Gonzi u l-gass

Kont preżenti għall-inawgurazzjoni tal-impjant tal-gas f’Bengħajsa li ser jieħu post l-impjant tal-Qajjenza f’Birżebbuġa.

Fid-diskors tiegħu Lawrence Gonzi qal li l-power station ta’ Delimara  tkun konvertita għall-gass meta jiġu l-fondi mill-Unjoni Ewropea. Jiġifieri irridu nistennew id-deċiżjoni dwar il-budget tal-EU għall-perjodu 2014-2020.

Fil-waqt li l-Kummissjoni Ewropea jidher li qablet mal-Gvern fuq l-utilita għall-Malta u l-politika tagħna tal-enerġija li dan il-proġett iseħħ, min-naħa l-oħra għadu m’huwiex ċar x’ser jigri mill-budget Ewropew. Id-diskussjonijiet ma tantx jidher li mexjin il-quddiem.

Kif irrappurtat il-Financial Times, nafu li in-negozjati dwar il-budget tal-EU waqfu (EU budget talks collapse). Ir-Renju Unit,  l-Olanda u l-Iżvezja jridu tnaqqis fil-budget tal-EU. M’humiex jaqblu mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jkun hemm żieda u dan għal raġuni ovvja: huma fost il-pajjiżi li jħallsu iktar milli jirċievu u għandhom pressjoni  politika li bħalma sar tnaqqis fin-nefqa domestika għandu jkun hemm ukoll tnaqqis fil-kontribuzzjoni tagħhom fl-EU.

Dwar dan messu tkellem Lawrence Gonzi.   Dwar il-preokkupazzjoni li l-opposizzjoni tar-Renju Unit, l-Olanda u l-Iżvezja għall-budget propost mill-Kummissjoni Ewropea tista’ toħloq diversi diffikultajiet għal dan il-proġett essenzjali għal Malta.

Mercaptan: blunder or collusion ?

Continue reading