Edward Scicluna: bla boċċi

Ix-xhieda ta’ Edward Scicluna f’nofs il-ġimgħa fl-inkjesta dwar l-assassinazzjoni ta’  Daphne Caruana Galizia hi offensiva u triegħex. Mix-xhieda tiegħu stess Scicluna joħroġ bħala Ministru tal-Finanzi  bla sinsla, dgħajjef u beżżiegħ: inkapaċi li jkun deċiżiv fil-konfront tal-abbuż. B’riżultat ta’ dan  spiċċa jiċċertifika lilu nnifsu bħala  li mhux kapaċi jerfa’ fuq spallejh r-responsabbiltajiet ta’ Ministru.

F’dan kollu mexa fuq il-passi tal-kollega tiegħu il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo. Fl-istess inkjesta, Bartolo, xehed ix-xahar l-ieħor meta qal li kien jippreferi strateġija ta’ sopravivenza: li jsalva l-ħajja politika tiegħu biex ikun possibli li jkompli l-ġlieda politika “fil-futur”. Dan qalu meta kien rinfaċċat bin-nuqqas ta’ azzjoni konkreta min-naħa tal-Gvern (li minnu hu kien u għadu jifforma parti) fil-konfront tal-involviment tal-eks-Ministru Konrad Mizzi u l-eks-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Musca,t Keith Schembri, fl-iskandlu magħruf bħala Panama Papers.

Il-kaz ta’ Edward Scicluna mhux  wieħed iżolat. Il-qarrejja jiftakru s-seduta ta’ smigħ ta’  Leo Brincat fl-2016 fil-Parlament Ewropew meta ġie mgħarbul mill-Kumitat tal-Budget in vista tan-nominazzjoni tiegħu biex ikun jifforma parti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.  Meta, in vista tad-dikjarazzjonijiet tiegħu kien ippressat għal tweġiba mill-Membri tal-Parlament Ewropew dwar il-għala ma rreżenjax, Leo Brincat kien wieġeb li ma kellu l-ebda xewqa li jkun “eroj għal ġurnata biex imbagħad, wara jispiċċa f’baħħ politiku”.

Edward Scicluna quddiem l-inkjesta qal : “għalfejn għandi nirreżenja jien, meta hu ħaddieħor li għamel il-ħażin?” Żied jgħid li hu “daħal fil-politika biex jagħti servizz” u dan minkejja li kien komdu Brussel bħala Membru tal-Parlament Ewropew b’salarju ta’  €100,000.

Li jagħti l-pariri lil Joseph Muscat biex jiddistakka ruħu mill-impatti tal-iskandlu tal-Panama Papers mhux biżżejjed.  Edward Scicluna kien bla dubju jaf, anke kif jirriżulta mix-xhieda tiegħu, li dawk ta’ madwar Joseph Muscat kienu qed iduru mar-regoli biex jevitaw obbligi dwar trasparenza u kontabilità, u dan biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.  Bħala Ministru tal-Finanzi Scicluna seta’, kieku ried, jaħsad ras dan l-abbuż mill-ewwel, bla ma jħallieħ jikber. Iżda minflok ipprefera jitfa’ ir-responsabbiltà fuq ħaddieħor: ipprova  jiddistakka ruħu biex jevita l-inkwiet u jibqa’ komdu.

Ir-responsabbiltajiet ta’ Edward Scicluna bħala Ministru tal-Finanzi imorru lil hinn milli jħejji l-budget bi stimi ta’ dħul u infieq. Għandu ukoll l-obbligu li jassigura li l-infieq tal-Gvern ikun wieħed trasparenti b’kontabilità sħiħa, u dan irrispettivament minn liema awtorità, Ministeru jew ċrieki madwar il-Prim Ministru jkunu fdati minn xi proġett speċifiku.

Il-Prim Ministru għandu l-obbligu li jmexxi bl-eżempju: għandu jassigura ruħu li kemm il-Kabinett tiegħu kif ukoll dawk kollha madwaru jimxu bi trasparenza u kontabiltà sħiħa. Jekk jonqos  milli jagħmel dan hu obbligu tal-membri kollha tal-Kabinett li jew jisfurzawh jaġixxi sewwa inkella li jirriżenjaw mill-Kabinett u jkomplu l-kritika tagħhom minn barra. Kull membru tal-Kabinett li jonqos li jaġixxi b’dan il-mod ikun kompliċi u responsabbli flimkien ma dawk li jkunu qed jabbużaw.

