Il-mużika ta’ matul il-lejl

Ir-ritratti mis-satellita juru kemm hu kbir it-tniġġiż mid-dawl f’Malta. Fil-fatt, dan hu komparabbli mat-tniġġiż miż-żoni urbani fil-kontinent Ewropew! It-tniġġiż mid-dawl ma jħallix li nisimgħu l-mużika ta’ matul il-lejl. Joħnoqha u jżommna milli napprezzaw is-sbuħija tal-lejl li bil-mod jurina dak li jostor. Hekk jemfasizza l-Ħares tal-Opra (Phantom of the Opera) fix-xogħol tejatrali kapulavur ta’ Andrew Lloyd Webber.

Xi snin ilu waqt dibattitu dwar il-baġit ġie varat proġett biex id-dwal tat-toroq ikun ikkontrollat b’mod elettroniku. Proġett li meta jkun implimentat għandu jkun ta’ kontribut sostanzjali biex fil-gżejjer Maltin jonqos it-tniġġiż mid-dawl. Imma sfortunatament ftit li xejn smajna dwar xi progress seta’ kien hemm dwar din il-materja mill- 2013 lil hawn, meta tħabbar il-proġett.

Id-dawl eċċessiv użat matul il-lejl mhux biss hu użu ħażin u ineffiċjenti tal-enerġija imma jagħti kontribut konsegwenzjali għal emissjonijiet tal-karbonju li jistgħu jkunu evitati. B’dan il-ħajja fin-natura tul il-lejl qed tiġi ddisturbata u potenzjalment ukoll hi kawża għal ħsara lis-saħħa umana.

Fl-2007, il-Birdlife f’Malta ippubblikat studju dwar l-impatt tad-dwal bil-lejl fuq l-għasafar li jgħixu fl-irdumijiet u qrib il-baħar kif ukoll speċi oħra li jpassu bil-lejl. L-istudju hu intitolat Light Pollution and its effects on Yelkouan Shearwaters in Malta; causes and solutions. Il-kuntest tal-istudju kien proġett fl-iskema EU Life fl-Aħrax tal-Mellieħa fl-inħawi magħruf bħala l-Irdum tal-Madonna, sit li hu kolonja tal-garni, għasfur li jgħix mal-baħar.

L-osservazzjonijiet fir-rapport u s-soluzzjonijiet proposti jistgħu faċilment iservu ta’ bażi għal pjan ta’ azzjoni biex fil-gżejjer Maltin nibdew nindirizzaw bis-serjetà t-tniġġiż mid-dawl billi dan f’Malta mhux biss hu ta’ theddida għall-garnija (Yelkouan Shearwater)imma ukoll kawża ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bla bżonn u theddida għall-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

Bħala riżultat tad-densità qawwija ta’ popolazzjoni, t-tniġġiż mid-dawl matul il-lejl għandu impatt konsiderevoli kemm fuq iż-żoni urbani kif ukoll fuq dawk rurali tal-gżejjer Maltin. Ekologikament għandu impatt fuq l-għasafar, friefet u insetti kif ukoll friefet il-lejl imma ukoll fuq l-imġieba tal-annimali b’mod ġenerali. Lil hinn mill-ħajja naturali, it-tniġġiż mid-dawl joħloq leħħ qawwi li jweġġa’ l-għajn u li għandu impatt fuq is-sigurtà fis-sewqan. Jeffettwa lil min isuq, lil min jimxi, kif ukoll lil min juża’ r-rota u jagħti kontribut mhux żgħir fl-inċidenti tat-traffiku li jseħħu matul il-lejl.

Il-każ dwar it-tniġġiż mid-dawl fid-Dwejra deċiż mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nhar is-27 ta’ Ġunju hu każ rari fejn deċiżjoni tajba tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp tinbidel mit-Tribunal fl-appell: ġeneralment bil-maqlub jiġri. Meta jinbidlu, s-soltu jkunu d-deċiżjonijiet il-ħżiena li jinbidlu, mhux dawk tajbin! Fil-fatt il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp kienet irrifjutat l-applikazzjoni oriġinali minħabba li l-inħawi tad-Dwejra huma żona ta’ importanza ekologika. Sfortunatament it-Tribunal ittratta it-tniġġiż mid-dawl b’mod leġġer u kien insensittiv għall-impatti ekoloġiċi.

