Il-konsultazzjoni hi fl-interess pubbliku

Iktar kmieni illum it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjannar qabel mal-argumenti ppreżentati minni f’isem il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u Flimkien għall-Ambjent Aħjar meta ħassar deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar tnaqqis fil-protezzjoni fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Dmejrek, fis-Siġġiewi.

Dan sar minħabba li l-Awtoritá tal-Ippjanar, naqset milli tagħmel konsultazzjoni pubblika: ikkonsultat biss ma sid l-art li kellu kull interess li jnaqqas il-protezzjoni tal-art minħabba li ried ikabbar il-barriera tiegħu.

Għaldaqstant it-Tribunal ordna li immedjatament l-art tkun protetta mill-ġdid.

Din hi deċiżjoni ta’ importanza kbira għax it-Tribunal qiegħed jinsisti b’mod ċar li l-konsultazzjoni pubblika hi ta’ importanza kbira fil-proċess tal-ippjanar anke fejn il-liġi hi siekta dwar dan.

(ritratt : l-inħawi fil-viċin tal-art li kienet ser titlef il-protezzjoni)

Advertisements