Il-ħiliet ħodor li neħtieġu

Il-ħiliet il-ħodor ma jiġux waħedhom. Għandna ħtieġa kbira tagħhom biex insibu tarf tat-trasizzjoni ekoloġika. Jeħtieġilna li b’mod urġenti nirrisolvu l-kunflitt tal-bniedem man-natura. Neħtieġu li nibdew nirrimedjaw il-ħsara ambjentali akkumulata li l-bniedem ikkawża fuq id-dinja.

Biex nimxu f’din it-triq hemm ħtieġa ta’ bidliet sostanzjali fl-imġieba tagħna. Din mhiex għażla li nistgħu naqblu magħha inkella le. Hi ħtieġa li llum jew għada irridu niffaċċjaw.

L-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli, li preżentement hi soġġetta għal konsultazzjoni pubblika,  titkellem, fost oħrajn, dwar l-oġġettiv ta’ edukazzjoni ta’ kwalità li tkun kapaċi tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Dan tagħmlu hi u tiddiskuti l-oġġettiv strateġiku numru 4.  L-istrateġija tinfurmana li dawn il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol jinkludu l-ħiliet ħodor.

Ma għandi l-ebda diffikulta dwar oġġettiv bħal dan li jipprova joħloq kredenzjali ħodor għall-ekonomija. Imma, naħseb li jkun għaqli li flok nimmiraw ħafna il-fuq nidentifikaw mod prattiku kif nassiguraw li l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tikseb il-ħiliet bażiċi ħodor. Fl-aħħar minn l-aħħar l-iżvilupp sostenibbli mhux ser nilħquh mill-uffiċini, billi noħloqu pjani dettaljati minn wara l-iskrivanija. Nilħquh bl-imġieba tagħna, ġod-djar tagħna, fejn ngħixu l-ħajja normali tagħna. Din hi l-isfida tagħna. Hi sfida li tmur lil hinn mill-ekonomija.

L-għaqda ambjentali Nature Trust, flimkien ma numru ta’ skejjel, fuq dan qegħda fit-triq it-tajba, ferm qabel ma tfasslu strateġiji. Iċ-ċavetta qegħda fl-aċċess għall-imħuħ. Tul is-snin l-implimentazzjoni tal-proġett eko-skola min-Nature Trust wassal numru sostanzjali ta’ tfal u żgħażagħ f’kuntatt ma’ rejaltajiet ambjentali li niffaċċjaw ta’ kuljum.

Tul is-snin kelli diversi opportunitajiet fejn iltqajt ma’ parteċipanti fl-eko-skola kif ukoll mal-għalliema tagħhom. L-għarfien ambjentali li kisbu kien wieħed impressjonanti. Applikaw l-għarfien li kisbu għad-dinja ċkejkna tagħhom, l-iskola. Uħud minnhom irnexxielhom ukoll iwasslu dak li tgħallmu sad-dar u influwenzaw kemm lill-ħuthom kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex huma wkoll jaġixxu b’mod li ma jkunux ta’ ħsara ambjentali.

Dan hu pass kbir il-quddiem. Imma mhux biżżejjed.  

L-eko-skejjel jeħtieġ li jinfettaw lill-komunitajiet lokali tagħna biex huma ukoll jimxu fuq l-istess passi. Dan jista’ jwassal għat-tibdil meħtieġ fl-imġieba tagħna lkoll. Dan hu proċess twil. Bil-mod il-mod nistgħu nibnu komunitajiet sostenibbli. Dan nagħmluh billi nassiguraw ruħna li kull eko-skola tgħin lill-ġenerazzjonijiet differenti fil-komunitajiet lokali  tagħna biex huma jagħrfu u jakkwistaw il-ħiliet il-ħodor. Ħiliet li lkoll kemm aħna neħtieġu biex inkunu nistgħu ngħixu f’armonija  fl-ambjenti rispettivi tagħna. Ħilijiet li dawk li ġew qabilna kellhom, imma li tul is-snin intilfu minħabba dak li kultant jissejjaħ “progress” li biddel il-mod kif ngħixu!