Li l-15-il għaqda ambjentali ngħaqdu biex jiġbru l-fondi ħalli tkompli l-ġlieda b’appell fil-Qrati hu pass tajjeb ‘il-quddiem. Il-ħarsien tas-siti tan-Natura 2000 hi għadma iebsa, imma jeħtieġ li jibqa’ għaddej. Imma li jsir appell minn din id-deċiżjoni skandaluża tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għandu jkun biss l-ewwel pass.

Għandna nirrejalizzaw li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha l-poter u l-awtorità taħt id-Direttiva Ewropea dwar l-abitati li mhiex tagħmel użu tagħhom sewwa. L-ERA għandha tasserixxi ruħha u tenforza r-regoli, u jekk hemm bżonn tibqa’ għaddejja minn fuq l-Awtorità tal-Ippjanar kif tista’ u għandha tagħmel kull meta dan ikun neċessarju.

Ikun ferm aħjar kieku l-Ministru għall-Ambjent jinsisti mal-ERA biex din tieħu ħsieb iż-żoni ekoloġiċi sewwa. Ovvjament għandu jassigura li jkunu ipprovduti riżorsi adegwati.

Il-kaz tad-Dwejra hu każ speċifiku li fih l-ERA tista’ tieħu l-mazz f’idejha. X’ser tagħmel?

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2019

 

 

 

The music of the night

Satellite photos clearly indicate the extent of light pollution in Malta: it is comparable to that in most urban areas in the European continent. As a result, the music of the night is made inaudible. The night is being “impeded from unfurling its splendour”, as the Phantom of the Opera repeatedly emphasises in Andrew Lloyd Webber’s masterpiece.

Some years back, during the budget debate, a project related to intelligent street lighting was launched. When implemented, such a project would be an effective contribution to the reduction of light pollution all over the Maltese islands. Unfortunately, we have not heard of any substantial progress on the matter since late 2013, when the project was first announced.

Excessive artificial lighting used during the night is not only an inefficient use of energy, and the consequential contribution to additional carbon emissions which can be avoided, it is also a disturbance of nocturnal animal life and potentially injurious to human health.

Way back in 2007, Birdlife in Malta had published a study on the impact of night lighting on seabirds and nocturnal migrant species. The study is entitled Light Pollution and its effects on Yelkouan Shearwaters in Malta; causes and solutions. The context of the study is the EU Life project site at l-Aħrax in Mellieħa, in the area known as l-Irdum tal-Madonna, the site of a seabird colony.

The observations made and the solutions proposed in the study could easily form the basis for an action plan applicable to all of the Maltese islands to address light pollution because, in Malta, this is a serious problem not just for shearwaters but also in terms of carbon emissions and our quality of life.

As a result of Malta’s high population density, nocturnal light pollution has a considerable impact on both urban and rural areas all over the Maltese Islands. Ecologically, it has an impact on birds, moths and bats but it also has a considerable impact on animal behaviour in general. Beyond wildlife, light pollution creates glare which is a road safety issue and has an impact on drivers, pedestrians and cyclists and is known to play a considerable part in nocturnal traffic accidents.

The Dwejra light pollution case decided by the Environment and Planning Revision Tribunal on the 27 June is a rare case when a sensible decision was taken by the Planning Control Commission only for it to be reversed on appeal: normally it is the other way round! In fact, the Planning Control Commission had refused the original application on the basis that the Dwejra area is an area of ecological importance. Unfortunately, the Tribunal treated the issue of light pollution very lightly and was insensitive to its ecological impacts.

The coming together of fifteen environmental NGOs to crowd-fund the fight on appeal in Court is a good step forward. Protecting Natura 2000 sites is a tough fight but it needs to go on. Appealing against the scandalous decision of the Environment and Planning Revision Tribunal should, however, only be a first step. It should be realised that the Environment and Resources Authority (ERA) has powers and authority under the provisions of the EU Habitats Directive that it does not make sufficient use of. The ERA should assert itself and enforce the rules, bulldozing through the Planning Authority whenever this is necessary.

It would be much better if the Hon. Minister for the Environment insists that the ERA manages areas of ecological importance appropriately. Obviously, he must ensure that adequate resources are provided.

This Dwejra case is a specific example of where the ERA can have the final word. Will it?

published in The Malta Independent on Sunday : 7 July 2019

M’għandekx għalfejn tagħżel bejniethom

 

 

Meta tiġi biex tivvota, nhar is-Sibt, mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas korrott.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas inkompetenti.

Mhux importanti min hu imċappas l-iktar jew l-inqas.

Mhux importanti min kellu jirreżenja, imma ma rreżenjax fuq iżżewġ naħat.

