Kultura ta’ dipendenza

Il-baġit għall-2023 li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ippreżenta lill-Parlament nhar it-Tnejn għandu jkun deskritt bħala wieħed li jsaħħaħ kultura ta’ dipendenza.  Il-Gvern jagħmel użu mit-tqassim taċ-ċekkijiet biex jilħaq dan l-iskop! Id-dipendenza fuq il-Gvern, taħt il-Labour hi oġġettiv  inkoraġġit. Is-sitwazzjoni minn baġit għall-ieħor tmur mill-ħażin għall-agħar.

Dan hu forsi l-iktar ċar mill-mod kif il-Gvern imexxi l-quddiem il-politika tiegħu dwar il-pagi. Żviluppat differenza kbira bejn id-daqs tal-paga minima u kemm verament teħtieġ biex tgħix. Il-Gvern qed jipprova jindirizza din id-differenza billi jqassam iċ-ċekkijiet. Issa ħoloq COLA ġdida biex jgħin lill-vulnerabbli u dan flimkien ma numru ta’ sussidji li uħud minnhom mhux neċessarji inkella huma ta’ ħsara.

 Il-ħolqien ta’ dan il-benefiċċju ġdid għall-persuni vulnerabbli (80,000 skond il-Ministru) li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja, hu pass pożittiv. Il-vulnerabbli jeħtieġu l-għajnuna, imma jeħtieġu ferm iktar minn ċekk ta’ madwar €300 li ser jitqassam fi żmien il-Milied. Kien ikun ferm iktar għaqli kieku l-Gvern iffoka fuq il-problema reali u indirizza din il-probema bis-serjetà. Issa ilu żmien ikaxkar saqajh.

Il-problema reali hi li l-paga minima hi baxxa ħafna: hi ferm il-bogħod minn paga li tista’ tgħix biha. Gvern wara l-ieħor għamel ħiltu biex din il-problema jevitha. Tajjeb li niftakru li l-benefiċċji soċjali, fil-parti l-kbira tagħhom, huma marbuta mal-paga minima u huma rifless tagħha. Paga minima diċenti awtomatikament teffettwa l-benefiċċji soċjali li riżultat ta’ hekk jitjiebu sostanzjalment, bi dritt.

Tul dawn l-aħħar għaxar snin tlett rapporti tal-Caritas analizzaw din il-materja fil-fond. L-aħħar rapport, li nħareġ fl-2021, kien ikkonkluda li hemm diskrepanza ta’ 40 fil-mija bejn il-paga minima u dak meħtieġ biex wieħed jgħix b’mod diċenti. Dan jammonta għal diskrepanza ta’ madwar €4,000 fis-sena. Din hi l-problema rejali!

Sakemm nibqgħu bil-paga minima baxxa daqshekk, it-tqassim fuq stil tar-rigali tal-Milied (Father Christmas) ser jibqgħu jsiru biex jitnaqqas il-piz minn fuq spallejn il-vulnerabbli. Xi drabi ir-rigali ta’ Father Christmas ma jkunux limitati għall-vulnerabbli imma qed jinfirxu ma kulħadd. Hekk ġara biċ-ċekkijiet ta’ qabel l-elezzjoni, u l-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa!

Flok din id-dipendenza fuq dan it-tqassim, ikun iktar xieraq li l-paga minima tiżdied u issir paga li tista’ tgħix biha.  Dan jista’ jsir billi l-baskett ta’ oġġetti u servizzi li fuqu tkun ikkalkulata l-paga minima jkun aġġornat regolarment. Dan jelimina l-ħtieġa tat-tqassim ta’ cekkijiet ta’ kull xorta fil-parti l-kbira tal-każi għax il-paga raġjonevoli tkun ir-regola: ma jkunx hemm ħtieġa tal-benvolenza politika tal-Gvern, la fi żmien il-baġit u l-anqas, fi żmien ta’ elezzjoni ġenerali kif, b’mod abbużiv diġa sar.

B’żieda ma’ dan it-tqassim taċ-ċekkijiet bi pjaċir, flok pagi ġusti bi dritt, tajbin biex wieħed jgħix bihom, il-Gvern qiegħed ukoll japplika numru ta’ sussidji li huma mfasslin b’mod żbaljat.

