Niftħu l-iskejjel ftit ftit

Il-messaġġi konfliġġenti fil-bidu tas-sajf minn politiċi fis-sens li l-Covid-19 kien taħt kontroll huma in parti responsabbli għall-qagħda attwali. Kien in partikolari l-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tat-Turiżmu li pubblikament emfasizzaw li issa li l-pandemija kienet taħt kontroll stajna ingawdu is-sajf!

Kienet din l-attitudni irresponsabbli li wasslet biex ġew rilassati b’mod mgħaġġel ir-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19 meta s-sens komun kien jitlob pass iktar kawt.

Nifhem li l-operaturi ekonomiċi li kienu qed iġorru l-piz kienu kontinwament isusu wara l-awtoritajiet tat-turiżmu. Imma meta l-Gvern ċeda bagħat l-agħar messaġġ possibli: li r-restrizzjonijiet ma kienux meħtieġa. Meta l-Prim Ministru mbagħad ħafer il-multi li weħlu dawk li abbużaw u kisru l-kundizzjonijiet tal-kwarantina u restrizzjonijiet oħra, għaxxaqha!

Din hi s-sitwazzjoni attwali: fi tmiem is-sajf ir-rata tal-infezzjonijiet tal-Covid-19 hi sfortunatament l-ogħla s’issa f’Malta. Il-106 każ ta’ Covid-19 li irriżultaw nhar l-Erbgħa huma bozza ħamra li qed  itteptep u tgħidilna li l-kontrolli li għanda illum mhux adegwati. Hemm ħtieġa ta’ infurzar aħjar.  

L-ekonomija qalgħet daqqa ta’  ħarta għalkemm is-sussidji u l-għajnuniet li ħareġ il-Gvern bla dubju naqqsu l-impatt tad-daqqa. 

Il-mixja lura lejn in-normalità mhiex waħda faċli. Mhux ser isseħħ mil-lum għal għada. Teħtieġ il-paċenzja min-naħa ta’ kulħadd. Teħtieġ ukoll sens ta’ responsabbiltà billi nsegwu l-prewkazzjonijiet kollha neċessarji, fosthom li nilbsu l-maskri protettivi, mhux biss biex nipproteġu lilna nfusna imma fuq kollox biex nipproteġu lill-oħrajn.

L-argument bħalissa huwa jekk l-iskejjel għandhomx jiftħu jew le. Fin-nofs hemm l-interess tal-edukazzjoni tal-istudenti, il-ħtiega tal-genituri li jaħdmu u s-saħħa kulħadd: fuq quddiem nett dik tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema kif ukoll ta’ dawk kollha nvoluti fl-amministrazzjoni tal-iskejjel u tal-istituzzjonijiet edukattivi.

Hemm ħafna argumenti validi għax l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jiftħu. Dan minkejja li l-protokolli dwar l-imġieba meħtieġa damu ma ħarġu b’mod li kabbru l-inċertezza ta’ kulħadd.

L-ewwel u qabel kollox hu fl-interess tal-istudenti, kbar u żgħar, li l-istituzzjonijiet edukattivi jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Hemm limitu dwar kemm jista’ jsir tagħlim effettiv b’mod virtwali. It-tagħlim b’mod elettroniku bla dubju jista’ jgħin – hu għodda tajba – imma qatt ma jista’ jissostitwixxi l-kuntatt dirett bejn l-għalliema u l-studenti b’mod partikolari ta’ dawk li għadhom fl-istadji inizzjali tat-tagħlim. F’numru ta’ każi ta’ studenti vulnerabbli l-kuntatt dirett bejn l-għalliem u l-istudent hu l-unika mezz ta’ tagħlim effettiv. Dawn huma fost l-iktar li batew bl-għeluq komplet tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi. Il-ħsara li saritilhom mhux faċli li tkun rimedjata. Bħala riżultat tal-għeluq tal-iskejjel, effett dirett tal-Covid-19, hemm numru ta’ tfal li qegħdin fil-periklu li jintilfu għal kollox għas-sistema edukattiva!

L-iskejjel jeħtieġ li jiftħu ukoll għax il-genituri jeħtieġ li huma ukoll imorru għax-xogħol. L-għeluq tal-iskejjel qed iżżomm numru ta’ ġenituri milli jmorru lura għax-xogħol għax inkella ma jibqa’ ħadd biex jieħu ħsieb l-ulied. Niftakru li issa anke in-nanniet huma out of action għax huma fost il-vulnerabbli! Mhuwiex raġjonevoli li nistennew li f’dan il-mument kritiku jerfgħu l-piż in-nanniet, b’periklu għal saħħithom. Fost dawk li qalgħu daqqa kbira bl-egħluq tal-iskejjel hemm il-familji b’genitur wieħed: dawn qed jissograw l-impieg tagħhom ferm iktar minn ħaddieħor.