 

Il-każ tal-Panama Papers u l-kumpaniji ta Konrad Mizzi u Keith Schembri hu wieħed ta gravitá kbira. Daqskemm huma gravi l-allegazzjonijiet dwar is-sid ta Egrant Inc. u l-flus li waslu mingħand il-familja ta Aliyev fil-kontijiet fil-Bank Pilatus.

Mhux gravi ħafna ukoll il-fatt li Claudio Grech, l-Onorevoli tal-Partit Nazzjonalista nesa jekk qattx iltaqa ma George Farrugia, dak tal-iskandlu tażżejt?

Mhux gravi ukoll kif Beppe Fenech Adami spiċċa Direttur tal-Capital One Investment Limited u ma kien jaf xejn dwar it-taħwid li qed jirriżulta dwar din l-istess kumpanija?

U xi ngħidu għar-rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar il-qaddis miexi fl-art Jason Azzopardi?

U l-villa ODZ li Toni Bezzina ried jibni fl-istess ħin li kien qed jikteb il-politika ambjentali tal-PN?

It-tnejn jgħidu kif għandhom qalbhom ġunġliena għall-ambjent.

Imma t-tnejn iridu l-mina bejn Malta u Għawdex.

It-tnejn iridu l-korsa tat-tlielaq tal-karozzi.

It-tnejn jilgħaqu l-kaċċaturi u n-nassaba.

It-tnejn jappoġġaw il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa (Armier, Little Armier u Torri l-Abjad).

Xhemm xtagħżel bejniethom?

Wara kollox mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom!

Il-Partit Nazzjonalista u l-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa

Armier ittra

 

Il-partiti politiċi fil-Parlament ħafna drabi ma jieħdux pjaċir jiftakru jew tfakkarhom fil-passat tagħhom. Jgħidulna biex il-passat inħalluh għax huma jridu jħarsu l-quddiem.

Hu obbligu tagħna li niftakru il-passat ukoll. Mhux biss għax il-passat hu l-mera tal-futur, imma, iktar minn hekk għax min il-bieraħ xejn ma ddejjaq jarmi l-prinċipji l-baħar, xejn m’hu ser jerġa’ jaħsibha biex għada (jekk ikollu l-opportunità) jerġa’ jagħmel l-istess.

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet Simon Busuttil, il-Kap tal-Opposizzjoni, waqt id-diskussjoni organizzata mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja offra l-kooperazzjoni tal-Partit Nazzjonalista lill-Gvern biex jitneħħew l-irregolaritajiet tal-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa.

Dam jaħsibha 25 sena l-Partit Nazzjonalista. Kellu iċ-ċans kollu tad-dinja biex mhux biss jitkellem kontra l-irregolaritajiet tal-bini, imma seta ukoll ineħħihom. Imma sfortunatament fis-siegħa tal-prova il-PN beża’ milli jimxi sewwa. Fis-siegħa tal-prova, l-PN l-prinċipji rmiehom il-baħar, għax beża’ li jitlef il-voti.

Tista’ allura teħodhom bis-serjetà meta jitkellmu b’dan il-mod? Donnhom għadhom jaħsbu li jistgħu jibqgħu jgħaddu n-nies biż-żmien.

Kellna ex-Ministru li xi snin ilu kiteb fil-gazzetti li hu (fil-bidu tas-snin 90) kien ressaq quddiem il-Kabinett proposta biex il-boathouses illegali fl-Aħrax tal-Mellieħa jitneħħew. Imma l-Kabinett dakinnhar ma qabilx.

Huwa konvenjenti għall-PN li issa jitkellem kontra l-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa. Meta seta mhux biss jitkellem imma seta ukoll jieħu passi wasal għal ftehim magħhom bħalma għamel lejlet l-elezzjoni tal-2003. Dakinnhar għall-PN il-voti kienu iktar importanti mill-prinċipju li jimxi sewwa.

Minkejja dan kollu huwa ta’ sodisfazzjoni għal Alternattiva Demokratika li wara li ilha snin twal tikkampanja kontra l-bini illegali tal-boathouses fl-Aħrax tal-Mellieħa (Ramlet il-Qortin, l-Armier, Little Armier u t-Torri l-Abjad) issa anke l-Partit Nazzjonalista qed jgħid li kkonvinċa ruħu li ma jistax u m’ghandux jibqa’ jappoġġa dawn il-ħniżrijiet.

