Fl-elezzjoni ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2008, fuq il-XI-il Distrett Elettorali, fl-ewwel għadd kelli 315 vot li sal-għadd numru 10 (meta ġejt eliminat) kienu żdiedu għal 493 vot.
Dawn il-178 vot miżjuda ġew għandi kif ġej :
+ għaxar voti meta ġew eliminati l-kandidati Anthony Bartolo tal-Alleanza Nazzjonali u Norman Lowell ta’ Imperium Europa,
+ vot wieħed meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Michael Asciak,
+ erba’ voti meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ian Castaldi Paris,
+ erbgha u għoxrin vot meta ġie eliminat il-kandidat tal-Alleanza Nazzjonali Anġlu Xuereb,
+ mija u dsatax-il vot meta ġie eliminat il-kollega tiegħi Ralph Cassar kandidat tal-Alternattiva Demokratika,
+ vot wieħed meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ċensu Galea,
+ ħdax-il vot meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Zammit Montebello,
+ tmien voti meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Victor Scerri.
Meta ġejt eliminat jiena fl-għadd numru 10 dawn il-voti spiċċaw kif ġej :
+ 124 marru għand kandidati tal-Partit Laburista ( Anthony Agius Decelis : 50, Charles Buhagiar : 31, Anġlu Farrugia : 28, Michael Farrugia : 11, Joe Sammut : 4)
+ 173 marru għand kandidati tal-Partit Nazzjonalista (David Agius : 34, Charlo Bonnici : 14, Tonio Borg : 24, Joe Cassar : 25, Louis Deguara : 7, Shirley Farrugia : 27, Michael Gonzi : 11, Jeffrey Pullicino Orlando : 16, Edwin Vassallo : 15)
+ 196 intilfu, ma marru għand ħadd.
Hekk iddeċidew il-votanti, u hekk sar. Il-voti għand l-AD ġew mingħand kulħadd u marru lura għand kulħadd.