Meħtieġa: politika dwar id-droga b’wiċċ uman

Id-dibattitu ta’ bħalissa fil-Parlament dwar riforma fil-qasam tad-droga messu ilu li sar.

Il-manifest elettorali tal-partit tiegħi għall-elezzjoni ġenerali tal- 2017 kien l-unika wieħed li tkellem b’mod ċar dwar il-ħtieġa li nintroduċu politika dwar id-droga b’wiċċ uman. Il-politika dwar id-droga illum tikkastiga lill-vulnerabbli billi tikkriminalizza l-użu tad-droga. Id-dikriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga għandha tkun parti minn viżjoni iktar wiesa’, fit-tul,  bl-iskop li tgħin u mhux li tikkastiga lil min hu vulnerabbli. Dan m’ghandux ikun limitat għall-kannabis, imma għandu japplika għal kull xorta ta’ droga.

Id-dokument konsultattiv ippubblikat f’Marzu li għadda dwar it-tisħiħ tal-qafas legali għall-użu responsabbli tal-kannabis flimkien mad-dibattitu parlamentari li għaddej bħalissa huma pass sinifikanti l-quddiem.

Għandna nifhmu, li, kif ippruvat tul is-snin, il-kriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga ma solva xejn! Kien fl-2011 li l-Kummissjoni Globali dwar il-politika għad-droga, immexxija minn Kofi Anan, ex-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maghquda, kienet iddikjarat li l-ġlieda globali kontra d-droga kienet falliet u dan b’konsegwenzi diżastrużi kemm individwalment kif ukoll għas-soċjetà.

Ewlenija fost ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni globali hemm it-tmiem tal-kriminalizzazzjoni, tal-marġinalizzazzjoni u tal-istigmatizzazzjoni ta’ dawk li jagħmlu użu personali mid-droga mingħajr ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-ħaddieħor.

In-numru ta’ vittmi hu wieħed sostanzjali. Numru mhux żgħir ta’ ħajjiet intilfu jew ġew irvinati ħtija ta’ din il-gwerra kontra d-droga.   Isem partikolari li jiġi quddiem għajnejja hu dak ta’  Daniel Holmes li dabbar sentenza sostanzjali ta’ ħabs f’Malta għax kabbar il-pjanti tal-kannabis għall-użu tiegħu.  Ma għamel ħsara lil ħadd, imma spiċċa jerfa’ fuq spallejh sentenza twila ta’ ħabs. Din hi l-agħar forma ta’ inġustizzja kriminali.

Il-proposti li presentement hemm quddiem il-Parlament huma limitati għall-kannabis, avolja fost ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis hu emfasizzat li din l-Awtorità tkun tista’ “tipparteċipa fil-proċess nazzjonali tal-ippjanar dwar il-politika soċjali u l-politika dwar il-mediċini perikolużi”. Hu possibli li l-leġislatur għandu pjani oħra f’moħħu għall-futur, imma dawn, s’issa għadhom mhux magħrufa.

Il-proposta għad-dikriminalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis tagħmel sens f’kuntest ta’ politika olistika dwar id-droga li ma tibqax tikkonsidra l-użu tad-droga f’kuntest kriminali imma f’kuntest soċjo-mediku. Dan jirrikjedi iktar ħsieb, analiżi kif ukoll studji dwar impatti kemm f’Malta kif ukoll barra. Id-dikriminalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis għandha tkun  ikkunsidrata bħala parti minn politika dwar id-droga koerenti, b’wiċċ uman li tiddikriminalizza l-użu tad-drogi kollha.  

Min jagħmel użu okkażjonali tad-droga m’għandux ikun ikkunsidrata bħala kriminal. Il-vittmi u dawk dipendenti mid-droga għandhom bżonn l-għajnuna permezz ta’ esperti mħarrġa inkluż l-għajnuna medika kemm u kif meħtieġ.  

Il-Portugall mexa f’din it-triq u tul is-snin kellu success konsiderevoli li bħala riżultat tiegħu naqas l-użu ta’ kull tip ta’ droga kif ukoll naqset l-inċidenza tal-HIV.  Irridu nfasslu l-mixja tagħna biex nindirizzaw sewwa b’mod koerenti l-użu tad-droga f’pajjiżna.  

Il-kriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga għamlet ħsara ferm iżjed mid-droga innifisha. Ir-riżorsi tal-istat għandhom jintużaw biex intejbu l-ħajjiet tan-nies u mhux biex ikunu ikkastigati dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna!  Id-dikriminalizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tal-kannabis għandha tkun l-ewwel pass f’dan il-proċess.  

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021

Wanted: a drug policy with a human face

The current debate on drug reform, in parliament, is long overdue.

My party’s electoral platform for the 2017 general election was the only one which clearly and unequivocally spoke in favour of introducing a drug policy with a human face. Current drug policy punishes the vulnerable through the criminalisation of the use of drugs. Decriminalisation of drug use should be part of a long-term vision that aims to help and not punish the vulnerable.  This should not be limited to cannabis but should encompass all drug use.

The White Paper published last March on the strengthening of the legal framework relative to the responsible use of cannabis together with the parliamentary debate currently in progress are welcome first steps in this direction.

It is about time that we realise that, as proven over the years, considering drug use as a crime has not led to any significant result. It was in 2011 that the seminal Global Commission on Drug Policy led by former UN Secretary General Kofi Anan declared that the global war on drugs has failed, with devastating consequences for individuals and societies around the world.

Foremost among the recommendations of the Global Commission was the end of criminalisation, marginalisation and stigmatisation of people who use drugs but who do no harm to others.

The number of victims is substantial. Many lives have been lost or ruined as a result of this war on drugs. A specific person which comes to mind is Daniel Holmes who was sentenced to a substantial prison term in Malta for growing his own cannabis plants. He harmed no one, yet he was made to shoulder a heavy prison sentence. This is criminal injustice at its worst.

The proposals currently before Parliament are limited to the consideration of cannabis, even though amongst the functions of the proposed Authority on the Responsible Use of Cannabis one finds that it may “participate in the national planning process relating to social policy and dangerous drugs policy”. Possibly the legislator has some other plans which, however, are so far not known.

The proposed decriminalisation of cannabis use makes sense within the context of an holistic drugs policy which would shift the emphasis on addressing drug use from one based on criminal law to a socio-medical model. This requires much more thought, analysis and consideration of studies and impact assessments carried out both in Malta and abroad. It cannot remain on its own but needs to form part of a coherent drugs policy with a human face which decriminalises all drug use.

Those who occasionally make use of drugs should not be considered as criminals. Victims and those who become addicted as a result of more than an occasional use of drugs should be offered adequate support, through the assistance of trained social workers as well as medical assistance whenever this is required.

Portugal has followed this path and over the years has had a considerable success in reducing use of heavy drugs and HIV.  We have to design our own path towards addressing the uptake of drugs.

The criminalisation of drug use has ruined more lives than drug use itself. It is about time that we use the resources of the state to improve lives and not to punish those who need our help!  The decriminalisation and regulation of cannabis should be just the first step in such a process.

published in The Malta Independent on Sunday : 21 November 2021