Fl-elezzjoni ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2008, fuq it-III Distrett Elettorali, fl-ewwel għadd kelli 242 vot li sal-għadd numru 7 (meta ġejt eliminat) kienu żdiedu għal 282 vot.
Dawn l-40 vot miżjuda ġew għandi kif ġej :
+ żewġ voti meta ġew eliminati l-kandidati tal-Alleanza Nazzjonali Pierre Cutajar u Kenneth Zammit,
+ żewġ voti meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Franco Debono,
+ tlieta u tletin vot meta ġie eliminat il-kandidat tal-Alleanza Nazzjonali Josie Muscat,
+ tlett voti meta ġie eliminat il-kandidat tal-Partit Laburista Joseph Abela.
Meta ġejt eliminat jiena fl-għadd numru 7 dawn il-voti spiċċaw kif ġej :
+ 101 marru għand kandidati tal-Partit Laburista ( Carmelo Abela : 37, Christopher Agius : 1, Owen Bonnici : 20, Stefan Buontempo : 4, Helena Dalli : 11, Etienne Grech : 8, Rita Law : 7, Darren Marmara : 6, Joe Mizzi : 7)
+ 80 marru għand kandidati tal-Partit Nazzjonalista (Frans Agius : 18, John Bonello : 9, Janice Chetcuti : 15, Mario Galea : 14, Carm Mifsud Bonnici : 24)
+ 101 intilfu, ma marru għand ħadd.
Hekk iddeċidew il-votanti, u hekk sar. Il-voti għand l-AD ġew mingħand kulħadd u marru lura għand kulħadd.