Sens komun: fil-Mosta u f’Marsaxlokk

 

 

Matul dawn l-aħħar ġranet, Alternattiva Demokratika kienet qed tikkampanja kontra żvilupp massiċċ li ġie propost kemm fil-Mosta kif ukoll f’Marsaxlokk.  Din hi kampanja li ilha li bdiet ħdax-il sena, u tibqa’ għaddejja,  kontra t-tkabbir taż-żona żviluppabbli proposta minn George Pullicino, dakinnhar Ministru responsabbli għall-ambjent u l-ippjanar għall-użu tal-art.

Nhar il-Ġimgħa, f’Marsaxlokk, kien ta’ sodisfazzjoni li s-Sindku Horace Gauci, elett f’isem il-Partit Laburista, ingħaqad magħna ta’ Alternattiva Demokratika waqt konferenza stampa b’appoġġ għar-residenti Tal-Marnisi Marsaxlokk.

Hi kampanja biex is-sens komun favur l-ambjent jipprevali fuq id-deċiżjoni li kien ħa l-Parlament fl-2006 meta l-Gvern immexxi mill-PN mexxa ‘l-quddiem proposta biex żewġ miljun metru kwadru ta’ art li kienu barra miż-żona ta’ żvilupp, ma jibqgħux iktar ODZ u minn dakinnhar jibdew jiffurmaw parti miż-żona ta’ żvilupp. Dan sar mingħajr ma ġew eżaminati l-impatti ta’ deċiżjoni bħal din, lejliet li kellha tidħol fis-seħħ id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar il-kejl tal-impatti strateġiċi ambjentali. Li ma sarx dan l-kejl, ifisser li l-impatti kumulattivi tal-iżvilupp li kien qed ikun propost kienu kompletament injorati.

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Marzu l-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar ħa żewġ deċiżjonijiet kontrastanti dwar żewġ meded kbar ta’ art. Dwar l-ewwel waħda, art agrikola fil-Mosta tal-qies ta’ 38500 metru kwadru l-proposta bi pjan ta’ żvilupp kienet rifjutata filwaqt li dwar it-tieni waħda ukoll primarjament agrikola u b’qies ta’ 17,530 metru kwadru, l-propost pjan ta’ żvilupp kien approvat.

Fiż-żewġ każi ma sar l-ebda eżami tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali u dan billi l-professjonisti tal-ippjanar li taw il-parir lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar kienu tal-fehma li d-deċiżjoni tal-2006 tal-Parlament kienet kemm ċara kif ukoll finali. Sfortunatament ma dehrilhomx meħtieġ li jeżaminhaw dan minn lenti kritika.

Fl-2006, il-Parlament kien iddeċieda li dawn iż-żewġ miljun metru kwadru ta’ art ma kellhomx iktar ikunu meqjusa bħala barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ). Il-grupp parlamentari tal-PN kien ivvota favur din il-proposta, u dan jispjega l-għaliex dak li taparsi kkonverta favur l-ambjent, Simon Busuttil, għadu ma fetaħx ħalqu dwar dan kollu.  Imma l-Partit Laburista, dakinnhar fl-Opposizzjoni ma kienx qabel u kien ivvota kontra li din l-art tkun tista’ tingħata għall-iżvilupp. Għalhekk Joseph Muscat bħalissa qiegħed f’posizzjoni imbarazzanti.

Il-Partit Laburista għadu tal-istess fehma, jew bidel il-ħsieb? Għax issa waslet is-siegħa tal-prova. X’ser jagħmel? Għax anke jekk ikun meqjus li d-deċiżjoni tal-Parlament tal-2006 titfa’ ċerti obbligi fuq il-Gvern u fuq l-Awtoritá tal-Ippjanar, xorta hu possibli li l-impatt tal-iżvilupp massiv li ġie propost ikun imtaffi.