Is-sussidji tal-petrol u d-dijżil huma żejda. Iż-żieda internazzjonali fil-prezz tal-petrol u d-dijżil, li huma madwar id-doppju ta’ dak li qed inħallsu Malta, hi opportunità unika li f’idejn kapaċi tista’ tikkoreġi l-iżbalji li għamel il-Gvern fil-konfront tal-problema tagħna tad-dipendenza fuq il-karozza privata.

Flok is-sussidji fuq il-prezz tal-petrol u d-dijżil ikun aħjar kieku ninvestu fl-effiċjenza u l-puntwalità tat-trasport pubbliku. Din hi opportunità unika li, f’idejn min jifhem tista’, fit-tul, twassal għal tibdil fl-imġieba tan-nies favur użu iktar tat-trasport pubbliku u użu inqas tal-karozzi privati.  L-introduzzjoni ta’ transport pubbliku b’xejn għal kulħadd mill-bidu ta’ dan ix-xahar kien pass primatur: l-effiċjenza u l-puntwalità tat-trasport pubbliku kellu jkun indirizzat ferm qabel ma ttieħed dan il-pass importanti.

Li tkun indirizzat id-dipendenza fuq il-karozzi privati hu oġġettiv politiku li l-Gvern stess ippropona fil-Pjan Nazzjonali dwar it-Trasport. Il-Gvern qiegħed jinjora l-pjan tiegħu stess.

Min-naħa l-oħra hu xieraq li l-konsum bażiku tal-ilma u l-elettriku fir-residenzi tagħna jibqa’ jkun issussidjat. Imma hu żball li is-sussidju japplika ukoll għall-konsum kollu ta’ kulħadd. Ikun ferm aħjar jekk setturi differenti tal-ekonomija jkollhom aċċess għal għajnuna mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom sakemm iddum il-kriżi kurrenti.   Dan jista’ jagħti protezzjoni ferm ikbar kemm lill-impiegi kif ukoll lill-ekonomija. Fuq kollox b’dan il-mod jista’ jkun evitat li jkun issussidjat il-ħela u l-abbuż fl-użu tal-ilma u l-elettriku.

Ma hemmx ħtieġa li nsaħħu kultura ta’ dipendenza fil-forma ta’ tqassim ta’ ċekkijiet inkella b’sussidji mhux meħtieġa.  Huwa tajjeb li l-vulnerabbli jkunu mgħejjuna. Imma li tinbena u tissaħħaħ kultura ta’ dependenza bħala riżultat ta’ politika skaduta dwar il-pagi hi xi ħaġa ferm differenti. Dan jagħmel ħsara lit-tessut soċjali tal-pajjiż u għandu jinġieb fit-tmiem l-iktar kmieni possibli.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 30 t’Ottubru 2022

A Culture of Dependency

The budget for 2023 presented to Parliament by Finance Minister Clyde Caruana last Monday may be described as one which reinforces a culture of dependency. Government handouts are used, left, right and centre to achieve this objective. Under Labour the culture of dependency is actively encouraged: it gets worse with every budget.

This is most clear in the manner in which government deals with incomes policy. A chasm has developed between the actual minimum wage and what is required as a living wage. Government tries to bridge this through various handouts including the newly created special COLA for the vulnerable as well as through subsidies, some of which are unnecessary or damaging.

The creation of a new ad hoc benefit payable to vulnerable persons (estimated by the Minister at 80,000 persons) who cannot cope with the current rate of inflation is a positive step. They definitely need help, but they need much more than an approximately €300 handout at Christmas time.  It would have been much better if government focused on the real problem and addressed it head-on. It has been procrastinating for ages.

The real problem is that the minimum wage is ridiculously low: it is far from being a living wage. Governments have repeated sought to avoid addressing this issue. It is pertinent to point out that social benefits are mostly pegged to the minimum wage. A minimum wage at a reasonable level would automatically adjust all social benefits to an equally reasonable level too.

Three Caritas reports have analysed the issue in depth in the last ten years. The last report issued in 2021 had found a 40 per cent discrepancy between the minimum wage and what is required as a living wage. This translates into approximately a €4,000 shortfall per annum. This is the real problem!

For so long as the minimum wage remains at such a low level, government handouts in Father Christmas style will remain the norm in order to reduce the burdens on the vulnerable. At times, this Father Christmas benevolence is not limited to the vulnerable but spread to the benefit of one and all. The pre-electoral handouts and the so-called tax refunds are just two examples.

