Deheb, inċens u birra

beer

Is-sinifikat tal-Milied inbidel drastikament tul is-snin. Minn festa reliġjuża assoċjata mal-paċi u s-solidarjetá, illum il-ġurnata, donnu li iktar assumiet tifsira ta xalar, divertiment u rigali. Mhux għal kulħadd.

Anke jekk il-paċi u s-solidarjetá mhumiex xi monopolju reliġjuż. Hemm mumenti fejn is-sinifikat tas-solidarjetá jidwi, imma sfortunatament jgħaddu l-festi u ftit jew wisq jintesa. Sa sena oħra.

Flok id-deheb, l-inċens u l-mirra li jingħad illi ġarrew is-slaten magi illum issir l-adorazzjoni tad-deheb, l-inċens u l-birra. Id-deheb simbolu tal-korruzzjoni, l-inċens simbolu tal-adorazzjoni tal-poter u l-birra li tissimbolizza x-xalar eċċessiv.

Is-solidarjetá żmiena s-sena kollha, mhux biss fil-ġranet tal-Milied.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

 

 

 

 

Il-Milied it-tajjeb

solidarity

Nawgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd. Milied li jġib is-sliem. Sliem dejjiemi.

Festa tas-solidarjetà, mhux festa ta’ kummerċ.

Hi ħasra li l-messaġġ reali tal-Milied, ingeżwer kif inhu fit-tlellix, jintilef wara ftit siegħat biex jerga’ jitfaċċa sena oħra. Hemm bżonn li l-valuri tal-Milied, s-sliem u s-solidarjetà, jkunu ċċelebrati kuljum, 366 darba matul is-sena 2016.  Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd: kemm lil dawk ta’ rieda tajba kif ukoll li dawk ta’ mingħajr rieda tajba.

 

 

Il-Milied it-tajjeb

hand in hand

Hu tajjeb li dawn il-ġranet ikunu dejjem iktar festa ta’ solidarjetà. Imma is-solidarjetà huwa meħtieġ li tinfirex b’mod konsistenti matul il-bqija tas-sena ukoll.

Għax is-solidarjetà u s-sliem huma l-unika sinifikat veru ta’ dawn il-ġranet. Mhux xieraq li f’dawn il-ġranet nuża l-ispazju għal argumenti u polemiċi. Avolja anke s-solidarjetà u s-sliem huma sors ta’ polemika.

Il-Milied it-Tajjeb.

Il-Milied it-Tajjeb

chasing-star-of-bethlehem

Dejjem rajtha stramba li x-xewqat sbieħ jiġu biss għal 25 ta’ Diċembru u forsi jibqgħu sal-1 ta’ Jannar.

Ceasefire obbligatorju ta’ soċjeta wiċċ b’ieħor li taħseb li tista’ isserraħ il-kuxjenza dwar dak li tagħmel jew tittollera matul il-bqija tas-sena.

Nawgura Il-Milied it-Tajjeb. Mhux Milied li jiġi darba fis-sena ………… iżda dak li jiġi kuljum.