Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (3) It-Trasport

logo2008_web3.jpg

Illum ser nifoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar it-Trasport.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku, b’mod li jsir efficjenti u accessibli ghall-but ta’ kulhadd.

2. Min icedi l-licenzja tas-sewqan ikun intitolat ghal servizz ta’ trasport pubbliku bla hlas kif ukoll id-dritt li jixtri mutur ta’ qawwa zghira minghajr taxxi ta’ registrazzjoni jew tat-triq. Il-buslanes ghandhom jizdiedu u jkunu accessibli ghal dawn il-muturi kif ukoll ghall-vetturi li ma jniggsux.

3. Jigu introdotti skemi ta’ parkegg ghar-residenti fil-lokalitajiet kollha.

4. Tigi identifikata l-ahjar sistema ta’ trasport tal- massa biex tlahhaq mal-isfidi tas-seklu 21. Sa tmiem il-legislatura s-sehem tal-AD fi Gvern ta’ Koalizzjoni twassal ghal decizjoni fuq l-ahjar sistema u l-bidu tal-implimentazzjoni taghha.

Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (2) Politika dwar id-Djar

logo2008_web2.jpg

Illum ser niffoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar il-politika tal-AD fuq id-djar.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Ir-riforma tal-Ligi tal-Kera tkun fuq nett fuq l-agenda tal-Gvern ta’ Koalizzjoni li jmiss. Hi riforma li trid issir b’mod gradwali li tirrispetta kemm lill-inkwilini kif ukoll lis-sidien u tkun gusta maghhom it-tnejn.  

2. L-AD fil-Gvern theggeg il-holqien tas-suq tal-kera. Bil-potenzjal ta’ mill-anqas 53,000 propjeta’ fuq is-suq tal-kera, il-kirjiet ikunu tali li jifilhu jhallsuhom il-Maltin, li issa jkollhom ghazla flok jissallbu b’self mill-bank ghal-40 sena.

3. Id-dhul mill-kera jkun soggett ghal rata ta’ taxxa tad-dhul imnaqqsa, 15%.

4. Jigu stabiliti standards minimi ta’ manutenzjoni tar-residenzi. 

5. Min minhabba l-mezzi tieghu ma jkunx jiflah ihallas il-kera jkun imwiezen mill-istat b’sussidji. Din l-ispiza tingabar bhala kontribuzzjoni minn fuq propjetajiet li m’humiex residenzi primarji jew sekondarji (villeggatura). Din il-kontribuzzjoni tkun ta’ 0.5% tal-valur tal-propjeta.

Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (1) L-Ambjent

logo2008_web1.jpg

Illum ser niffoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar l-ambjent.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Riforma tal-MEPA billi d-Direttorat ghall-Harsien tal-Ambjent jinfired mid-Direttorat tal-Ippjanar.

2. Id-decizjoni finali dwar il-hatra tal-membri tal-Bordijiet li jmexxu lill-MEPA u eventwalment lis-successuri taghha ma tkunx tal-Ministru izda ta’ Kumitat Parlamentari u dan wara smiegh pubblika. B’hekk tonqos il-possibilita li jinhatru persuni inkompetenti jew inkella persuni li l-unika kwalifika taghhom tkun it-tessera tal-Partit. Il-lealta tal-persuni mahtura tkun lejn il-Parlament u mhux lejn il-Ministru.

3. Jigi demokratizzat il-process tal-Ippjanar tal-Uzu tal-Art. Dan billi fost ohrajn progetti soggetti ghal EIA (studju dwar l-impatt ambjentali) ikun jista’ jsir referendum lokali dwarhom. Dwar dan ir-referendum ikunu jistghu jiehdu l-inizzjattiva 10% tar-residenti jew inkella l-Kunsill Lokali. Id-decizjoni tar-referendum lokali tkun torbot!  Il-process tad-demokratizzazzjoni jehtieg ukoll access  shih u komplet ghall-informazzjoni.

4. L-AD tassigura li jitharsu d-direttivi u r-regolamenti ambjentali kollha tal-EU. Dan jinkludi l-abolizzjoni darba ghall-dejjem tal-kacca w l-insib fir-rebbiegha.

5. Malta, bl-AD fil-Parlament, ma tibqax tinblokka kull proposta ghal titjib ambjentali fl-EU u tibda tiehu rwol proattiv dwar dan.

6. L-AD tiehu l-inizzjattiva biex il-Parlament ihassar ir-rizoluzzjoni li estendiet iz-zoni tal-izvilupp bla htiega u minghajr konsultzzjoni xierqa.

7. Jigi assigurat access hieles ghal art pubblika fil-kampanja kif ukoll ghax-xtut. Jigi assigurat li hadd ma jokkupa art pubblika illegalment.

8. Titfassal u wara li tkun approvata tigi implimentata ligi iktar wiesa’ dwar id-drittijiet tal-annimali.

Nahdmu Flimkien F’Koalizzjoni

logo2008_web.jpg

Dalghodu f’konferenza tal-ahbarijiet l-Alternattiva Demokratika ipprezentat lill-istampa manifest ghall-koalizzjoni. Jikkonsisti fl-izjed punti importanti li l-AD ser tinsisti dwarhom biex ikunu jiffurmaw parti mill-programm tal-Gvern ta’ Koalizzjoni li ser jigi elett fi ftit gimghat ohra.

L-Alternattiva Demokratika hi l-alternattiva ghal Gvern ta’ Partit wiehed. Hi l-ghodda li biha wara l-elezzjoni li gejja l-pajjiz ikollu gvern li jisimghu bis-serjeta matul il-hames snin kollha u mhux lejliet l-elezzjoni biss. Ghax il-lehen tieghek jinstema’ .

Il-manifest ghall-koalizzjoni jigbor fih proposti maqsuma f’sitt sezzjonijiet : ambjent, djarna, it-trasport taghna, il-familji taghna, l-ekonomija taghna, id-demokrazija u d-drittijiet taghna.

Huwa biss bl-Alternattiva fil-Parlament li jista’ jkollok garanzija li xejn ma jinheba taht it-tapit, u li l-ewwel Ministru li jabbuza ihallas ta’ ghemilu minnufih. Ghax bl-Alternattiva fil-Parlament l-ebda Prim Ministru m’hu ser ikollu c-cans joqghod jilaghab bil-kliem .

Bil-vot tieghek tista’ ssehh din il-bidla. Ghax kif jghid, iva flimkien kollox possibli !

(biex tara l-Manifest ghall-Koalizzjoni: Manifest – Bil-vot tieghek il-bidla)