Snippets from AD’s electoral manifesto: (12) The Role of the Community

sos hondoq

The following extract is taken verbatim from Chapter 14 of AD’s Electoral Manifesto

The Role of the Community.
Various controversies have arisen on the impacts of large projects on the community. Reference is being made for example to the Sant’ Antnin Waste Recycling Plant, the touristic development at Ħondoq ir-Rummien, the extension of the Delimara Power Station, the extension of the Freeport and the mega projects referred to as the MIDI and the Fort Cambridge projects at Tigne Sliema.
In each of the above mentioned examples the community spoke up both directly as well as through civil society. In such cases AD is proposing that after the responsible authority would have processed the development application the community should have the right to express its opinion as to whether the project should proceed. This will be carried out through a local referendum called after a pre-identified number of registered voters make a request in line with the requirements of legislation or else through a call made by the Local Council on behalf of the community.
A project shall be submitted for the community’s consideration in a referendum after all the relative studies would have been concluded as well after the said studies would have been available for a reasonable time for all those wishing to peruse them.
However in the case of infrastructural projects of national importance it shall be possible for Parliament (which represents the whole community at a national level) to intervene and take a final decision after ascertaining that the objections of the local community have been addressed.

L-Estratt segwenti hu mehud kelma b’kelma mill-Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika

Rwol tal-Komunità.
Diversi kontroversji jqumu dwar l-impatti fuq il-komunità ta’ proġetti kbar bħal dak tal-Impjant tar-Riċiklaġġ tal-Iskart f’Sant Antnin, tal-iżvilupp turistiku f’Ħondoq ir-Rummien, l-estensjoni tal-Power Station f’Delimara, l-estensjoni tal-Port Ħieles jew il-megaproġetti magħrufa bħala l-proġetti tal-MIDI u ta’ Fort Cambridge f’Tigné, Tas-Sliema.
F’kull wieħed minn dawn il-każijiet il-komunità semmgħet leħinha kontra dawn il-proġetti kemm direttament kif ukoll permezz tas-soċjetà ċivili. F’każijiet ta’ din ix-xorta AD qed tipproponi li wara li l-awtorità responsabbli tkun ipproċessat applikazzjoni għal proġett ta’ żvilupp, il-komunità għandu jkollha d-dritt tesprimi ruħa dwar jekk il-proġett jipproċedix, u dan permezz ta’ referendum lokali li jissejjaħ wara li jinġabru l-firem tar-residenti skond il-liġi, inkella b’talba tal-Kunsill Lokali f’isem il-komunità.
Proġett għandu jiġi ppreżentat għal deċizjoni popolari wara li jkunu ġew konklużi l-istudji kollha relattivi kif ukoll wara li l-istess studji jkunu aċċessibli għal żmien raġjonevoli għal kull min ikun irid jaqrahom. F’każ ta’ proġetti infrastrutturali u ta’ importanza nazzjonali għandu jkun possibli għall-Parlament (li jirrappreżenta lill-komunità fuq livell nazzjonali) illi wara li jassigura ruħu illi l-ilmenti tal-komunità lokali jkunu indirizzati, jintervjeni u jieħu deċiżjoni finali.

Advertisements

L-Impjant ta’ Sant’ Antnin Marsaskala – IR-RAPPORT

       logo2008_web6.jpg       mepa5.jpg

Separatament qed jiġi pubblikat ir-rapport intitolat Audit Report 2007/026 Preliminary datat 2007. Ara http://www.alternattiva.org.mt/filebank/documents/Report-2007-026.pdf

Dan ir-rapport jeżamina ilmenti dwar l-ipproċessar tal-applikazzjoni PA4607/06 quddiem l-MEPA dwar l-impjant għall-ipproċessar tal-iskart f’Sant Antnin Marsaskala li kien ġie rilaxxjat fil-bidu ta’ Frar 2007.

Dan ir-rapport sar wara investigazzjoni li saret minni fuq inkarigu tal-Uffiċjal tal-Verifika tal-MEPA.