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu tal-Kumitat Eżekuttiv tal- Awtoritá tal-Ippjanar li biha l-applikazzjoni dwar l-art fil-Mosta kienet rifjutat hu l-mod kif għandhom isiru l-affarijiet. Hi deċiżjoni li s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri għandha żżomm quddiem għajnejha meta l-każ ta’ Marsaxlokk jiġi quddiema biex tikkunsidra jekk tagħtix l-approvazzjoni tagħha. Jiena naħseb li s-Segretarju Parlamentari Schembri għandha tibgħat il-każ ta’ Marsaxlokk lura quddiem l- Awtoritá tal-Ippjanar biex ikun ikkunsidrat mill-ġdid.

Żvilupp massiv ta’ din ix-xorta m’għandux ikun possibli meta hawn tant propjetajiet residenzjali vojta. Anke f’Marsaxlokk stess l-aħħar ċensiment, dak tal-2011, juri li 18.7% tar-residenzi huma battala filwaqt li 5.9% tagħhom jintużaw biss kultant. Nistgħu nibqgħu nibnu bil-goff meta għandna din il-kwantitá ta’ propjetá vojta?

Għandna bżonn ftit sens komun fl-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art. Sens komun li jagħti piz u konsiderazzjoni tal-impatti fuq il-komunitá kollha qabel ma jittieħdu deċiżjoniiet bħal dawn.

Fiż-żewġ każi, l-Mosta u Marsaxlokk, qed nitkellmu dwar raba’ li kienet tinħadem u li issa intelqet minħabba l-pressjoni kkawżata mill-iżvilupp. Dan hu process li jeħtieġ li nwaqqfuh minnufih. Illum qabel għada.

 

ippubblikat f’ Illum –  2 t’April 2017

Advertisements

Green sense is common sense

 

In the last few days Alternattiva Demokratika-the Green Party- has been campaigning against over-development at both Mosta and Marsaxlokk. It is the renewal of an everlasting campaign, started 11 years ago against the increase in the development zone piloted by former Environment and Land Use Planning Minister George Pullicino.

In Marsaxlokk last Friday we were joined by Labour Mayor Horace Gauci who arrived at, and addressed an AD press conference in support of the residents of Il-Marnisi, Marsaxlokk, in view of the impact of the rationalisation exercise in the area.

It is a campaign to see green sense prevail over the rationalisation exercise, as a result of which, in 2006 on the proposal of a PN-led government, Parliament included around two million square metres of land within the development zone overnight. This was done without a strategic environment assessment having been carried out to examine the proposals. It was on the eve of the coming into force of the Strategic Environment Assessment EU Directive which, just days later, would have made such an assessment compulsory. Not carrying out such an assessment signifies that the cumulative impacts of development were ignored by not being factored into the decision-taking process.

On 20 March, the Planning Authority Executive Committee took two contrasting decisions in respect of two large tracts of land. Regarding the first – 38,500 square metres of agricultural land at Mosta –  the scheme for a development proposal was turned down, while in respect of the second – 17,530 square metres of largely agricultural land in Marsaxlokk – the proposal for development was approved.

In neither case was any assessment of the social, economic and environmental impact carried out, as the professional land-use planners advising the Executive Committee of the Planning Authority consider that Parliament’s decision in 2006 was definite and any assessment unnecessary. Unfortunately they did not think it appropriate to examine the matters before them critically.

In 2006, Parliament had decided that this two million square metre area of land, formerly considered as ODZ land, was henceforth to be part of the development zone. The PN Parliamentary group had  voted in favour of this proposal, which is why the pseudo-environmental convert Simon Busuttil is completely silent on the issue. However, the Labour Party Opposition voted against the proposal, thus placing Joseph Muscat in an awkward position today.

Has the Labour Party changed its views? The chickens are now coming home to roost.

When push comes to shove, and notwithstanding the PN mantra that “ODZ is ODZ”, the PN always seeks to consent to ODZ development, as long as such development is given the go-ahead when it is in the driving seat!

