Il-perit-żviluppatur

Il-mewt ta’ Miriam Pace midfuna taħt ir-radam li sa ftit qabel kien jifforma id-dar tagħha f’Santa Venera ħasad lill-pajjiż. Waqgħet dar oħra, imma din id-darba l-industrija tal-kostruzzjoni ma kkawżatx biss ħsara imma wasslet ukoll għall-qtil ta’ persuna. Għax it-tejatrin ta’ Ian Borg, Joseph Muscat u Sandro Chetcuti, wara l-inċidenti tas-sajf li għadda kien nissel l-impressjoni falza li kollox kien taħt kontroll. Imma dan, sfortunatament mhux il-każ.

Huwa ġustifikabbli li l-industrija tal-kostruzzjoni kollha titqiegħed taħt il-lenti, għal darba oħra kif ukoll għal kemm-il darba jkun hemm bżonn. Dan jinkludi li tkun eżaminata l-imġieba tal-periti.

Bħala riżultat tad-dibattitu pubbliku li għaddej ġie osservat li l-perit inkarigat mix-xogħol problematiku f’Santa Venera għandu interessi oħra, lil hinn minn interess professjonali fix-xogħol ippjanat. Huwa ukoll azzjonist fil-kumpanija li applikat għal permess u li f’Jannar inħarġilha mill-Awtorità tal-Ippjanar il-permess PA6459/19. Jirriżulta li dan il-perit għandu f’ismu 10% tal-ishma fil-kumpanija li f’isimha ħareġ il-permess tal-iżvilupp: MCZMC Developers Limited. Għandu interess li jara li l-investiment li għamel jirrendi.

Id-dibattitu dwar jekk huwiex etikament korrett li perit ikollu interess fi proġett ta’ żvilupp li hu inkarigat minnu li jmur lil hinn minn interess professjonali mhux wieħed ġdid. Ilu għaddej kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minnha.

Il-Kodiċi dwar l-Imġieba għal dawk fil-pussess ta’ warrant biex jipprattikaw ta’ periti fil-gżejjer Maltin jifforma parti minn skeda annessa ma’ regolamenti intitolati Regolamenti dwar il-Kamra tal-Periti.

L-iskeda hi msejħa Kodiċi dwar l-Imġieba Professjonali. Kienet oriġinalment imfassla fl-1969 imma ġiet emendata fl-2010. Il-Kodiċi b’mod ċar ifisser li Perit f’Malta “ma għandux jokkupa, jassumi jew xjentement jaċċetta kariga li fiha l-interess tiegħu jkun kontra d-dmirijiet professjonali tiegħu.” (regolament numru 1). Iżid jipprovdi li Perit “jirċievi rimunerazzjoni biss bid-drittijiet professjonali tiegħu li jitħallsu mill-klijenti tiegħu u/jew bis-salarju tiegħu li jitħallas mill-prinċipal tiegħu. Hu ma jkunx jista’ jieħu rimunerazzjoni minn riżorsi oħra relattiva għax-xogħol u għad-dmirijiet fdati lilu.” (regolament numru 2)

Dan ifisser b’mod mill-iktar ċar li Perit ma jistax jinvolvi ruħu fl-investimenti dwar propjetà inkella bħala żviluppatur ta’ propjetà li dwarha jkollu involviment professjonali. Id-dħul tiegħu għandu jiġi unikament mix-xogħol professjonali u mhux minn qliegħ ġej minn negozju jew żvilupp ta’ propjetà. Fi kliem sempliċi u li jinftiehem id-dħul tal-perit għandu jkun mis-servizz li hu jagħti u mhux billi jieħu sehem fl-ispekulazzjoni tal-art u l-bini.

