Demokrazija fl-Ippjanar

gozo-qala-hondoq-ir-rummien2.jpgHondoq ir-Rummien

Fil-Manifest ghall-Koalizzjoni l-AD qed tipproponi li progetti li dwarhom isir EIA (Environmental Impact Assessment) ikunu soggetti ghal referendum lokali.

Dan ikun jista’ jissejjah mir-residenti (10%) jew mill-Kunsill Lokali taghhom. Fejn progett ikun f’iktar minn lokalita’ wahda ikunu r-residenti w il-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet kollha direttament effettwati li jkunu jistghu jsejhu r-referendum lokali.

Id-decizjoni tar-referendum lokali jkun jorbot.

Dan ifisser illi wara li l-MEPA tigbor l-informazzjoni kollha u tassigura li l-process tekniku tal-pjanti u l-istudji jkun konkluz, tpoggi l-proposta ghall-konsiderazzjoni tal-pubbliku.

Jekk jintalab referedum fiz-zmien li jkun stabilit dan isir a spejjes tal-izviluppatur. Jekk il-progett ikun wiehed tal-Gvern ikun il-Gvern li jhallas.

Id-decizjoni tar-residenti tkun torbot.

Dan ikun ifisser li f’kaz bhal, per ezempju dak ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala Ghawdex, fejn il-Kunsill Lokali organizza referendum li fih ir-residenti tal-Qala qalu le, il-progett propost ma jsirx.

L-istess ghandu jsir fil-kaz tal-Yacht Marina proposta f’Marsaskala. Hu inutli f’dan l-istadju li noqghodu nghidu favur jew kontra ghax dak li hu propost ghadu m’hux maghruf. Huwa wara li jkun maghrufa u li jsiru l-istudji necessarji li jkunu accessibli ghall-pubbliku li nkunu nistghu nikkummentaw.

B’hekk lehnek jinstema. Tkun inti li tiddeciedi. Dritt li dawk li joqghdu hdejn Pender Place San Giljan, jew hdejn il-Mistra Village fix-Xemxija San Pawl il-Bahar ma kellhomx.   

Meta ser ikollna Ministru tal-Ambjent ?

pullicino_12.jpg 

F’Konferenza tal-ahbarijiet hdejn Pender Place San Giljan ( ara link http://www.alternattiva.org.mt/page.asp?n=newsdetails&i=11007) AD iffukat fuq l-effetti li progetti ta’ zvilupp massicc qed ihallu fuq ir-residenti.

Kemm progetti li bdew bhal Pender Place (San Giljan), Tigne Point (Sliema) u Fort Cambridge (Sliema), kif ukoll dawk li ghadhom jistennew bhal Mistra Village (San Pawl il-Bahar) u  Ta’ Masrija (Mellieha).

Iffaccjat bl-ilmenti tar-residenti l-Ministru Pullicino jghidilhom biex jikkunslaw ghax dan l-izvilupp ghandu l-effett ukoll li jgholli l-valur tal-propjeta taghhom.

Dan diskors mhux dehen ta’ Ministru tal-Ambjent, izda iktar ta’ Estate Agent.

Dan id-diskors juri insensittivita kbira. Progetti ta’ dan it-tip m’humiex mehtiega meta fil-pajjiz  hawn iktar minn 53,000 propjeta vojta, li jistghu jservu l-htigijet tal-Maltin ghal snin kbar minghajr ma jkun hemm bzonn ta’ dan il-bini kollu li ghaddej bhalissa.

Ghax l-uniku gwadann minn dan kollu huwa ghall-but tal-ispekulatur u ghal dawk li huwa jiffinanzja.

Meta l-Ministru jiehu pjacir u jipponta subghajh lejn iz-zieda fil-valur tal-propjeta bhala xi haga li ghalih hi posittiva, nissuggerilu jahseb ftit fl-effetti negattivi li dan qed ihalli fuq dawk iz-zghazagh li qed jissallbu ghal 40 sena biex ikollhom saqaf fuq rashom. Il-kuxjenza socjali fejn marret ? 

Fid-dawl ta’ dan kollu jaghmel sens li nistaqsu jekk wasalx iz-zmien li jkollna Ministru tal-Ambjent. Ghax donnu li ghandhom ragun dawk li jghidu li ilna ta’ l-anqas hames snin ma jkollna wiehed !