F’Konferenza tal-ahbarijiet hdejn Pender Place San Giljan ( ara link http://www.alternattiva.org.mt/page.asp?n=newsdetails&i=11007) AD iffukat fuq l-effetti li progetti ta’ zvilupp massicc qed ihallu fuq ir-residenti.
Kemm progetti li bdew bhal Pender Place (San Giljan), Tigne Point (Sliema) u Fort Cambridge (Sliema), kif ukoll dawk li ghadhom jistennew bhal Mistra Village (San Pawl il-Bahar) u Ta’ Masrija (Mellieha).
Iffaccjat bl-ilmenti tar-residenti l-Ministru Pullicino jghidilhom biex jikkunslaw ghax dan l-izvilupp ghandu l-effett ukoll li jgholli l-valur tal-propjeta taghhom.
Dan diskors mhux dehen ta’ Ministru tal-Ambjent, izda iktar ta’ Estate Agent.
Dan id-diskors juri insensittivita kbira. Progetti ta’ dan it-tip m’humiex mehtiega meta fil-pajjiz hawn iktar minn 53,000 propjeta vojta, li jistghu jservu l-htigijet tal-Maltin ghal snin kbar minghajr ma jkun hemm bzonn ta’ dan il-bini kollu li ghaddej bhalissa.
Ghax l-uniku gwadann minn dan kollu huwa ghall-but tal-ispekulatur u ghal dawk li huwa jiffinanzja.
Meta l-Ministru jiehu pjacir u jipponta subghajh lejn iz-zieda fil-valur tal-propjeta bhala xi haga li ghalih hi posittiva, nissuggerilu jahseb ftit fl-effetti negattivi li dan qed ihalli fuq dawk iz-zghazagh li qed jissallbu ghal 40 sena biex ikollhom saqaf fuq rashom. Il-kuxjenza socjali fejn marret ?
Fid-dawl ta’ dan kollu jaghmel sens li nistaqsu jekk wasalx iz-zmien li jkollna Ministru tal-Ambjent. Ghax donnu li ghandhom ragun dawk li jghidu li ilna ta’ l-anqas hames snin ma jkollna wiehed !