L-istil ġdid ta’ Simon

simon11

 

Id-diskors ta’ Simon Busuttil il-bieraħ inissel reazzjonijiet differenti. Jingħoġob minn uħud u dejjaq lil oħrajn. Joseph Muscat jgħid li kien diskors negattiv. L-Illum online tgħid li dan l-istil użat minn Simon Busuttil hu wieħed ċiniku, jiġifieri li ma jara xejn tajjeb imkien.  Ma naħsibx li hu korrett li jingħad la li kien diskors negattiv u l-anqas li kien wieħed ċiniku

Hu ċar li l-istil li uża l-bieraħ Simon Busuttil mhux l-istil normali tiegħu. Probabbilment hu dak li qed jirriżulta mit-taħriġ li qed jingħata dwar kif għandu jwassal il-messaġġ tiegħu għand dawk li qed jistennewh.

L-istil ta’ konfront li l-Kap tal-Opposizzjoni għażel il-bieraħ  hu it-trademark inevitabbli tal-politika ta’ żewġ partiti. L-istil ta’ “aħna” u “huma”.  L-istil ta’ żewġ tribu li jipprietkaw lil xulxin x’għandu jsir imma qatt ma jgħidu li meta kellhom l-opportunita, dak li jipprietkaw mhux dejjem ipprattikawh.

Dan huwa stil li bih il-kritika għall-ħidma tal-Gvern issir bl-użu ta’ aġġettivi kultant iebsa ħafna. Ovvjament qed iwieġeb b’lingwaġġ kważi identiku għal dak li juża Joseph Muscat f’okkazjonijiet oħra.

Dan il-linġwaġġ fil-fehma tiegħi l-anqas għall-każini politiċi m’hu addattat, imma sfortunatmaent huwa l-uniku linġwaġġ li jinftiehem mill-parti l-kbira tal-partitarji tal-PN u l-PL. Għax hekk draw.

Advertisements

The politics of e-waste

WEEE Electrical and Electronic Waste

 

Last Monday’s budget has placed waste on the national agenda once more.  This time the focus is on waste generated by electric and electronic equipment. Put simply the issue is that there exists conflicting legislation on the Maltese statute book. On the one hand it is the applicability of the Eco-Contribution Act. On the other hand its the WEEE Directive of the EU which has been transposed into Maltese legislation as of 2007 (Legal Notice 63 of 2007 since replaced by Legal Notice 204 of 2014). WEEE meaning Waste from Electric and Electronic Equipment.

The Eco-Contribution Act of 2004 established the quantum of an eco-contribution to be paid on electric and electronic equipment. This eco-tax was added on to the price of the various electric and electronic equipment sold in local shops: fridges, ovens, telephones, computers, electronic games, calculators, vending machines ………………….  The  amount of tax payable ranging from 25 euro cents to €69.88.

Eco-contribution collected peaked in 2008 at slightly over €15.6 million. It is estimated that around €7.8 million will be collected in 2014 and another €6 million in 2015.

As of 2007 producers (and their representatives), in addition to being responsible for the payment of the eco-contribution, have also been responsible for implementing the WEEE Directive in Malta. This Directive forms part of a number of a set of EU Directives which address different waste streams with the objective of ensuring that waste is considered as a precious resource. Hence the need to recover this resource in order to reintegrate it into the economy.  This means the transformation of all waste into useable resources.

The Directive applied the principle of extended producer responsibility throughout the life of the equipment.  This signifies that producers of electric and electronic equipment, directly as well as through their representatives (the importers) and those dealing with such equipment at points of sale retain responsibility throughout the life cycle of the products. This life cycle thinking has its first impact on the drawing board as producers seek to minimise the use of resources not only cost-wise but also due to the fact that if they do so they will have less to recover. This encourages eco-design. Thereby designing and subsequently producing products whilst keeping in mind their impact throughout their life. It is much more that a cradle to grave view. In fact it is considered as a cradle to cradle approach as at the end of its useful life a product will through recovery of the materials of which it is made up give rise to new products.

What does it signify for us?

