Impiegi ġenerati mill-ambjent

Dal-għodu ħadt sehem f’seminar organizzat mill-ETC dwar l-impiegi ġenerati mill-ambjent.

Dan is-seminar huwa parti minn proġett ta’ studju ffinanzjat primarjament mill-Unjoni Ewropeja permezz tal-fondi strutturali. Intitolat Green Jobs : what prospects ?  is-seminar kien jifforma partu minn studju intitolat Study on Job Creation and Job Training in the Environment Sector.

Fis-seminar ħareġ ċar kemm għadna lura minkejja d-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru. Ħareġ ċar l-interess tal-Universita ta’ Malta – li ma kienitx prezenti. Ħarġet ċara l-frustrazzjoni tal-industrija u l-intrapriża private iffaċċjata b’regolamentazzjoni mingħajr ma jsibu in-nies imħarrġa biex din ir-regolamentazzjoni tkun tista’ tkun osservata u implimentata.

Għad baqa’ ftit biex noħroġu minn din il-mentalita ta’ dilettanti : fejn kollox (jew kważi) jsir fl-aħħar minuta minhabba t-tama li jekk inhu possibli ma jinbidel xejn.

Seminar bħal dan huwa dejjem utli għax jiftaħ għajnejn dawk il-ftit li huma konxji li hemm ftit oħra li jaħsbuha bħalhom.