Minkejja dan, xi qarrejja bla dubju għandhom esperjenza differenti. Uħud ikunu sorpriżi meta huma u jaraw propjetà li jkunu interessati biex jixtru jiskopru li l-persuna li żviluppat din il-propjetà u li qed tfittex li tbigħilhom tkun ukoll il-perit inkarigat mix-xogħol. Filwaqt li fil-parti l-kbira tal-każi ma jinqala’ xejn straordinarju, fil-każi fejn jinqalgħu problemi n-nies tħossa skomda targumenta ma’ perit-żviluppatur. Meta jinqalgħu l-argumenti dwar il-propjetà żviluppata minn perit-żviluppatur, il-perit ma tantx issibu għax hu l-iżviluppatur li jkun fuq quddiem ifittex li jispjega u jiġġustifika dwar id-difetti fil-propjetà. Għax in-nies tirrikorri għand il-perit bħala l-ewwel arbitru tekniku bejna u l-iżviluppatur, ħafna drabi anke jekk huwa jkun il-perit ta’ l-iżviluppatur stess. Imma meta l-perit u l-iżviluppatur ikunu l-istess persuna dan ma jistax isir. Għax il-perit ma jagħtix biss servizz lill-klijent tiegħu imma b’mod indirett iservi ukoll lil kull min ikun effettwat minn dan l-istess servizz.

Uħud minn dawn il-periti żviluppaturi huma magħrufa filwaqt li oħrajn jinħbew wara kumpaniji inkella wara sħab fin-negozju.

Għad m’għandi l-ebda tweġiba għal mistoqsija bażika: għalfejn qed ninjoraw l-osservanza ta’ etika professjonali bażika b’mod li nwasslu messaġġ li wara kollox, li xejn mhu xejn, u li dan kollu hu mġieba “normali” u aċċettabbli?

Il-Kamra tal-Periti forsi tista’ tipprovdi tweġiba għal dan. Sa mit-twaqqif tagħha 100 sena ilu l-Kamra tal-Periti kellha r-responsabbiltà li tgħarbel u fejn neċessarju tieħu passi neċessarji dwar il-prattiċi professjonali tal-periti. Safejn naf jien, s’issa, ma jirriżulta minn imkien li ttieħdu xi passi dwar il-periti żviluppaturi.

Meta jirriżulta kunflitt ta’ interess jeħtieġ li nindirizzaw bla dewmien il-kawża ta’ dan il-kunflitt. Li ma nieħdu l-ebda azzjoni jfisser illi is-sitwazzjoni li tkun inħolqot qed tiġi meqjusa bħala li hi riżultat ta’ mġieba aċċettabbli.

Għax illum xejn mhux xejn.

Minħabba li tul is-snin ħadd ma għamel xejn dwar dawn il-periti żviluppaturi hemm min illum iqies li dawn huma żvilupp aċċettabli. Għax għal dawn ir-regoli dwar l-imġieba etika hu djuq żejjed, ħela ta’ żmien u burokrazija żejda. Propjament red tape!

Dan hu fejn naslu meta s-soċjetà tagħna tiżviluppa f’waħda amorali.

 

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2020

The architect-developer

The death of Miriam Pace buried in the ruins of her collapsed Ħamrun home as a direct result of building works in hand in an adjacent property has shocked the nation. The theatrics of Ian Borg, Joseph Muscat and Sandro Chetcuti, in the aftermath of last summer’s incidents had instilled a false sense of security that matters were now under control. Unfortunately, this is not the case.

The whole construction industry is justifiably once more under the spotlight, for the umpteenth time since last summer. This spotlighting justifiably includes an examination of the ethical behaviour (or otherwise) of architects and civil engineers.

In the resulting public debate, it has been pointed out that the architect and civil engineer in charge of the problematic works at Ħamrun has more than a professional interest in the works in hand. He is also a minority shareholder of the limited liability company which applied for and holds development permit PA6459/19 issued by the Planning Authority in January. It has been reported that he holds 10 per cent of the shares of the company in question: MCZMC Developers Limited. He thus also has an interest in the returns resulting from his shareholding.

The debate as to whether it is ethical for an architect and civil engineer to have other than a professional interest in any specific development under his direction is not a recent one. Nor is it limited to Malta.

The Code of Conduct for holders of a warrant to practice locally as architects and civil engineers is contained in a schedule attached to subsidiary legislation entitled Chamber of Architects Regulations.