Producers and their representatives have the direct responsibility of recovering  electric and electronic waste. In terms of the Directive they will either recondition the equipment or else strip it into its component parts and recycle the resulting materials. This will be done at a cost.  Depending on the efficiency of the process the producers and their representatives will recover a proportion of their costs when they sell the recovered resources.  The unrecovered costs may, in terms of the Directive, be added on to the price of the products. Producers’ representatives in Malta maintain that it is possible for the quantum of the unrecovered costs to be much lower than  what is currently being paid as an eco-contribution. Hence the net impact could be not only environmentally beneficial but also of direct benefit to the consumer.

The budget has announced a transition period lasting up to the end of August 2015 when it is planned that the eco-contribution on electric and electronic equipment is removed and producers (through their local representatives) assume their full extended responsibilities.

Electric and Electronic waste is currently collected by local councils through their bulky refuse service. It is also collected at bring-in sites operated by Wasteserve.  Producers will seek to coordinate these existing collection services with their already operational recovery schemes.

Alternattiva Demokratika-The Green Party as well as GRTU and other producers representatives have been insisting for ages that this is the way forward. In order to achieve results everyone must however play his part.

The net result will be beneficial for both the environment as well as the economy.

 

published in The Independent on Sunday – 23 November 2014

Joseph iħobb jiċċajta ………… ħafna

Joseph Muscat ihobb jiccajta

Iktar milli jiċċajta, forsi nkun iktar korrett jekk ngħid li jħobb jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien.

F’waħda mill-okkazjonijiet li fihom indirizza lill-istampa riċentement qal li l-budget għall-2015 hu wieħed li jħares l-ambjent!

Ħadd ma jistax jiċħad li l-budget fih numru ta’ miżuri ambjentali. Imma b’daqshekk ma jfissirx li dan hu budget ambjentali. Kulma jagħmel il-budget hu li jiġbor flimkien id-diversi miżuri li qed jippjana li  jieħu l-Gvern matul is-sena 2015. Jonqsu viżjoni koerenti ambjentali li la għandu u l-anqas jidher li jista’ jkollu fil-futur immedjat.

Il-ħarsien tal-ambjent m’huwiex biss dwar il-kostruzzjoni, imma ukoll dwar il-bijodiversita, is-sostenibilita’, l-kwalita tal-arja, il-politika dwar ir-riżorsi, il-viżjoni marittima, l-ilma, il-politika dwar il-klima, l-enerġija alternattiva, t-trasport, l-ekonomija l-ħadra, l-ekonomija l-blu, l-ekonomija ċirkulari, it-tassazzjoni ambjentali u tant affarijiet oħra.

Diskors tal-budget li ħa kważi 4 siegħat biex inqara ma sabx imqar ftit sekondi biex jispjegalna kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat ser jimplimenta politika ta’ żvilupp sostenibbli. Mhux biss. Imma fl-estimi għall-Ministeru bl-isem twil u bombastiku okkupat minn Leo Brincat (Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima) kullma hemm ivvutat għall-politika tal-iżvilupp sostenibbli hu għaxart elef ewro. Dikjarazzjoni onesta li tfisser biss li matul l-2015 il-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għandu l-ħsieb li jagħmel xejn f’dan il-qasam. It-terminu Żvilupp Sostenibbli fid-diskors tal-budget jissemma darbtejn. Jissemma biss fiż-żewġ tabelli fejn hemm imniżżel l-isem tal-Ministeru ta’ Leo Brincat.

Il-politika tal-Gvern ta’ Joseph Muscat dwar l-Iżvilupp sostenibbli (jekk  teżisti) tqieset mill-Ministru Edward Scicluna bħala li m’għandiex relevanza għall-budget tal-2015

Il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tinseġ flimkien il-politika ambjentali, dik ekonomika u soċjali. Meta tkun żviluppata kif imiss, il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tassigura l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri billi tmexxi l-quddiem l-ekonomija b’rispett sħiħ lejn l-ambjent u lejn il-bniedem. Għalhekk ngħidu li l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli hi mibnija fuq erba’ pilastri: l-iżvilupp ekonomiku, l-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien soċjali u l-politika kulturali.

