Meta Abela u l-PN kienu jħokku dahar xulxin

Robert Abela hu s-suġġett kurrenti tal-billboards tal-PN. Imma, bħal ma jiġri dejjem, il-kampanja tal-PN fuq il-billboards tgħid biċċa waħda żgħira mill-istorja vera. Tiffoka fuq il-ġid li akkumula Abela permezz tal-kuntratti ta’ xogħol professjonali assoċjat mal-Gvern, speċjalment permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar.  Il-billboard iwassal il-messaġġ politiku li Robert Abela jiġi jaqa’ u jqum u li huwa insensittiv. Jgħidilna li filwaqt li hu għamel żmien jiffanga bi dħul ta’ €17,000 fix-xahar int tikkrepa b’żieda miżera ta’ €1.75 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja.

Il-punt bażiku reali, imma, li l-billboard jinjora kompletament hu kif il-PLPN jimmanipulaw il-finanzi tal-pajjiż u l-proċeduri tax-xiri ta’ servizzi biex iżommu lill-ħbieb kuntenti u lill-għedewwa taħt kontroll.

Il-billboard tal-PN, jgħidilna li l-uffiċċju legali ta’ Robert Abela, xi żmien ilu, kellu dħul ta’ mhux inqas minn €17,000 fix-xahar mis-servizz professjonali legali li kien jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-billboard, imma,  ma jgħidilna xejn dwar kif dan kollu oriġina minn sejħa għal espressjoni ta’ interess u sussegwentement direct order lil George Abela li kienet imbierka mill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.   Dan seħħ fi żmien meta Abela ma kienx f’relazzjoni tajba la mal-Partit Laburista u inqas u inqas mat-tmexxija tal-istess partit!

F’sezzjoni tal-media kien irrappurtat li dan kollu beda fl-istess żmien meta George Abela aċċetta l-istedina biex jifforma parti mill-core group, parti mill-proċess preparatorju li kellu jwassal biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. George Abela ipparteċipa f’dan il-core group minkejja li l-Partit Laburista, li tiegħu sa ftit qabel hu kien Deputy Leader, kien jopponi din il-proposta b’qilla kbira.

Meta George Abela kien nominat u sussegwentement ġie appuntat President tar-Republika mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, ibnu Robert ħa f’idejh it-tmexxija tal-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa u jagħmel dan, avukat ieħor li kien sħab ma’ George Abela spiċċa barra. Jingħad li ma qablux fuq kif ser jaqsmu dak li jdaħħal l-uffiċċju! Ftit wara, dan l-avukat l-ieħor spiċċa CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar. Min hawn il-quddiem il-familja Abela ma kelliex diffikulta biex tgawdi r-rigal sostanzjali tal-Gvern ta’  Lawrence Gonzi. Il-familja Abela setgħet isserraħ rasha għax fil-mument tal-bżonn il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kien hemm għall-għajnuna. Wara kollox, mhux għalhekk qegħdin il-ħbieb?  

Ta’ Abela kienu attentissimi li ħobżhom jieħdu ħsiebu sewwa! Dejjem irnexxielhom!  Biex jaslu iddefendew kull taħwid fl-ippjanar għall-użu tal-art tul is-snin, kemm dak taħt il-Gvern ta’ Gonzi kif ukoll dak taħt is-suċċessur tiegħu Joseph Muscat.

Tul is-snin id-direct order lill-uffiċċju legali tal-familja Abela mhux biss ġie ikkonfermat, talli kiber fl-iskop u fil-ħlas li ġġenera.

Waqt dan kollu kien hemm leħen wieħed kritiku ta’ dak li kien qed jiġri: kien kritiku tad-direct order tal-Awtorità tal-Ippjanar lill-uffiċċju legali tal-familja Abela. Dan kien Joe Mizzi,  l-Membru Parlamentari Laburista mill-Kalkara. Kien qiesu seqer, jaf x’inhu jiġri, għax hu kien ir-rappresentant tal-Opposizzjoni Laburista fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Joe Mizzi dam ftit mhux ħażin biex ħa tweġiba għal dan kollu. Dan seħħ meta tħalla barra minn l-ewwel Kabinett ta’ Robert Abela liema Kabinett tħabbar nhar il-15 ta’ Jannar 2020!  Imma sa dak in-nhar hu kien ilu jappoġġa l-kandidatura ta’ Chris Fearne għat-tmexxija tal-Partit Laburista.

Din hi l-istorja li l-billboard jaħbi. Storja ta’ kemm meta kien meħtieġ il-familja Abela u l-PN kienu  jħokku dar xulxin!

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022

Abela’s bread: buttered on both sides!

Robert Abela is the current billboard boy of the PN. The PN’s campaign, all over their billboards, however, only emphasises part of the real story: it is focused on Abela’s wealth generated through government contracts, specifically through the Planning Authority. It makes the political point that Robert Abela does not care. He is insensitive, states the billboard: he gluttons through €17,000 per month; you get a miserly €1.75 per week cost of living increase.

The real basic issue however, conveniently avoided by the billboard, is how the PLPN manipulate the country’s finances and procurement procedures to keep friends happy and foes on a leash.

The PN billboard points to the fact that the legal office of Robert Abela, at a recent point in time, had an income of at least €17,000 per month from legal services rendered to the Planning Authority.  The billboard does not, however, in any way indicate, that the contract was originally the result of an expression of interest and subsequently of a direct order. This was carried out with the compliments of the Lawrence Gonzi led PN government to George Abela, Robert’s father, at a time when the Abelas had very sour relations with the Labour Party and its leadership!

Sections of the media have reported that this lucrative relationship commenced at the same time that George Abela accepted the invitation to take part in the EU accession core group, part of the preparatory process leading to Malta’s accession to the European Union. George Abela participated in this core group notwithstanding that, the Labour Party, of which some time previously he had been deputy leader, was an aggressive opponent of the EU accession proposal. I am informed that additional members of the core group were Harry Vassallo, Lino Briguglio, Joe Saliba and Godfrey Baldacchino.

When George Abela was nominated and appointed President of the Republic by the Gonzi Government, his son Robert took over the running of the law firm. In the process the other lawyer who was a partner in the Abela law firm was immediately squeezed out of the firm. It is rumoured that they disagreed on the distribution of the profits of the law firm. As a result, the other lawyer was offered and he eventually assumed the role as CEO of the Planning Authority. The Abelas consequently had no obstacle to retaining full control of the lucrative gifts of the Lawrence Gonzi government. The Abelas had their mind at rest that at times of need Lawrence Gonzi and his government could always be relied upon. After all that is what friends are for!

The Abelas always sought to have their bread buttered on both sides. They were quite successful in this respect throughout the years. In the process they defended tooth and nail many a planning mess, both those created by the Gonzi government as well as also those created by his successor Joseph Muscat.

The PN direct order to the Abela law firm was confirmed throughout the years and widened in scope. The payments made increased accordingly.

I remember one solitary voice at that time denouncing the lucrative direct order of the Planning Authority to the Abela law firm: it was the Kalkara Labour MP Joe Mizzi. Joe Mizzi knew what was going on from day one: he was the representative of the Labour Party Parliamentary Opposition on the Board of the Planning Authority.

Payback for Joe Mizzi took quite some time to arrive. He was left out of the first Robert Abela Cabinet on the 15 January 2020!  But by then he had also endorsed Chris Fearne in the Labour leadership contest.

This is the real background to the billboard boy’s story!

published in the Malta Independent on Sunday : 5 February 2022