Mhux kull xogħol hu possibli li jsir bit-telework! Fejn hu possibli dan għandu jibqa’ jsir. Imma kif nafu ilkoll dan mhux possibli dejjem.

Fid-dawl tal-ispluzjoni ta’ każi tal-Covid-19 naħseb li minkejja l-ħtieġa li l-iskejjel jiftħu, m’huwiex prattiku li dawn jiftħu kompletament u dan biex jonqos ir-riskju tal-imxija tal-Covid-19. Huwa l-każ li nesploraw li minflok ma jiftħu kompletament l-iskejjel jiftħu bil-mod biex jerġgħu jibdew jistabilixxu kuntatt (anke jekk wieħed minimu) mal-istudenti u jkun possibli li tkun imħarsa is-saħħa ta’ kulħadd.

Is-soluzzjoni hi li nimxu b’mod gradwali, bil-mod, pass pass. L-istudenti vulnerabbli u dawk fl-etajiet li għandhom dipendenti mill-għalliema għandhom ikunu minn tal-ewwel li jerġgħu jibdew l-iskola għax huma l-iktar li għandhom bżonn!

Dan hu l-unika mod li bih nistgħu naslu. Aħjar pass żgħir il-quddiem, b’kuntatt minimu flok bil-bibien magħluqin.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 20 ta’ Settembru 2020

Covid detection and school opening

The conflicting messages in early summer issued by Maltese holders of political office that Covid-19 was under control are partly responsible for the current state of play. Specifically, the Prime Minister and the Minister for Tourism are on record as having publicly stated that matters were under control and that we could now “enjoy summer”.

It is this irresponsible attitude that led to the fast track relaxation of Covid-19 restrictions when a more common-sense approach would have indicated a much slower pace.

One does understand that the economic operators feeling the pinch were lobbying continuously the Tourism authorities. However, when government gave way, it sent the worst possible message: that the restrictions were not required. When the Prime Minister announced an amnesty relative to  fines imposed, he made matters worse.

This is the current state of play: at the end of summer the rate of Covid-19 infections is unfortunately the highest ever in the Maltese islands. The 106 cases identified on Wednesday is a red light warning us that controls in place are not adequate. They need to be tightened up and enforced.

As a result of the Covid-19 restrictions the economy has contracted. The government subsidies and handouts helped substantially to reduce the negative impacts.

The road back to “some version of normal” will be slow and painful. It will definitely take a considerable time, depending on the sector under consideration. It requires caution, patience and a sense of responsibility.

The current Covid-19 agenda is considering whether and when it will be possible to re-open our educational institutions.  This is primarily in the interests of our students as well as of parents whose painfully constructed work/life balance has been destabilised. It is also in the interest of protecting everyone’s health: that of students, teachers, as well as those responsible for the administration of the educational institutions.

There are a multitude of valid arguments as to why all educational institutions should re-open the soonest even though the state authorities were very late in issuing the behaviour protocols, further fuelling unnecessary uncertainty.

It is first and foremost in the interest of most students, young and old, that formal education gets going the soonest. Online learning, while being useful and having many merits, is no substitute for direct face to face contact between student and teacher, especially in the initial stages of education.

In the case of vulnerable students direct contact with the educator is essential. These are the Covid-19 education victims: their future, already in the fringes, has been severely damaged. There is a real risk of the system losing track of them completely thereby impairing severely their future.

Opening schools is also in the interest of working parents. Their active involvement at their place of work is being hampered as long as schools remain closed. Where can they leave their children? Grandparents are out of the question as they are vulnerable too!  Single parents are definitely worse off with closed schools as even their very livelihood is put into question. 

Telework is not necessarily always a solution, even though it is helpful.

The explosive increase in the number of detected Covid-19 cases during this week does not help matters. Coupled with the late availability of the school behavioural protocols this is creating considerable doubt in all stakeholders as to whether the authorities can handle the return back to school.

It may be reasonable to explore whether instead of an across the board return to school, a staggered approach can be implemented with the vulnerable and the dependent students being given priority. This could be the only realistic way forward.

published in The Malta Independent on Sunday : 20 September 2020