Il-media qed tirrapporta li ġew salvati 97 immigrant fiż-żona ta’ salvataġġ Malti. Ġew salvati minn vapur fiż-żona wara li (qed jintqal) li l-awtoritajiet Maltin ma weġbux sejħa għall-għajnuna.
It-Times online qed tirrapporta li l-awtoritajiet Maltin ma jweġbux, inkella li wara li jerfgħu it-telefon jerġgħu jpoġġuh f’post bla ma jwieġbu. Għadu kmieni biex inkunu nafu jekk dan hux minnu jew le.
Hu ċar li l-politika tal-Gvern Malti hi dik ta’ “full-up”. Politika ta’ alabiebiżmu mir-responsabbiltajiet internazzjonali ta’ Malta. Ir-responsabbiltà li nintervjenu u/jew insalvaw lil min ikun f’diffikulta fl-ibħra li għalihom Malta hi responsabbli hi tagħna minħabba l-posizzjoni ġeografika. Ma nistgħux naħarbu minn din ir-responsabbilta. Tgħid x’tgħid l-EU. Tagħmel x’tagħmel l-EU. Anke jekk tibqa’ma tagħmel xejn effettiv, jew kważi.
In-nuqqas ta’ solidarjetà minn pajjiżi oħra hi tat-tkexkix. Mhiex xi ħaġa ġdida. Hi kundannabbli, imma ma tħollniex mir-responabbiltajiet tagħna.
Ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal dak li qed jiġri. Huwa ħażin li l-EU ma tistax tiċċaqlaq għax hi miżmuma milli tagħmel dan minn pajjiżi li għalihom is-solidarjetà hi proċess one-way. Il-ġlieda favur solidarjetà u kontra l-indifferenza tkompli.
Is-solidarjetà mhiex kwarantina.