fejn din hi l-iktar meħtieġa.

Il-Pjan Nazzjonali tat-Transport jgħidilna li f’dan il-qasam, tul is-snin, ftit li xejn ħarisna fit-tul. Dan wassal, jgħidilna l-pjan, għal nuqqas ta’ direzzjoni strateġika u bħala riżultat ta’ dan żviluppajna l-inkapaċità li jkunu indirizzati materji diffiċli bħalma hi dik li tikkonċerna t-tnaqqis tal-karozzi privati. Min-naħa l-waħda għandna dan il-ħsieb sostenibbli dwar l-ippjanar tat-trasport, imma imbagħad min-naħa l-oħra l-Gvern ġie jaqa’ u jqum u għaddej bi programm ta’ nfieq sostanzjali fl-infrastruttura tat-toroq bl-iskop li tiżdied il-kapaċità tagħhom u bil-konsegwenza li d-dipendenza tagħna fuq il-karozzi tibqa’ tiżdied.

Dan kollu żejt fil-bażwa għax ġie ippruvat tul is-snin, bi studji li saru f’diversi pajjiżi, illi l-iżvilupp tas-sistema tat-toroq ma tnaqqasx il-konġestjoni tat-traffiku, imma isservi biss biex il-problema tkun posposta inkella tiċċaqlaq minn żona għall-oħra.

L-affarijiet huma agħar fil-qasam tal-ippjanar għall-użu tal-art. Gvernijiet suċċessivi wrew li ma kienux kapaċi jrażżnu l-iżvilupp esaġerat. B’wiċċ ta’ qdusija artifiċjali t-tmexxija politika tiddeskrivi lilha nnifisha bħal ħbieb tan-negozji (business friendly) inkella, kif smajna din il-ġimgħa ħbieb tas-suq (market friendly) u dan biex jippruvaw jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ azzjoni adegwata. Qalulna li l-industrija tal-bini tant ħolqot impjiegi li qed tikkontribwixxi b’mod effettiv għal titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Imma, kif bla dubju nafu lkoll, l-industrija tal-kostruzzjoni kienet fuq quddiem nett tkattar il-ħsara lill-pajjiż permezz ta’ żvilupp esaġerat bil-pretensjoni li l-ħsara ambjentali ikkawżata minnhom nagħmlu tajjeb għaliha aħna, l-bqija. Sfortunatament, ġew mgħejjuna minn gvernijiet suċċessivi li kontinwament fittxew kif jagħmluhielhom iktar faċli biex igawdu l-frott ta’ ħidmiethom. L-ippjanar tal-użu tal-art kif ipprattikat f’pajjiżna mhux sostenibbli u iktar ma jkun imrażżan malajr, ikun aħjar għal kulħadd.

In-nuqqas tal-politika għall-iżvilupp sostenibbli tinħass prattikament fl-oqsma kollha. Jeħtieġ li llum qabel għada nħarsu fit-tul f’kull deċiżjoni li tittieħed. Kien pass tajjeb, pass ‘l-quddiem li r-responsabbilta politika għall-iżvilupp sostenibbli marret lura f’Kastilja, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Imma dan għandu jkun biss l-ewwel pass. Il-bidu, segwit minn hafna iktar passi.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2020

The politics of sustainable development

The politics of sustainable development is a matter for the Prime Minister’s direct consideration as it is wide-ranging and concerns all areas of policy.

It is quite interesting that once more sustainable development has taken up residence at Castille, being the responsibility of Minister Carmelo Abela, who has been appointed as a Minister within the Office of the Prime Minister. This was very rarely the case to date except in the short period during which Mario de Marco was Parliamentary Secretary for Tourism and the Environment.

Robert Abela is not the first Prime Minister who has emphasised the need to give much more importance to sustainable development. To date, however, none of them has delivered.

Sustainable development is one of the most abused and mis-used terms in the political lexicon. Political discourse continuously fails to project the politics of sustainable development as having a long-term view and continuously factoring future generations in the decision-taking process.

Governments do not give sufficient importance to sustainable development as this is not just about today. It is rather about how today’s activity should not prejudice tomorrow and future generations. This is not sufficiently on the radar of today’s politicians. Their interest, generally, does not span more than five years: that is until the next general election.

This is a point underlined by former Norwegian social democrat Prime Minister Gro Harlem Brundtland in her seminal UN Report Our Common Future who emphasised that “We act as we do because we can get away with it: future generations do not vote; they have no political or financial power; they cannot challenge our decisions.

The politics of sustainable development is not just a matter of environmental concern: it involves a holistic consideration of environmental, economic, social and cultural policy. It signifies that our actions must have a long-term view and be simultaneously compatible with the forces of nature, the economy, human development and our culture.

Sustainable development is about living in harmony with all that surrounds us, at all times, not just when it suits us. It requires the synchronisation of cultural, social, environmental and economic policy. Shielding human dignity, appreciating our culture and environmental protection are as essential as economic development.

Within a global and EU framework the politics of sustainable development also involves following and implementing the UN Sustainable Development Goals: 17 goals and the associated 169 targets. This is the global 2030 Agenda to which the European Union contributed substantially. While the whole 2030 Agenda is important, some aspects of it are relatively more important on a local level.

