Snippets from AD’s electoral manifesto: (31) Marriage Annulment procedures and Church-State relations

divorce 1

 

The following extract is taken verbatim from Chapter 5 of AD’s Electoral Manifesto

The provisions of the Church State agreement relative to annulment proceedings before the Ecclesiastical Tribunals should be amended. This should be carried out in order that such proceedings do not take precedence over proceedings for annulment before the civil courts.

L-Estratt segwenti hu meħud kelma b’kelma mill-Kapitlu 5 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Il-provvedimenti fil-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat dwar il-proċeduri ta’ annullament taż-żwieġ quddiem it-Tribunali Ekkleżjastiċi għandhom ikunu emendati. Dan sabiex dawn il-proċeduri ma jiħdux preċedenza fuq proċeduri ta’ annullament quddiem il-Qrati Ċivili.

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (5)

 

Il-kobba tkompli titħabbel : l-effett fuq it-tfal.

Il-kobba kompliet titħabbel. Issa kulħadd qed taħarqu qalbu għat-tfal. Qed jgħidulna li l-iktar li ser ibagħtu huma t-tfal jekk ser jiġi introdott id-divorzju.

Ħa naraw ftit x’inhu propost.

Ir-referendum qed jipproponi li jkun introdott divorzju f’kaz ta’ koppji li jkunu ilhom separati ta’ l-inqas 4 snin u li dwarhom medjazzjoni ma tkunx tat riżultat posittiv.

Id-divorzju, kif propost, hu applikabbli biss jekk ikun hemm separazzjoni li tkun ilha 4 snin (ta’ l-inqas). It-tbatija tal-ulied fil-konfront ta’ nuqqas ta’ familja stabbli għaldaqstant m’hiex ser tibda bid-divorzju. Ser tkun ilha li bdiet.  U la l-medjazzjoni ma tkunx tat riżultat il-bieb għal rimedju għat-tbatija tal-uliedu u l-ġenituri ikun ilu magħluq żmien.  

Is-soluzzjonijiet possibli għal din it-tbatija huma diversi. Waħda mis-soluzzjonijiet hi d-divorzju għax tista’ twassal għall-ħolqien ta’ familja ġdida li tnaqqas din it-tbatija. Tista’ tnaqqasha ftit imma tista’ tnaqqasha ħafna ukoll. Jiddependi miċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, li kif nafu l-ebda wieħed m’hu bħall-ieħor.

Min ma jaqbilx mad-divorzju minħabba t-tbatija tat-tfal għandu jkun onest u jgħid li jekk każ jieqaf mas-separazzjoni (jiġifieri l-koppja tibqa’ separata) t-tbatija tat-tfal mhiex ser tkun inqas.

Jekk xi waħda mill-partjiet tikseb annullament jew tiddeċiedi li tikkoabita t-tbatija xorta tibqa’ hemm.

Mela ejja jkollna diskussjoni iktar onesta u ngħidu l-fatti kif inhuma. Li d-disintegrazzjoni ta’ familja ser iġġib it-tbatija fuq kull wieħed mill-membri tagħha. U m’hemmx differenza jekk din insejħulhiex separazzjoni, annullament, koabitazzjoni jew divorzju. M’humiex l-istess : imma l-effetti ta’ tbatija li joħolqu fuq il-membri tal-familja huma kważi xorta.

Fl-opinjoni tiegħi l-issue hi waħda: iż-żwieġ hu rabta għal dejjem, jew hemm xi ċirkustanzi li jippermettu li dan jinħall?

L-introduzzjoni ta’ liġi tad-divorzju f’Malta tippermetti lil kull wieħed u waħda minnha li jieħu d-deċizjoni tiegħu jew tagħha u dan minflok ma jkun meħtieġ li issiefer inkella tbaxxi rasek għad-deċiżjoni li jieħu għalik l-istat.

Għalhekk il-vot IVA. Biex kull wieħed u kull waħda minna niddeċiedu aħna u mhux jiddeċiedi għalina ħaddieħor.

ara ukoll fuq dan il-blog

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (1) : Il-mandat.

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (2) : Referendum; meta ?

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (3) : Bejn kalkoli u realta’

Id-Divorzju : ħawwadni forsi nifhem (4) : Il-Partit Progressiv fejn hu ?

Politika dwar id-divorzju tal-Partit Laburista Malti.

The politics of divorce