The schedule is entitled Code of Professional Conduct. This code of conduct, was originally drafted in 1969, but it was subsequently amended in 2010. It clearly lays down that a locally warranted architect “must not hold, assume or consciously accept a position in which his interest is in conflict with his professional duty.”(rule 1) Furthermore, it is provided that a locally warranted architect “is remunerated solely by his professional fees payable by his clients and/or by his salary payable by his employer. He is debarred from any other source of remuneration in connection with the works and duties entrusted to him.” (rule 2)

This clearly signifies that a locally warranted architect is barred from being involved as a property investor or as a developer in property in respect of which he or she is professionally involved.

Notwithstanding all this, readers would however easily point at a number of cases, both recent as well as not so recent, as to their being surprised when viewing a property which they were interested in purchasing to get to know that the developer was also the architect in charge of the development in hand. While in most cases no particular problems arise, there is always a feeling of uneasiness when dealing with the architect-developer with such a blatant conflict of interest.

At times, when there are problems associated with the property being purchased it is not possible to distinguish between the architect and the developer. The developer takes over while the architect takes a back seat. A situation which fits perfectly into George Orwell’s description in his Animal Farm: looking from man to pig and from pig to man again and not being able to tell which is which!

A number of these architect-developers are known, while others hide their identity behind corporate structures and/or business partners. The question to which I have no clear answer is: why has such a blatant disregard of professional ethics been permitted as if it is the “normal” acceptable behaviour?

The Chamber of Architects, maybe, could supply an answer. Since its foundation 100 years ago, the Chamber has been responsible for enquiring into “the professional practices of architects and civil engineers”. I am not aware of any action initiated by the Chamber in respect of any architect-developer to date.

When a conflict of interest arises, the removal of the cause of the conflict or withdrawing from the situation which gives rise to the conflict is essential. Taking no action signifies accepting the situation as the normal acceptable behaviour.

Through lack of action over the years we are currently on the brink of transforming the unacceptable into the “new normal”. This is the amoral society at its best.

published in The Malta Independent : 8 March 2020

In-nies qabel il-profitt

Wara inċident  ieħor ta’ kollass ta’ bini li seħħ iktar kmieni illum bejn Santa Venera u l-Ħamrun, bħal kulħadd jiena mnikket għax uħud fl-industrija tal-kostruzzjoni jidher li ma jridux jitgħallmu li n-nies jiġu qabel il-profitti.

Ilna ngħidu li n-nies għandhom ikunu mħarsa. Ilkoll naqblu suppost. Imma l-incidenti donnhom ma jridux jieqfu.

F’dan il-mument ta’ dieqa ħsiebna mal-familja ta’ Miriam Pace li hi maqbuda taħt it-terrapien.

Mhux prudenti li ngħid iktar f’dan il-mument.

Ftit ħsibijiet wara t-traġedja f’Ġenova

Wara l-kollass tal-pont f’Ġenova hemm numru ta’ lezzjonijiet, anke għalina, mijiet ta’ kilometri ‘l bogħod mill-pont Morandi.

Minkejja li l-investigazzjonijiet uffiċjali dwar l-għaliex seħħ dan il-kollass tal-pont għadhom bil-kemm bdew, il-media Taljana diġá qed tiddiskuti dak li ġara fid-dettall. Il-pontijiet kollha fl-Italja qegħdin taħt il-lenti, b’mod partikolari dawk li hu magħruf li m’humiex f’kundizzjoni tajba u li allura jistgħu, f’qasir żmien jikkollassaw huma ukoll. Dan jassumi sinifikat ikbar meta wieħed iqis li f’dawn l-aħħar ħames snin, fl-Italja, diġa ikkollassaw seba’ pontijiet oħra, u qiesu ma ġara xejn!