Ikun tajjeb, kieku l-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil jiddisassoċja ruħu mill-ftehim li kien għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni tal-2003 ma dawk li qegħdin fil-boathouses. Dak il-ftehim, tajjeb li niftakru, kien jipprovdi biex 26 ettaru (260,000 m2) ta’ art tal-Gvern fl-Aħrax tal-Mellieħa jgħaddu għand il-kumpanija Armier Developments Limited għal 65 sena (bi ħlas ta’ €366,000 fis-sena) biex ikunu żviluppati boathouses ġodda.

Hi ħasra li l-PN dam 25 sena biex fetaħ għajnjejh u ra d-dawl. Li fetaħom ftit snin ilu kien jagħmel ftit ġid. Issa sfortunatament il-ħsara laħaq għamilha.

Hu għalhekk li din il-konverżjoni ambjentali tal-Partit Nazzjonalista ma tikkonvinċi lil ħadd. Għax hi biss għal konvenjenza.

Kummentarju li xxandar fuq l-RTK it-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015

L-Aħrax tal-Mellieħa: tagħna lkoll?

 

 

Id-diskussjoni ta’ hawn fuq saret qabel l-elezzjoni tal-2013.

Il-bieraħ waqt id-diskussjoni li ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja dwar l-enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si Simon Busuttil ammetta li l-PN fil-Gvern għamel l-iżbalji dwar il-boathouses tal-Armier. Offra l-kooperazzjoni tal-Opposizzjoni lill-Gvern biex dawn l-illegalitajiet jitneħħew.

Joseph Muscat qal li ma jridx jibda mill-Armier. Iżda minn każijiet ferm iktar gravi.

Bdew jiċċaqalqu t-tnejn li huma. Forsi l-ewwel pass għaqli jkun li kemm il-PN kif ukoll il-PL iħassru kull ftehim li għandhom ma’ dawk li bnew il-boathouses.

Anke l-Knisja hemm bżonn li tieħu posizzjoni. S’issa l-illegalitajiet ġew imbierka mill-Knisja li torganizza attivitajiet reliġjużi fl-Aħrax tal-Mellieħa.

L-Aħrax tal-Mellieħa jixraqlu jkun tagħna lkoll.

 

Il-kumpens ta’ Chris Said

Chris Said et

 

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said qalilna li l-PN irid kumpens għall-każini politiċi propjeta’ tal-Gvern li l-Labour għandu iktar mill-PN. Iħoss li l-PN ġie diskriminat.

Ġdida din! Waħda isbaħ mill-oħra!

Liċċittadin li jħallas it-taxxi, Chris Said is-Segretarju Ġenerali tal-PN, irid jagħtih daqqa doppja. L-ewwel daqqa billi ittieħdet propjeta’ pubblika għall-każini meta dan ma kellux isir. Issa jrid illi jsir bilanċ tal-abbuż!

Dan jaf x’inhu jgħid jew?

Naħseb li kien ikun aħjar kieku Chris Said u l-PN jgħiduna x’kumpens ser iħallsu huma lill-poplu Malti talli għal 25 sena sħaħ il-PN baqa’ iċċassata quddiem il-boathouses (li qatt ma raw dgħajjes) ġol-Aħrax tal-Mellieħa.

Għal 25 sena sħaħ il-Partit Nazzjonalista kien kompliċi ma dawk li ħadu l-art u bnew bla permess bil-konsegwenza li ċaħħdu lill-eluf ta’ Maltin kull sena milli jgawdu parti mill-kosta.

Dan hu l-kumpens li Chris Said is-Segretarju Ġenerali tal-PN messu jitkellem dwaru!

Fir-Repubblika tal-Aħrax tal-Mellieħa

Armier shanty town

 

Fir-Repubblika ta’ l-Aħrax tal-Mellieħa s’issa ingħata l-messaġġ li hemm liġijiet differenti mill-bqija ta’ Malta.

Filwaqt li f’Malta ma tistax tapplika għal meter tal-elettriku (jew tal-ilma) jekk il-bini fejn tkun trid tistalla l-meter ikollu xi illegalita, dan ma japplikax fir-Repubblika tal-Aħrax tal-Mellieħa. Sa issa min abbuża fl-Aħrax tal-Mellieħa ġie ippremjat. Gvern immexxi mill-PN li kontinwament fittex l-iskużi ħalli jiġġustifika li ma jagħmel xejn.

Fl-Aħrax tal-Mellieħa il-parti l-kbira tal-art hi tal-Gvern u għaldaqstant m’huwiex aċċettabbli li l-awtoritajiet għamlu 25 sena jħarsu ċċassati lejn min abbuża fid-dawl tax-xemx.