Fil-ġranet li ġejjin ikolli l-opportunita’ nispjega iżjed fid-dettall kemm il-budget ippreżentat għall-2015 bl-ebda mod ma jista’ jitqies budget li jħares l-ambjent.  Minkejja li hemm miżuri individwali li huma pożittivi ma teżistix viżjoni ambjentali ċara u koerenti.

Għalhekk Joseph qed jiċċajta meta jgħid li dan hu budget ambjentali.

sd strategy budget 2015

Kontra l-abbuż mill-benefiċċji soċjali

benefit fraud 1

 

Mhux l-ewwel darba li l-Gvern  iddikjara gwerra kontra l-abbuż ta’ benefiċċji soċjali. Niftakar li meta Lawrence Gonzi nħatar Ministru għall-ewwel darba f’ Settembru 1998, responsabbli għall-politika soċjali, kien emfasizza dan ukoll. Kienet twaqqfet unit dwar il-frodi tal-benefiċċji soċjali fil-Ministeru u nqabdu numru ta’ każi tul is-snin. Imma qatt m’hu biżżejjed.

Imma billi mhux soltu li nassoċjaw lill-Partit Laburista ma din il-posizzjoni dan il-messaġġ tal-budget fil-fehma tiegħi ħareġ ħafna iktar ċar.  Għandu wkoll il-potenzjal li jkun ħafna iktar effettiv.

Kull abbuż mis-serviżżi soċjali, barra milli huwa serq, huwa ukoll ta’ ħsara għal min verament għandu ħtieġa tal-għajnuna. Għax meta l-għajnuna soċjali jeħodha min mhux intitolat għaliha jfisser li jkun hemm inqas għajnuna li tista’ tintuża biex tgħin lil min hu verament dgħajjef. B’inqas abbużi huwa anke possibli li s-servizzi soċjali jkunu aħjar.

Huwa tajjeb li dan il-messaġġ tal-budget ikollu l-appoġġ ta’ kulħadd.

Iktar minn hekk huwa importanti li dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam jifhmu li issa iktar minn qatt qabel għandhom l-appoġġ uffiċjali biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom aħjar. Qed ngħid dan għax ġieli smajt b’xi każi fil-passat fejn uffiċjali pubbliċi li għamlu xogħolhom u żammew milli japplika għal għajnuna soċjali lil min ma kien intitolat għaliha ġew mgħotija l-ġemb għax tqiesu li qed ifixklu!

Dan hu pass il-quddiem li għandu jwassal biex ikun hemm iktar riżorsi għal min hu dgħajjef verament.  B’hekk il-ġustizzja soċjali f’dan il-pajjiż tkun iktar effettiva.

Il-Budġet 2015: l-ewwel reazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika

budget-briefcase

Mil-lat pożittiv, it-tnaqqis tad-dritt għall-benefiċċji soċjali bil-mod il-mod għal min jidħol fid-dinja tax-xogħol jew għat-taħriġ, minflok ma dawn jinqatgħu f’daqqa, hija miżura tajba.  L-għajnuna finanzjarja addizzjonali  lill-ġenituri li għadhom qed jrabbu hija miżura ta’ min ifaħħarha.

Iż-żieda fil-ħlasijiet għal-leave tal-maternità, partikolarment għan-nisa self employed, hu  pass tajjeb ‘l quddiem.  Nixtiequ, iżda, li l-limitu propost tal-minimum wage jitneħħa.

Il-miżuri kontra l-prekarjat u biex jittaffa l-faqar huma pożittivi.

L-istess il-fatt li l-Gvern finalment neħħa il-ħtieġa għall-importaturi ta’ apparat elettriku u elettroniku li s’issa kellhom ir-responsabbilta’ doppja għall-iskart iġġenerat mill-apparat li huma jimpurtaw.  L-intrroduzzjoni ta’ din il-miżura ilha tigi posposta 7 snin.  Issa l-impurtaturi ta’ apparat elettriku u elettroniku se jkunu responsabbli b’mod sħiħ u dirett huma stess għall-ġbir u riċiklaġġ tal-iskart elettriku u elettroniku.