Bla dubju, fost il-lezzjonijiet ewlenin, jeħtieġ nifhmu l-ħtieġa li nieħdu ħsieb u nikkuraw b’mod adegwat il-proġetti pubbliċi. Għax anke f’Malta, wara li l-proġetti pubbliċi jkunu saru, ħafna drabi ftit nagħtu kas tagħhom. Ħarsa ftit lejn il-flyover li tifforma parti mill-bypass tal-Marsa/Ħal-Qormi kif inhi illum, tkun biżżejjed, avolja kif ħabbret Infrastruttura Malta nhar il-Ġimgħa ma hemm l-ebda ħsara strutturali. Huwa biss issa li tħabbar li ser jibda programm ta’ manutenzjoni, issa li n-nies, wara l-istraġi ta’ Ġenova, bdiet tistaqsi l-mistoqsijiet. Forsi, min jaf, mil-lum il-quddiem jibda jkollna skeda regolari ta’ manutenzjoni tal-proġetti pubbliċi kollha. Forsi xi darba l-mini ta’ Santa Venera ma jibqgħux iqattru.

Hemm ukoll x’jingħad dwar il-governanza tajba fil-proġetti pubbliċi.

Deċiżjoni riċenti tal-bord li jirrevedi l-kuntratti pubblici (Public Contracts Review Board) hi ta’ tħassib kbir. L-għoti tal-kuntratt għall-bini u t-tkomplija taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid ġie mwaqqaf wara li Public Contracts Review Board esprima dubji serji fuq kif tmexxew il-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-offerti. Fil-fatt ġie identifikat li żewġ professjonisti (inġinier u Perit) kienu konsulenti kemm tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll ta’ tnejn minn dawk li tefgħu l-offerti. Fil-fehma tiegħi huwa diffiċli ferm biex nifhem kif ħadd mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma nduna b’dan il-konflitt ta’ interess. Kont nistenna xi ħaġa aħjar mill-Fondazzjoni, għax jidher li ftit li xejn qed jagħtu importanza lill-ħtieġa ta’ governanza tajba fil-ħidma tal-fondazzjoni.

Issa li l-Public Contracts Review Board ħa deċiżjoni nistenna li l-korpi professjonali li jirregolaw l-inginiera u l-periti jeżaminaw sewwa l-kaz biex jaraw x’passi għandhom jieħdu f’dak li hu ksur ta’ etika professjonali bażika.

Il-kontroll adegwat tal-materjali li jintużaw fuq is-sit ta’ kostruzzjoni hi materja oħra ta’ importanza fundamentali. Din mill-ewwel tfakkarni fl-investigazzjoni li saret dwar il-kwalitá tal-konkos użat fl-isptar Mater Dei. Anke hawn kienet responsabbli l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Dwar dan ma kienx hemm biss l-inkjesta li saret taħt it-tmexxija tal-Imħallef irtirat Philip Sciberras imma ukoll rapport tal-Awditur Ġenerali fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi. Dan ir-rapport kien konkluż u ippubblikat f’Mejju li għadda.

Niftakru li l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu kien emfasizza li rriżultalu li kien hemm nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni dwar kull stadju tal-proġett (significant lack of documentation with respect to all stages of the project). Dan wassal lill-istess Awditur Ġenerali biex jikkonkludi li “l-inkapaċita tal-Fondazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni bażika dwar proġett ta’ dan il-kobor ifisser falliment istituzzjonali u negliġenza grassa fl-amministrazzjoni ta’ fondi pubbliċi” (the Foundation’s inability to provide basic information relating to a project of this magnitude represents an institutional failure and gross negligence in the administration of public funds).

Min-naħa l-oħra, anke l-inkjesta immexxija mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras identifikat nuqqasijiet kbar li dwarhom irrakkomandat li jittieħdu passi.