Kull ftehim li jista’ jasal għalih il-Gvern ma dawk il-persuni li bnew jew qed jokkupaw il-kmamar illegali fl-Aħrax tal-Mellieħa ikun premju lil min abbuża u jwassal il-messaġġ li l-liġi f’dan il-pajjiż mhiex l-istess għal kulħadd. Mhux aċċettabbli li jingħata l-messaġġ li fl-Aħrax tal-Mellieħa għandhom Repubblika għalihom fejn is-saltna tad-dritt (rule of law) dabet u sparixxiet.

L-art pubblika fl-Aħrax tal-Mellieħa li hi okkupata mill-kmamar illegali u li jsejħu boathouses (bla dgħajjes) għandha tirritorna lura f’idejn l-istat biex titgawda minn kulħadd. Għax id-dritt tal-aċċess għall-kosta hu ta’ kulħadd u m’għandux ikun limitat għal dawk li kkapparraw l-art.

Fl-Aħrax tal-Mellieħa għandhom bżonn jifhmu ukoll li min jikser il-liġi għandu jbaxxi rasu u jsofri l-konsegwenzi ta’ egħmilu. Flok l-iSmart meters il-Gvern għandu jibgħat il-gafef biex ikaxkar u jwarrab l-illegalitajiet. Jekk dan ma jsirx mingħajr iktar dewmien ħadd m’għandu jippretendi li f’setturi oħra u f’lokalitajiet oħra ma jkunx hemm min jippretendi li hu ukoll jagħmel li jrid.

F’Malta, Repubblika waħda fejn il-liġi hi l-istess għal kulħadd, hi biżżejjed.

 

ippubblikat fuq iNews illum l-Erbgħa 29 t’Ottubru 2014

Garanzija biex min seraq, igawdi dak li seraq

Bajja 2.2003 GPullicino jiltaqa' mal-Assocjazzjoni

Fir-ritratt ta’ hawn fuq li hu meħud minn Il-Bajja No.2 ta’ April 2003 jidher George Pullicino, dakinnhar Segretarju Parlamentari, jippoża mal-kumitat inkarigat mill-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa wara waħda mil-laqgħat fejn min seraq l-art pubblika fl-Aħrax tal-Mellieħa ingħata l-appoġġ mill-politiċi li huma eletti fil-Parlament.

Id-dibattitu fil-pajjiż dwar il-kmamar tal-Aħrax tal-Mellieħa kif ukoll (ftit inqas) dwar dawk fil-Bajja ta’ San Tumas ilu għaddej. Min hu kontra, min hu favur u min jiġi jaqa’ u jqum.

Il-każ huwa wieħed li jattakka s-soċjeta demokratika fl-egħruq tagħha. Għax il-messaġġ ċar li ilu jidwi hu li quddiem il-liġi m’aħniex kollha xorta. Fl-Aħrax tal-Mellieħa (L-Armier, Little Armier, it-Torri l-Abjad) u fil-Bajja ta’ San Tumas il-prinċipju tas-Saltna tad-Dritt (r-Rule of Law) idub u jisparixxi.

Min seraq l-art, bniha bla permess u anke seraq l-elettriku ser ikun ippremjat.

Alternattiva Demokratika biss tkellmet ċar kontra dan l-abbuż. Ftehemu kemm mal-Partit Laburista kif ukoll mal-Partit Nazzjonalista. Fil-Gvern għal 25 sena l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jerfa’ subgħajh biex iġib sens ta’ ordni. Ipprova darba l-Perit Michael Falzon meta kien Ministru tal-Ippjanar u l-Kabinett bagħtu jixxejjer! Falzon riċentement kiteb fil-gazzetti li dakinnhar tgħallem li l-voti huma iktar importanti mill-prinċipji!

Waqt li l-Perit Michael Falzon ried iwaqqa’ dak li kien illegali, Ministri oħrajn ftehmu ma min b’mod sfaċċat u fid-dawl tax-xemx sfida l-liġi. Dawn dejjem irraġunaw li bl-appoġġ tal-PN u l-PL ħadd ma jista’ għalihom! Fl-aħħar jidher li ser jirnexxilhom.

Il-PN irnexxilu jipproteġihom għal 25 sena sħaħ. Fil-futur qarib il-Labour fil-Gvern jidher li ser jissiġilla din l-sfida kbira għall-liġi u l-ordni fil-pajjiż.

