Il-Gżira Ekoloġika u l-Ħniżrijiet fid-Dwejra

 

 

 

  

Għaddew sitt xhur minn meta l-MEPA waqqfet il-ħniżrijiet li kienu qed jinbnew fid-Dwejra f’Marzu li għadda, lejliet l-elezzjoni.

 

Wara sitt xhur kollox għadu hemm.

 

Bħal xejn ma hemmx min irid jagħtina x’nifhmu li dan hu parti mill-inizjattiva eko-Għawdex.

 

Meta jkun hemm dan id-dewmien kollu bil-fors ikun hemm min jaħseb ħażin. Li l-awtoritajiet iridu jnessu.

 

Ovvjament b’par idejn sodi fit-tmun dak li tistenna. Li kieku ried jieħu passi ħadhom. Wara kollox par idejn sodi. Jekk trid tara iktar ara hawn.

 

Vandalizmu fid-Dwejra Ghawdex

20080206-dwejra.jpgdwejra.jpg

 

 

Ninghaqad mal-NGOs ambjentali Birdlife Malta, Din L-Art Helwa, Flimkien Ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Light Pollution Awareness Group, Nature Trust (Malta) u Ramblers Association fil-kundanna taghhom ghall-vandalizmu ricenti fid-Dwejra Ghawdex.  

Id-Dwejra illum hi indikata bhala sit Natura 2000 minhabba l-importanza taghha fl-oqsma tal-paleontologija, geologija, ekologija, ornitologija, ekologija marittima.  Id-Dwejra huwa ukoll sit turistiku imfittex u jikkontribwixxi b’mod sostanzjali ghall-ekonomija tal-pajjiz.