In partikolari qed nara quddiemi l-konklużjoni numru 5 tar-rapport Sciberras li tgħid li “in-nuqqasijiet gravi li nkixfu bir-rapporti tekniċi tal-lum jindikaw li l-konkos dgħajjef li nstab f’kull parti tas-sit hu riżultat intenzjonat ta’ azzjonijiet bi skop ta’ frodi. Il-Bord ifforma l-impressjoni ċara li l-ġrajjet li wasslu għal dan ma kienux riżultat ta’ koinċidenza, lanqas ma kienu providenzjali, imma warajhom kien hemm id moħbija li tagħti direzzjoni.” (the widespread failings uncovered by the present day technical reports indicate that the pervasive weak concrete found in the site is a result of intended fraudulent actions. Moreover the Board is left with a distinct impression that events as they transpired were not the fruit of coincidence or providence but seem to indicate an element of concertation and direction.)

Ma tantx jidher li sar wisq dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet. X’qed nistennew? Li jaqa’ x’imkien?

Hemm tagħlim waħda bażika minn Ġenova: in-nuqqas ta’ governanza tajba tista’ twassal ukoll għall-imwiet.

Ippubblikat f’Illum : 19 t’Awwissu 2018

Lessons from the Genova bridge collapse

The collapse of the Morandi bridge in Genova should lead to a number of lessons which have an application hundreds of kilometres away from Genova.

Notwithstanding the fact that the official investigations into the bridge collapse have barely commenced, the media in Italy is discussing the possible causes of the collapse and whether there are any other bridges on the Italian mainland that may shortly have a similar fate. The fact that there have been some seven other bridge collapses in Italy during the past five years adds more fuel to this debate.

Among the many lessons to be learnt is the need to ensure adequate maintenance of public structures at all times. How does Malta score? Not very well, I would say. Have a look at the bridge forming part of the Marsa/Qormi flyover. It does not send out a good message even if, as stated by Infrastructure Malta on Friday, the flyover is structurally safe. The authorities in Malta have only announced the commencement of a maintenance programme for this bridge when questions began being asked as a result of the Genova tragedy.

Hopefully we will henceforth have regular maintenance schedules of all public structures and,  maybe, someday the dripping Santa Venera tunnels will be seen to permanently!

What about good governance in tenders for public projects? A recent decision by the Public Contracts Review Board is cause for concern. The award of the contract for the building and finishing of a health centre in Paola was halted by this Board after serious doubts regarding the evaluation procedure were raised. In fact, two professionals (an engineer and an architect) were identified as being simultaneously advisors of the Health Ministry’s Foundation for Medical Services as well as two of the three tenderers. It is, in my opinion, very difficult to understand how nobody at the Foundation for Medical Services was aware of this glaring conflict of interest. Good governance is apparently not the Foundation’s strong point.

Now that the Public Contracts Review Board has decided the case, I would expect that the professional bodies regulating the professionals involved take appropriate action on what is clearly a very serious breach of professional ethics.

Adequate quality control of materials used on site is another fundamental issue. The investigations regarding the quality of concrete used in the construction of the Mater Dei Hospital project comes to mind. The Foundation for Medical Services was also responsible for this project.

This issue has been dealt with not only by an inquiry led by retired judge Philip Sciberras but also by a report drawn up by the Auditor General at the request of the Finance Minister, which was concluded and published last May.

We may remember that, in the Auditor General’s report, it was emphasised that he found a “significant lack of documentation with respect to all stages of the project”. This led the Auditor General to conclude that “the Foundation’s inability to provide basic information relating to a project of this magnitude represents an institutional failure and gross negligence in the administration of public funds”.

On the other hand, the inquiry led by retired judge Philip Sciberras also identified various deficiencies in respect of which it recommended that action be taken.

I point in particular to conclusion No. 5 of the Sciberras report which states that : “the widespread failings uncovered by the present day technical reports indicates that the pervasive weak concrete found in the site is a result of intended fraudulent actions. Moreover, the Board is left with a distinct impression that events as they transpired were not the fruit of coincidence or providence but seem to indicate an element of concertation and direction.”

Apparently, not much has been done to date regarding the  implementation of the recommendations of these reports. Shall we wait for our own bridge collapse before action?

There is one basic lesson to be learnt from the Genova tragedy: a lack of good governance is a potential killer.