Consider water management, for example. It is imperative that we realise that we need to manage our water resources in a sustainable manner. To date gross incompetence has characterised water management in Malta. Access to the water table is still substantially a free for all, while storm water is mostly dumped into the sea, either directly or through the public sewer system. Rules for rainwater harvesting within the framework of land use planning are more honoured in the breach, without the authorities taking the minimum of enforcement action.

Transport policy is another area where short-term planning needs to give way to the politics of sustainable development. The National Transport Master Plan which runs until 2025 draws our attention that 50 per cent of private car journeys involve trips that are shorter than 15 minutes. This indicates that taking initiatives to reduce vehicular traffic at a local and regional level would be of considerable help in addressing road congestion and improving air quality where it matters most.

The National Transport Master Plan emphasises that the approach to transport planning and policy in Malta has, to date, generally been short-term in nature. This “has resulted in the lack of strategic direction and the inherent inability to address difficult issues such as private vehicle restraint.” On the one hand we have this “written” sustainable approach to transport policy, yet on the other hand government has embarked on an unsustainable spending spree of infrastructural development to increase the capacity of our roads, as a result ensuring that car-dependency continues unabated.

Addressing traffic congestion through expanding the road network only results in shifting the problem: either physically to another area, or else moving it in time.

The cherry on the cake is land use planning. Successive governments have been unable to restrain overdevelopment.

Sanctimoniously they describe themselves as being business friendly or market friendly to try and justify their lack of adequate action. The building industry, we are repeatedly told, creates so much jobs that it “contributes to the quality of life”.

As we are all well aware the construction industry has been a major force in ruining this country through over-development and through expecting us to foot their environmental bills. Unfortunately, they have been aided by successive governments who continuously seek ways to make it easier for the industry to plunder their way through. Land use planning is clearly unsustainable and the sooner it is restrained the better for all.

Sustainable development is conspicuous by its absence in practically all areas of policy. The politics of sustainable development still needs to be ingrained in the day-to-day policy-making structures. Assigning political responsibility for sustainable development to a Minister in the Office of the Prime Minister could be a good first step forward. However, there is still a long way to go.

published in the Malta Independent on Sunday : 19 January 2020

Joseph iħobb jiċċajta ………… ħafna

Joseph Muscat ihobb jiccajta

Iktar milli jiċċajta, forsi nkun iktar korrett jekk ngħid li jħobb jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien.

F’waħda mill-okkazjonijiet li fihom indirizza lill-istampa riċentement qal li l-budget għall-2015 hu wieħed li jħares l-ambjent!

Ħadd ma jistax jiċħad li l-budget fih numru ta’ miżuri ambjentali. Imma b’daqshekk ma jfissirx li dan hu budget ambjentali. Kulma jagħmel il-budget hu li jiġbor flimkien id-diversi miżuri li qed jippjana li  jieħu l-Gvern matul is-sena 2015. Jonqsu viżjoni koerenti ambjentali li la għandu u l-anqas jidher li jista’ jkollu fil-futur immedjat.

Il-ħarsien tal-ambjent m’huwiex biss dwar il-kostruzzjoni, imma ukoll dwar il-bijodiversita, is-sostenibilita’, l-kwalita tal-arja, il-politika dwar ir-riżorsi, il-viżjoni marittima, l-ilma, il-politika dwar il-klima, l-enerġija alternattiva, t-trasport, l-ekonomija l-ħadra, l-ekonomija l-blu, l-ekonomija ċirkulari, it-tassazzjoni ambjentali u tant affarijiet oħra.

Diskors tal-budget li ħa kważi 4 siegħat biex inqara ma sabx imqar ftit sekondi biex jispjegalna kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat ser jimplimenta politika ta’ żvilupp sostenibbli. Mhux biss. Imma fl-estimi għall-Ministeru bl-isem twil u bombastiku okkupat minn Leo Brincat (Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima) kullma hemm ivvutat għall-politika tal-iżvilupp sostenibbli hu għaxart elef ewro. Dikjarazzjoni onesta li tfisser biss li matul l-2015 il-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għandu l-ħsieb li jagħmel xejn f’dan il-qasam. It-terminu Żvilupp Sostenibbli fid-diskors tal-budget jissemma darbtejn. Jissemma biss fiż-żewġ tabelli fejn hemm imniżżel l-isem tal-Ministeru ta’ Leo Brincat.

Il-politika tal-Gvern ta’ Joseph Muscat dwar l-Iżvilupp sostenibbli (jekk  teżisti) tqieset mill-Ministru Edward Scicluna bħala li m’għandiex relevanza għall-budget tal-2015

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tinseġ flimkien il-politika ambjentali, dik ekonomika u soċjali. Meta tkun żviluppata kif imiss, il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tassigura l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri billi tmexxi l-quddiem l-ekonomija b’rispett sħiħ lejn l-ambjent u lejn il-bniedem. Għalhekk ngħidu li l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi mibnija fuq erba’ pilastri: l-iżvilupp ekonomiku, l-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien soċjali u l-politika kulturali.

Fil-ġranet li ġejjin ikolli l-opportunita’ nispjega iżjed fid-dettall kemm il-budget ippreżentat għall-2015 bl-ebda mod ma jista’ jitqies budget li jħares l-ambjent.  Minkejja li hemm miżuri individwali li huma pożittivi ma teżistix viżjoni ambjentali ċara u koerenti.

Għalhekk Joseph qed jiċċajta meta jgħid li dan hu budget ambjentali.

sd strategy budget 2015