But what about the Labour Party today? Even if it factors in the views of those who maintain that the 2006 decision ties its hands, it can certainly take mitigation measures that would substantially reduce the negative impact of the 2006 parliamentary decision which favours such massive over-development.

The decision of the Executive Committee of the Planning Authority on the 20 March to reject the proposal for the development of the tract of land in Mosta is the way forward. It should be taken on board by Parliamentary Secretary for land use planning Deborah Schembri when the Marsaxlokk case is placed on her desk for her consideration. I respectfully ask Ms Schembri to request the Planning Authority to reconsider its decision and hence send it back to the drawing board.

The proposed reconsideration should be undertaken primarily because such massive development is not required: it is not necessary to sacrifice so much agricultural land. (I am informed that on the site there is also a small stretch of garigue with a number of interesting botanical specimens.) The results of the 2011 Census indicated that 18.7 per cent of Marsaxlokk’s housing stock was then vacant and 5.9 per cent of it only in occasional use.  Why should we keep adding to the vacant housing stock through proposals for massive development projects?

We need some green sense in the planning of land-use. We need some common sense in considering the impact on the whole community before far-reaching decisions are taken.  In both cases mentioned above, the land that has been the subject of proposed  development schemes is agricultural land that has fallen into disuse as a result of development pressures. This process should be reversed forthwith, and the sooner the better: it is only common sense.

published in The Malta Independent on Sunday – 2 April 2017

Il-ħut fil-baħar ta’ Sandro Chetcuti

Fi stqarrija li ħarġet l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, bi tweġiba ovvja għall-konferenza stampa li jiena indirizzajt il-bieraħ fMarsaxlokk, Sandro Chetcuti qed jiddefendi lil min xtara l-ħut fil-baħar.

Għax hekk ġralu min xtara art li l-Parlament fl-2006 approva biex tkun tajba għall-bini, bħalma għamlu dawk li xtraw l-art fil-Mosta (Torri Cumbo) u Marsaxlokk (Marnisi), fl-aħbarijiet fdawn il-ġranet.

Meta fl-2006 il-Parlament bil-voti favur tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti u bil-voti kontra tal-Membri Parlamentari Laburisti approva li żewġ miljun metru kwadru ta art minn ODZ saru parti miżżona ta żvilupp ma iddeċiediex xseta jinbena fuqhom. L-anqas ma iddeċieda l-għoli li seta jinbena.

Imma min kellu l-art f’ħafna każi fassal it-toroq u beda jbiegħ il-plots. U għamel kemxa ġmielha!

Min approva fejn ser jgħaddu t-toroq?

Ħadd. Tant li meta per eżempju nhar l-20 ta Marzu l-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Ippjanar kien qed jiddiskuti l-applikazzjoni tal-Mosta (dawk it-38,500 metru kwadru ħdejn it-Torri Cumbo) wieħed mill-membri tal-kumitat qal li l-applikanti ippruvaw jorbtu idejn l-Awtoritá billi fasslu t-toroq u qasmu l-plots bdawn it-toroq qabel ma ittieħdet id-deċiżjoni.

Issa xjiġri jekk l-Awtorita tal-Ippjanar tiddeċiedi (kif għandha kull dritt li tagħmel) li tfassal it-toroq bmod differenti? Jew inkella jekk tiddeċiedi li l-art għandha tinbena bdensitá baxxa, bsular wieħed biss?

Dan kollu Sandro ma jgħidux. Għax min fittex li jbiegħ l-art daħaq bin-nies meta qassamhom fi plots kif ried hu u mingħajr ma kellu f’idejh il-permessi tal-ippjanar biex ikun jista jagħmel dan.

Xtraw il-plots meta ma kellhom l-ebda konferma dwar xjista jinbena fuqhom. L-anqas biss ma kellhom konferma li l-plot li xtraw kellha faċċata mat-triq.

Għalhekk xtraw il-ħut fil-baħar.