Dawk madwar il-Prim Ministru m’għandhomx jitħallew imexxu b’mod li jevitaw li jagħtu kont ta’ għemilhom u b’hekk iġibu fix-xejn il-ħidma tal-Parlament li kontinwament isus fuq it-trasparenza u l-kontabilità bla eċċezzjoni.

Hu irresponsabbli li Edward Scicluna issa jipprova jiddistakka ruħu pubblikament minn Joseph Muscat u dawk ta’ madwaru. Issa li Muscat m’għadux Prim Ministru hu faċli li jagħmel dan! Messu kellu l-boċċi li jaġixxi immedjatament li nduna x’kien għaddej.

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 16 t’Awwissu 2020

Edward Scicluna has no balls

Edward Scicluna’s testimony, mid-week, during the inquiry into Daphne Caruana Galizia’s assassination is outrageous. Through his own testimony he depicts himself as a spineless Minister of Finance, weak, soft and cowardly, incapable of acting decisively in the face of abuse. As a result, he ends up certifying himself as not being capable to shoulder his responsibilities as a Minister.

In so doing he is following the lead of his colleague Foreign Minister Evarist Bartolo. Bartolo, testifying in the same inquiry last month stated that rather than resign he preferred to politically survive to be able to fight another day.  He stated this when faced by his Government’s lack of concrete action on the direct involvement of former Minister Konrad Mizzi and Joseph Muscat’s Chief of Staff Keith Schembri in the Panama Papers and other irregularities.

Scicluna’s is not an isolated case. Readers will remember Leo Brincat’s hearing at the European Parliament in 2016 when he was scrutinised by its Budget Committee in relation to his nomination to form part of the EU Court of Auditors. When, in view of his statements, he was pressed for an answer by MEPs as to why he did not resign he had replied that he had no desire to be a “hero for a day and end up in the (political) wilderness thereafter”.

Edward Scicluna told the inquiry: “why should I resign if someone else did wrong?” He added that to “enter local politics to perform a job” he had left his comfort zone and a €100,000 job in Brussels as an MEP.

Advising Joseph Muscat to distance himself from the Panama Papers fallout is certainly not enough. Scicluna was definitely aware, even as evidenced in his own testimony, that Joseph Muscat’s Kitchen Cabinet was bypassing the system and as a result was avoiding transparency and accountability rules to better achieve “their aims”. As Finance Minister Scicluna could have nipped abuse in the bud but he did not, as he preferred to compartmentalise responsibilities and stay safe in his new comfort zone.

Scicluna’s responsibilities as Finance Minister amount to much more than budgeting for the necessary expenditure. Ensuring that all Government expenditure is transparent and fully accountable is his ultimate responsibility too, irrespective of which quango, Ministry (or Kitchen Cabinet member) is in charge of any specific project.

The Prime Minister has the duty to lead by example: he should ensure transparency and accountability in the workings of all his Cabinet members, including those in his Kitchen Cabinet. Whenever he fails to do so it is a duty of Cabinet members themselves to bring him to order or else to resign from Cabinet and take up the case in public. Any Cabinet Minister who fails to so act is an accomplice and collectively responsible for the resulting abuse.

No Kitchen Cabinet or shadow government should be allowed to run the country, continuously avoiding the checks and balances which, responsible parliaments set up to ensure that the taxes we pay are well spent.

It is irresponsible for Edward Scicluna to denounce Joseph Muscat’s Kitchen Cabinet now that he is no more Prime Minister. He should have had the balls to act immediately that he was aware of Muscat’s Kitchen Cabinet manoeuvres. The fact that he remained in his comfort zone signifies that he is as morally bankrupt as his colleagues in the now defunct Kitchen Cabinet.

Birds of a feather flock together.  

Published in The Malta Independent on Sunday : 16 August 2020