Published in The Malta Independent on Sunday : 19 August 2018

Il-Partit Laburista, l-Australia Hall u propjeta’ oħra

Australia Hall interiorAustralia Hall

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said, il-bieraħ, tkellem dwar il-partiti politiċi (fil-Parlament) u kif tul is-snin dawn użaw u abbużaw mir-riżorsi tal-istat. Bħala wieħed mill-eżempji Chris Said isemmi l-Australia Hall f’Pembroke.

Issa huwa faċli u komdu tgħid li l-Australia Hall jiswa’ €10 miljuni. Imma irid jingħad ukoll li l-Australia Hall ġiet għand il-Partit Laburista fl-1979 bħala parti minn kumpens għall-Headquarters li l-Partit Laburista kellu l-Marsa fejn illum hemm il-Marsa Shipbuilding u li fil-futur qrib jista’ jkun żviluppat f’hub ta’ servizzi marittimi.

Issa meta l-Partit Laburista akkwista l-Australia Hall fl-1979 ma naħsibx li ħa ħafna ġost bih. Fil-fatt għal snin kbar ħadd ma sema’ bih. Probabbilment li kieku l-Partit Laburista kellu għażla ma kienx jaċċetta l-Australia Hall u kien jipprova jinnegozja kumpens differenti. Imma dak il-kumpens kien ġie impost fuq il-Partit Laburista mill-Perit Mintoff fi żmien meta jitkellem Mintoff il-Partit kien jigdem xufftejħ u jagħlaq ħalqu.

Fl-2009 beda argument legali bejn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar in-nuqqas ta’ żamma f’kundizzjoni tajba ta’ manutenzjoni tal-Australia Hall. Infetħu żewġ kawżi, l-Gvern ried l-Australia Hall lura u l-Partit Laburista b’risposta ried il-Marsa Shipbuilding lura. Wara l-elezzjoni tal-2013 b’id waħda l-Partit Laburista irtira l-kawża tal-Gvern u bl-oħra irtira l-kawża tal-Partit. B’hekk ġieb fi tmiem ftit tejatrin li kien beda 4 snin qabel. Ir-realta hi li l-Partit Laburista kellu l-obbligu li jikkura l-Australia Hall, liema obbligu ma onorax. Imma min-naħa l-oħra kien ikun inġust li jittieħed lura l-Australia Hall meta dan kien parti minn kumpens għat-teħid tal-HQ  li l-PL kellu l-Marsa. Din kienet waħda mill-gimmicks ta’ Jason Azzopardi. Kieku mexa bl-istess mod ma’ tal-boathouses tal-Armier il-problema ilha snin li spiċċat!

Sadanittant il-Partit Laburista biegħ l-Australia Hall skond konvenju li qal li kellu ta’ ħafna snin qabel.

 

Dan hu wieħed mill-eżempji ta’ kif il-Partit Laburista amministra propjeta’ pubblika. Ma dan trid iżżid il-propjeta’ b’requisition order mill-Housing li spiċċat każini tal-Partit Laburista, bħall-Każin ta’ Santa Venera. Inkella uffiċini ta’ Dipartimenti tal-Gvern li spiċċaw każini tal-Partit Laburista, bħall-Każin tar-Rabat Għawdex li kien l-uffiċċju tad-Dipartiment tal Agrikultura f’Għawdex.

Chris Said qed jgħid li l-PN jrid jirristawra l-bilanċ mal-Partit Laburista billi anke hu (il-PN) jbill subgħajh.

Tajba din. Naħseb li kien ikun aktar kredibbli kieku Chris Said qal li l-Partit Laburista għandu jirritorna l-propjeta li ħa f’idejh b’mod abbużiv. Il-każini tar-Rabat Għawdex u Santa Venera  huma żewġ eżempji.

Dan mhux il-mod li tiżviluppa diskussjoni serja dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

 

Il-permess tal-Mistra Village: ftit riflessjonijiet

Mistra Village proposed development

L-approvazzjoni għall-ħruġ ta’ permess finali biex dak li kien il-Mistra Village ikun żviluppat m’hu xejn ġdid. Bħalu kellna u ser ikollna bil-gzuz.