Instead of being dependent on handouts, it would be appropriate if the minimum wage is a living wage. This can only be achieved through a regular updating of the basket of goods and services on the basis of which the quantum of the minimum wage is determined. This would eliminate the need for most handouts at any time of the year as all would get their dues as of right, on a regular basis, and not be dependent on the political benevolence of government, be it at budget time or else, abusively, on the eve of general elections as has already happened.

In addition to a policy of preferring handouts to a clear statutory determination of a fair living wage Government has also embarked on a policy of increased subsidies, designed in an ill-advised manner.

The subsidies applied to petrol and diesel are uncalled for. The current international spike in fuel prices – approximately double what we pay locally– is a unique opportunity which, if properly managed could make up for government’s lack of action to address the car dependency problem on the Maltese islands.

Instead of subsidising the price of petrol and diesel it would be much better to invest in the efficiency and reliability of public transport. This is a unique opportunity which if properly managed could be the beginning of a long-term behavioural change: away from the private car and towards public transport. Having free public transport for all as of this month was a pre-mature step: the efficiency and reliability of public transport should have been adequately addressed before embarking on such an important step.

Addressing car dependency head-on is a policy objective proposed by government’s own National Transport Master Plan but repeatedly ignored by government itself.

On the other hand, it is appropriate to subsidise basic water and electricity domestic consumption. One should however think beyond an across-the-board subsidy.  Having focused assistance to different sectors of the economy tailor-made to their specific needs for the duration of the current crises would yield far better results in protecting employment and the economy in the long-term. It would definitely avoid subsidisation of waste and misuse of water and electricity.  

We do not need to create or reinforce a culture of dependency in the form of handouts and unnecessary subsidies. Helping the vulnerable is laudable. Reinforcing a culture of dependency as a result of an outdated incomes policy is something quite different: it damages the social fabric and should be reversed the soonest!

published on The Malta Independent on Sunday: 30 October 2022

Neħtieġu paga minima suriet in-nies

Hemm min iqis li huwa tajjeb li nħoloq mod ġdid ta’ għajnuna lill-vulnerabbli fil-konfront tal-piz fuqhom tal-inflazzjoni. Imma jkun ferm aħjar kieku nindirizzaw il-problema vera bis-serjetà. Il-Gvernijiet wieħed wara l-ieħor ilhom jonqsu milli jagħmlu dan.

Il-paga minima hi baxxa. Mhiex tajba biex tgħix biha. Teħtieġ li tgħola b’madwar €4,000 fis-sena kif ġie muri repetutament fir-rapporti tal-Caritas, sena wara l-oħra.

Sakemm il-pagi jibqgħu daqshekk baxxi jibqa’ l-ħtieġa tal-għotjiet mill-Gvern ta’ kull sena lil dak u lill-ieħor. Ir-ras iebsa tal-Gvern li ma jirrevedix il-baskett li fuqu hija ikkalkulata il-paga minima hija politika skaduta li qed iżżomm dipendenza tal-pajjiz fuq pagi baxxi u handouts.

Hu dritt li l-pagi jkunu ta’ livell diċenti. Dritt li hu mkasbar mill-Gvernijiet, wieħed wara l-ieħor. Pagi diċenti jnaqqsu l-ħtieġa ta’ politika ta’ Father Christmas. Ma nibqgħux nistennewh jiġi jqassam ir-rigali fil-budget!

Il-Gvern jista’ jagħmel użu aħjar tar-riżorsi tal-pajjiż. Is-sussidji kif qed japplikom il-Gvern jistgħu jkunu ferm aħjar.

Is-sussidji tal-fuel lill-kulħadd hu ħela ta’ riżorsi. Nistgħu ngħaddu mingħajr sussidji tal-petrol u tad-dijżil. Dan is-sussidju jista’ faċilment jitnaqqas u dan iwassal għal benefiċċju kbir: inqas karozzi fit-toroq u użu ikbar tat-trasport pubbliku! Li t-trasport pubbliku issa hu b’xejn mhux biżżejjed. Jeħtieg ukoll li jkun effiċjenti, li mhux.

Bla dubju, l-konsum bażiku tal-elettriku għad-djar, għandu jibqa’ jkun issussidjat imma l-bqija tas-sussidji għall-elettriku u l-fuels għandhom ikunu studjati aħjar.  Hemm modi aħjar kif il-Gvern jista’ jnaqqas il-piż minn fuq spallejn in-nies. U fl-aħħar ikollu iktar riżorsi għall-ħtiġijiet tal-pajjiz.