Il-MEPA oġġezzjonat li tippubblikah minħabba li tikkonsidra li dan jippreġudika l-interessi tagħha. Jiena qiegħed nippubblikah għar-raġunijiet segwenti :

  1. il-MEPA għandha l-obbligu li tiddefendi l-interessi tal-komunita’ u mhuwiex aċċettabbli li taħbi mill-istess komunita’ rapporti li jixħtu dawl fuq l-operat tagħha,
  2. l-istituzzjonijiet kollha fallew fl-obbligu tagħhom li jżommu l-komunita’ infurmata dwar materja ta’ interess pubbliku u bħala riżultat ta’ hekk qed jinsatru azzjonijiet ta’ ħsara lill-komunita’ ta’ Marsaskala,
  3. f’dawn iċ-ċirkustanżi nħoss l-obbligu morali, anke fl-assenza ta’ Whistleblower Act illi nikxef dan ir-rapport.

Ir-rapport twil 21 paġna jeżamina 9 ilmenti dwar il-proċess tal-impjant ta’ Sant Antnin.

Tlieta huma l-punti ta’ interess pubbliku :

  1. fl-identifikazzjoni tas-sit biex fih isir l-impjant ma sar l-ebda sforz serju biex jiġi identifikat sit alternattiv; l-ewwel billi t-tlett siti alternattivi identifikati (Zona Industrijali tal-Kalkara, l-Għallis Naxxar u l-Mara Birżebbuġa) kienu żgħar wisq u t-tieni billi sit barra miż-żona industrijali ta’ Ħal Far li kien identifikat bħala li seta’ kellu l-potenzjal bħala sit alternattiv kien skartat mingħajr ma sar studju adegwat fuq il-potenzjal tiegħu (ara paġni 3 sa 10 tar-rapport);
  2. studji li skond it-Terms of Reference (TOR) stabiliti għall-Environmental Impact Assessment (EIA) kellhom isiru baqgħu ma sarux. Dan huwa stabilit fit-Taqsima intitolata Impact on Air Quality and odour tat-TOR. Kellu jsir “odour impact assessment” li sal-lum baqa’ ma sarx. Dan hu neċessarju biex jiġi stabilit jekk l-operazzjoni tal-impjant ikollux impatt fuq is-saħħa tan-nies (ara paġni 10 sa 12 tar-rapport)
  3. waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni saru laqgħat bejn dawk l-uffiċjali tal-MEPA li kienu qed jipproċessaw l-applikazzjoni u l-Ministru responsabbli għall-Ambjent; dan jitfa dell fuq il-proċess u ma jagħmel xejn biex ineħħi l-impressjoni ta’ indhil politiku fl-ipproċessar tal-istess applikazzjoni (ara punti 5 u 6 f’paġni 19 u 20 tar-rapport).

Fid-dawl ta’ dan jinftehmu iktar il-proposti ta’ riforma tal-MEPA li qed tagħmel l-Alternattiva Demokratika fil-Manifest ta’ Koalizzjoni u ċjoe : 

  1. li t-Taqsima tal-Ambjent u t-Taqsima tal-Ipjanar dwar l-użu tal-art ma jibqgħux jiffurmaw parti mill-istess awtorita,
  2. li jkun il-Parlament permezz ta’ Kumitat Magħżul li jkollu l-aħħar kelma fuq il-ħatra tal-membri tal-Bord tal-MEPA u s-suċċessuri tagħha wara smiegh pubbliku u
  3. li jkun introdott Referendum Lokali biex ir-residenti direttament permezz ta’ 10% tagħhom jew permezz tal-Kunsill Lokali jkunu jistgħu jsejħu referendum ħalli jkunu huma  jkollhom l-aħħar kelma fuq proġetti soġġetti għal EIA.

Dawn huma l-fatti li sal-lum inżammu mistura u li jiena nħoss l-obbligu li nqiegħed quddiem il-pubbliku ghall-konsiderazzjoni tiegħu.

Demokrazija fl-Ippjanar

gozo-qala-hondoq-ir-rummien2.jpgHondoq ir-Rummien

Fil-Manifest ghall-Koalizzjoni l-AD qed tipproponi li progetti li dwarhom isir EIA (Environmental Impact Assessment) ikunu soggetti ghal referendum lokali.