Imma hemm numru ta’ affarijiet li ġraw li ta’ min jaħseb ftit dwarhom.

L-ewwel nett insellem lil Simone Mizzi minn Din l-Art Ħelwa u Astrid Vella minn Flimkien għal Ambjent Aħjar li ippresentaw il-każ f’isem is-soċjeta’ ċivili. Li ma rnexxilhomx jikkonvinċu maġġoranza tal-membri tal-Bord tal-MEPA mhux tort tagħhom. L-approvazzjoni tal-permess hi kaġun tal-fatt li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord tal-MEPA jaħsbuha b’mod differenti.

Kien hemm wieħed mill-membri tal-Bord li ddejjaq bil-kummenti li kienu għaddejjin u ħin minnhom żbroffa u qal li kulħadd irid jifhem li l-Bord tal-MEPA kif kostitwit illum għandu fuq spallejh obbligi li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ qabel.

Issa huwa veru li kien hemm outline permit, jiġifieri permess fil-prinċipju. Imma hu veru ukoll li fil-passat kien hemm ċirkustanzi li fihom il-Bord tal-MEPA xorta ma approvax permess ta’ żvilupp minkejja l-eżistenza ta’ outline permit. Hekk kien ġara fil-każ ta’ żvilupp mill-ġdid (redevelopment) tal-fabbrika tas-7 Up f’Santa Venera. Minkejja l-outline permit il-Bord tal-MEPA dakinnhar immexxi minn Austin Walker kien irrifjuta li joħroġ permess ta’ żvilupp.

Punt ieħor huma l-veduti li jikkuntrastaw fi ħdan il-PN. Ir-rapprezentant tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Bord tal-MEPA ippropona li l-iżvilupp propost jitnaqqas u dan biex jonqos l-impatt fuq ir-residenti. Dan jikkuntrasta mal-presenza tal-President tal-PN Dr Ann Fenech fil-kwalita’ tagħha ta’ konsulent legali tal-iżviluppaturi mill-Kuwait. Mhux biċċa tiegħi min ikunu l-konsulenti legali tal-iżviluppaturi. Imma huwa importanti li ninnotaw li President tal-Eżekuttiv tal-PN  xejn ma iddejqet li tagħti messaġġ li jikkuntrasta b’mod negattiv mal-posizzjoni li ħa r-rappresentant tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista fuq il-Bord tal-MEPA.

Dan iġibni għall-aħħar osservazzjoni. Iż-żewġ partiti fil-Parlament, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, it-tnejn li huma, kull wieħed bil-mod tiegħu, fittxew li jaġevolaw l-industrija tal-bini.

Tul is-snin il-PN ipprova jitħabbeb maż-żewġ naħat, kemm mal-industrija tal-bini kif ukoll mal-ambjentalisti. Ir-riżultat hu li m’għandu kredibilita’ ma ħadd għax ma tistax togħġob lil kulħadd.

Il-Labour hu iktar ċar: l-industrija tal-bini għalih hi mutur importanti għall-ekonomija. U ħalef li jagħtiha l-għajnuna kollha possibli. Hekk qed jagħmel. Qed jimxi ma dak li wiegħed.  Il-permess tal-Mistra Village hu wieħed li bħalu għad irridu naraw ħafna oħra.

Nipprotestaw? Iva mela le.  Huwa tajjeb li nuru li ma naqblux ma dawn id-deċiżjonijiet. Imma kien ikun aħjar li iktar nies fehmu x’wegħdu l-PN u l-Labour qabel l-elezzjoni ġenerali. Kieku forsi kien ikun hemm bżonn ta’ inqas protesti.

Imma għal bosta dan it-tip ta’ “żvilupp” ma kienx konsiderazzjoni importanti qabel l-elezzjoni! Huwa biss issa li qed jirrealizzaw li wara kollox dan il-bini b’mod goff ser jeffettwalhom il-kwalita’ ta’ ħajjithom.

Imma issa l-froġa lesta.