L-obbligu li min iħaddem irid jimpjega persentaġġ ta’ persuni b’diżabilita’ ilu jeżisti sa mis-snin sittin.  Nistennew li issa jsir l-infurzar ta’ dan kif suppost.

L-inċentiv fiskali għall-kumpaniji li jagħtu donazzjoni ta’ iktar minn €2000  lill-Community Chest Fund hija miżura pożittiva, imma mhux sew li din tkun limitata biss għan-negozjanti. Għandha tkun estiża għal kulħadd. Anki min jaghti donazzjonijiet lil NGOs reġistrati għandu jingħata l-istess benefiċċju.

It-tnaqqis ta’ 15% mit-taxxa lil dawk li jinvestu f’pensjoni privata (it-tielet pilastru) ukoll hija tajba, imma din jistgħu jgawdu minnha biss dawk li jistgħu jħallsu għal pensjonijiet privati. Il-Gvern kien messu kkonċentra fuq il-pensjonijiet tat-tieni pilastru, li jinqasmu bejn il-Gvern, il-ħaddiema u min iħaddem.

Iż-żieda fit-taxxa fuq prodotti li jagħmlu l-ħsara, bħas-sigaretti u spirti, hija xi ħaġa ġusta.

Iż-żieda redikola ta’ 58 ċenteżmu fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja ma tirriflettix iż-żieda vera fil-għoli tal-ħajja, li  ġiet effettwata statistikament bit-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

X’qiegħed jiġri fil-Power Station il-ġdida ta’ Delimara.  Huwa inaċċettabbli li Malta se tkun qed tixtri l-energija bi prezz li hu d-doppju tar-rata preżenti tas-suq.

Rigward it-trasport pubbliku, jeħtieġ li nkunu nafu t-termini tal-ftehim ma’ Autobuses de Leon. Il-budget kellu jagħti informazzjoni iktar dettaljata ta’ dawk il-policies li ser jaddotta l-Gvern biex iħajjar aktar nies jużaw it-trasport pubbliku.

Dwar it-trasport sostenibbli, għalkemm l-inċentivar tar-roti u tar-roti elettrici, ghalkemm b’rata minima, huwa bidu tajjeb, li hemm bżonn huwa investiment f’infrastruttura tajba għal din il-forma ta’ trasport alternattiv. Fl-istess nifs li l-Gvern jgħid li jrid inaqqas it-traffiku, jgħid ukoll li jrid iżid il-parkeġġ – xhieda li l-Gvern m’għandux politika ċara fil-qasam tat-trasport.

Il-komunitajiet lokali għal darba oħra baqgħu bl-istess budget li ilhom bih għal dawn l-aħħar snin. Minkejja r-retorika politika l-Kunsilli Lokali għal darba oħra mhux se jkollhom bizzejjed flus biex jaqdu l-ħtiġijiet bażiċi tal-komunitajiet tagħhom. L-anqas m’hemm indikazzjoni jekk il-Kunsilli Lokali humiex se jibdew jdaħħlu l-fondi mill-liċenzji tal-ħwienet u liċenzji oħra.

 

Rigward it-taxxi, filwaqt li t-taxxa tad-dħul reġgħet tnaqqset għal darb’oħra għal dawk li jaqilgħu bejn €19500 u €60000 dan wassal għal żieda f’taxxi oħra indiretti, kif kienet ipprevediet AD qabel l-elezzjoni fil-kritika li għamlet dakinnhar għal din il-miżura. Dawk li jaqilgħu paga minima qed jiġu aġevolati b’miżuri soċjali iżda għandna naslu biex ikun hemm reviżjoni perjodika tal-paga minima, għax hija paga diċenti li fl-aħħar mill-aħħar tagħti dinjita lill-ħaddiema.

Il-Gvern naqas ukoll milli jindirizza l-kwistjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa (jew rati preferenzjali ta’ taxxa) għal kumpaniji barranin. Wara l-Lussemburgu u l-Olanda, l-Unjoni Ewropeja diġa bdiet tinvestiga l-inċentivi fiskali li Malta toffri lil kumpaniji barranin biex joperaw ġewwa Malta.  L-issue li għandu jkun hemm level playing field għal kulhadd f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tassazzjoni ma jistax jingħata l-ġemb.