Dan ikun jista’ jissejjah mir-residenti (10%) jew mill-Kunsill Lokali taghhom. Fejn progett ikun f’iktar minn lokalita’ wahda ikunu r-residenti w il-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet kollha direttament effettwati li jkunu jistghu jsejhu r-referendum lokali.

Id-decizjoni tar-referendum lokali jkun jorbot.

Dan ifisser illi wara li l-MEPA tigbor l-informazzjoni kollha u tassigura li l-process tekniku tal-pjanti u l-istudji jkun konkluz, tpoggi l-proposta ghall-konsiderazzjoni tal-pubbliku.

Jekk jintalab referedum fiz-zmien li jkun stabilit dan isir a spejjes tal-izviluppatur. Jekk il-progett ikun wiehed tal-Gvern ikun il-Gvern li jhallas.

Id-decizjoni tar-residenti tkun torbot.

Dan ikun ifisser li f’kaz bhal, per ezempju dak ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala Ghawdex, fejn il-Kunsill Lokali organizza referendum li fih ir-residenti tal-Qala qalu le, il-progett propost ma jsirx.

L-istess ghandu jsir fil-kaz tal-Yacht Marina proposta f’Marsaskala. Hu inutli f’dan l-istadju li noqghodu nghidu favur jew kontra ghax dak li hu propost ghadu m’hux maghruf. Huwa wara li jkun maghrufa u li jsiru l-istudji necessarji li jkunu accessibli ghall-pubbliku li nkunu nistghu nikkummentaw.

B’hekk lehnek jinstema. Tkun inti li tiddeciedi. Dritt li dawk li joqghdu hdejn Pender Place San Giljan, jew hdejn il-Mistra Village fix-Xemxija San Pawl il-Bahar ma kellhomx.   

Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (1) L-Ambjent

logo2008_web1.jpg

Illum ser niffoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar l-ambjent.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Riforma tal-MEPA billi d-Direttorat ghall-Harsien tal-Ambjent jinfired mid-Direttorat tal-Ippjanar.

2. Id-decizjoni finali dwar il-hatra tal-membri tal-Bordijiet li jmexxu lill-MEPA u eventwalment lis-successuri taghha ma tkunx tal-Ministru izda ta’ Kumitat Parlamentari u dan wara smiegh pubblika. B’hekk tonqos il-possibilita li jinhatru persuni inkompetenti jew inkella persuni li l-unika kwalifika taghhom tkun it-tessera tal-Partit. Il-lealta tal-persuni mahtura tkun lejn il-Parlament u mhux lejn il-Ministru.

3. Jigi demokratizzat il-process tal-Ippjanar tal-Uzu tal-Art. Dan billi fost ohrajn progetti soggetti ghal EIA (studju dwar l-impatt ambjentali) ikun jista’ jsir referendum lokali dwarhom. Dwar dan ir-referendum ikunu jistghu jiehdu l-inizzjattiva 10% tar-residenti jew inkella l-Kunsill Lokali. Id-decizjoni tar-referendum lokali tkun torbot!  Il-process tad-demokratizzazzjoni jehtieg ukoll access  shih u komplet ghall-informazzjoni.

4. L-AD tassigura li jitharsu d-direttivi u r-regolamenti ambjentali kollha tal-EU. Dan jinkludi l-abolizzjoni darba ghall-dejjem tal-kacca w l-insib fir-rebbiegha.

5. Malta, bl-AD fil-Parlament, ma tibqax tinblokka kull proposta ghal titjib ambjentali fl-EU u tibda tiehu rwol proattiv dwar dan.

6. L-AD tiehu l-inizzjattiva biex il-Parlament ihassar ir-rizoluzzjoni li estendiet iz-zoni tal-izvilupp bla htiega u minghajr konsultzzjoni xierqa.

7. Jigi assigurat access hieles ghal art pubblika fil-kampanja kif ukoll ghax-xtut. Jigi assigurat li hadd ma jokkupa art pubblika illegalment.

8. Titfassal u wara li tkun approvata tigi implimentata ligi iktar wiesa’ dwar id-drittijiet tal-annimali.