Jeħtieġ li nqiesu l-kisba u l-għarfien ta’ ħiliet ħodor bħala ħiliet soċjali essenzjali. Dan ftit nagħtu kaz tiegħu minkejja l-biżibilju konsultazzjonijiet pubbliċi li jsiru mid-diversi awtoritajiet pubbliċi tul is-snin. Dan ifisser ukoll li flimkien mal-istrateġija “nazzjonali” dwar l-iżvilupp sostenibbli neħtieġu ukoll strateġija fuq livell lokali biex din tkun implimentata fl-għeruq tas-soċjetà, fil-komunitajiet lokali tagħna.

Tul is-snin sar ħafna xogħol, imma dan, ħafna drabi, sar bla koordinazzjoni ta’ xejn. Il-koordinazzjoni meħtieġa, meta issir sewwa, jirnexxielha tagħti riżultati tajbin billi tifrex il-ħiliet ħodor fil-komunitajiet lokali tagħna. Dan hu mod prattiku kif il-proċess ta’ twettieq tal-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli jitmexxa minn min hu effettwat mill-ħsara ambjentali akkumulata li irridu niffaċċjaw ta’ kuljum.

Huwa biss billi niddemokratizzaw il-bidla meħtieġa fl-imġieba fuq livell lokali li nistgħu nibdew il-mixja lejn żvilupp sostenibbli bis-serjetà. Il-Kunsilli Lokali, jekk iridu, għandhom rwol ċentrali f’dan kollu. Hi opportunità unika ta’ kif jistgħu jagħtu sura lill-ħajja ta’ madwarna.

ippubblikat fuq Illum: 1 ta’ Jannar 2023

The green skills which we require

Green skills do not grow on trees. Yet we need them in abundance in order to be able to navigate the ecological transition. We need to urgently come to terms with nature. It is required that we start the healing process, slowly repairing the accumulated environmental damage which humankind has to date inflicted on Mother Earth.

In order to walk along this path substantial behavioural change is essential. This is not an option. It is a basic requirement which all of us must address, sooner rather than later.

The Sustainable Development Strategy, currently subject to public consultation, advocates the achievement of high-quality education responsive to labour market needs when discussing its strategic objective number 4. These labour market needs, we are informed, include green skills.

I have no issue with such an objective which seeks to align the markets to green pathways. I would however point out that before aiming for the stars it would be appropriate if we seek practical ways of ensuring that basic green skills are acquired by as large a section of the population as possible. At the end of the day sustainable development will not be achieved if adequately planned in our offices: it requires proper implementation in our homes, in our routine behaviour. This is our challenge. A challenge which goes far beyond the economy.

The environmental NGO Nature Trust in conjunction with a number of schools, is, in this respect, on the right track, before the drafting of written strategies. Access to our thinking faculties is fundamental. Over the years the implementation by Nature Trust of the eco-school project has brought a substantial number of children and youngsters in touch with the eco-realities which we have to face day-in day-out.

Over the years I have had various opportunities of meeting with eco-school participants together with their teachers. The eco-knowledge which they have acquired is impressive. They have applied this knowledge in their micro-world, their school. Some of the eco-school participants have also exported this knowledge to their homes nudging their siblings and their parents into acting in an eco-friendly manner.

This is a gigantic step forward. It is however not enough.

Our eco-schools need to infect our local communities into following similar paths, consequently leading to the required behavioural change. This is a slow and laborious process. Slowly we can build sustainable communities by ensuring that our eco-schools serve as catalysts, mentoring the different generations in our localities into acquiring the green skills which we all require in order to be able to live in harmony with our surroundings. Skills similar to those which our forefathers had, but which have been discarded as a result of the so-called progress which we have been subject to throughout the years!

We need to consider the development of green skills as essential social skills, a matter which is not considered in any depth by the multitude of public consultations carried out over the years by the different authorities. This signifies that in parallel to the “national” sustainable development strategy we urgently require a local strategy for sustainable development to be implemented at the roots of our society, in our local communities.

A lot of uncoordinated efforts have been taken in hand over the years. Coordinating the work done as well as that currently in hand could, if done properly yield significant results in disseminating green skills amongst our local communities. This is the practical manner in which the sustainable development strategy process can be owned by those impacted by the accumulated environmental damage which we have to face day-in day-out.

Only by democratising the behavioural change required at a local level can we start moving along the path of sustainable development. Local Councils have a pivotal role in this whole process. It is their’ s for the taking. It is a unique opportunity through which they can realistically shape their surroundings.

published in The Malta Independent on Sunday: 1 January 2023