Messaġġ ċar li l-Labour Party ta’ Malta qed jagħti (bl-appoġġ tal-PN). Il-Labour fil-Gvern jiggarantilek li tgawdi dak li sraqt.

Il-lejla fuq Times Talk niddiskuti dan is-suġġett mal-preżentaturi Mark Micallef u Herman Grech u mistednin mill-partiti politiċi l-oħra.

lokalitajiet minn fejn joriginaw dawk li ghandhom il-boathouses f'idejhom 2010

Il-lista ta’ hawn fuq hi estratt minn Il-Bajja Nru 30 ta’ April 2010 u turi l-lokalitajiet fejn joqgħodu dawk li għandhom il-boathouses f’idejhom.

Terrimoti, tsunami, u l-protezzjoni ċivili f’Malta

times.tsunami.010914

Il-bieraħ il-gazzetti online kellhom storja komuni. F’riċerka li saret bejn akkademiċi mill-Universita’ ta’ Portsmouth flimkien ma akkademiċi md-Dipartiment tal-Ġografija tal-Universita’ ta’ Malta ikkonkludew li fil-passat imbiegħed Malta kienet soġġetta għall-effett ta’ tsunami, riżultat ta’ terrimoti li seħħew madwarna.

Mewġ ta’ mhux inqas minn 4 metri għoli jidher li ħalla effett f’żoni sa 20 metru il-fuq mil-livell tal-baħar. Mewġ b’veloċita’ ikbar minn 30 kilometru fis-siegħa ikaxkar kull ma jsib quddiemu.

Jidher li r-riċerka indikat il-kosta li tħares lejn il-grigal (North-East) bħala li l-iktar li kienet effettwata: mill-Aħrax tal-Mellieħa sa Marsakala u possibilment Marsaxlokk u Birżebbuga ukoll. Għawdex hemm Marsalforn,

Issa l-kosta ta’ Malta b’faċċata tħares lejn il-grigal hi l-iktar populata, bil-bini jasal kważi sal-baħar. Hi ukoll iż-żona li fiħa l-parti l-kbira tal-infrastruttura turistika kif ukoll il-power station ta’ Delimara.

Li Malta hi esposta għal dan il-periklu naturali mhux xi ħaġa li nafuha illum. Imma li illum hemm dan l-istudju konkluż forsi jkun hemm ftit min jiftaħ għajnejh dwar il-ħtieġa li nifhmu illi d-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili jeħtieġ iktar riżorsi u nies imħarrġa biex il-pajjiż ikunu ippreparat għal dan il-periklu naturali. Periklu li jista’ jkun fuqna fil-qrib, u jista’ jkun fuqna fil-bogħod. M’hu magħruf minn ħadd il-meta. Imma jiġi meta jiġi, bħala pajjiż s’issa m’aħniex ippreparati.

 

Ara ukoll fuq dan il-blog

29 t’April 2013: Malta u l-iżbroff tal-vulkan Marsilii.

Is-skiet tal-PN dwar l-Armier

Armier shanty town

Wara d-deċiżjoni tal-Imħallef Ellul fuq l-abbużi fl-Armier il-PN għadu sieket.

Tajjeb li nfakkru li l-abbużi tollerati minn Gvern immexxi mill-PN m’humiex biss dawk li jitkellem fuqhom l-imħallef Ellul fis-sentenza tiegħu. Hemm ħafna iżjed.

L-ex Ministru Falzon kien spjega f’artiklu miktub minnu fil-Malta Today li hu kien resssaq proposta għat-twaqqiegħ tal-bini illegali fl-Armier iżda l-Kabinett ma appoġġaħx.

Sadanittant il-PN jibqa’ sieket, konxju li hu responsabbli għall-istat attwali tal-irregolaritajiet fl-Armier.

L-inqas li nistennew hi apoloġija. Minflok għandna skiet li jtarrax. Il-politika ġdida ta’ Simon Busuttil.

Fuq dan il-blog, dwar l-istess suġġett,  ara ukoll dawn il-posts :

24 ta’ Ġunju 2008 : Il-boathouses fl-Armier.

21 ta’ Jannar 2012 : Parties in Cahoots with squatters.

17 t’Awwissu 2012 : Armier cowboys should not be rewarded.

23 t’Ottubru 2012 : Pajjiż tal-cowboys : israq u tkun ippremjat.

24 t’Ottubru 2012: Il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa : meta l-Ministru riedhom jaqgħu

2 ta’ Frar 2013 : Armier illegalities and amnesties.