Ċaħda tal-intolleranza

Nhar il-Ħamis li għadda, flimkien ma uffiċjali oħra tal-Alternattiva Demokratika, attendejt fil-lokalità ta’ San Ġwann għal ċerimonja qasira imma simbolika li tfakkar l-40 anniversarju tal-qtil ta’ Karin Grech b’ittra bomba nhar it-28 ta’ Diċembru tal-1977. Din iċ-ċerimonja kienet organizzata mill-Partit Laburista, u ilha tkun organizzata sena wara l-oħra sa mill-1978.

Iktar kmieni matul dan l-istess xahar għamilt l-istess fil-Gudja fil-wieħed u tletin anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana, ċerimonja dakinnhar organizzata mill-Partit Nazzjonalista.

Il-parteċipazzjoni tiegħi u tal-Alternattiva Demokratika fiż-żewġ ċerimonji ta’ kommemorazzjoni ma saritx biex iżżomm xi bilanċ artifiċjali imma għax hu meħtieġ li dawn il-grajjiet infakkruhom flimkien. Possibilment ilkoll flimkien. Huwa hekk biss li jista’ jasal ċar u bl-aħjar mod il-messaġġ taċ-ċaħda tal-intolleranza. Sakemm il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jibqgħu jagħmlu l-kommemorazzjoni għal rashom ser nibqgħu lura. Nittama li ma nistennewx wisq li nħottu l-firdiet partiġjani biex flimkien niftakru f’dawk li l-intolleranza ħasditilhom ħajjithom.

Il-weġgħa tal-familji ta’ Karin Grech u Raymond Caruana hi ferm ikbar minn weġgħa privata ikkawżata minn telfa ta’ bint jew iben, ħajja innoċenti ta’ żagħżugħ jew żagħżugħa. Hi weġgħa tal-pajjiż kollu. Hi għalhekk weġgħa tagħna lkoll. Ilkoll flimkien għandna l-obbligu li niftakru f’dak li wassal għall-qerda ta’ ħajjithom bit-tama li nagħmlu ħilitna biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.

Hu għalhekk importanti li bil-presenza tagħna f’dawn il-kommemorazzjonijiet nagħtu xhieda taċ-ċaħda tal-intolleranza billi nħottu biċċa oħra, anke jekk żgħira, tal-ħajt li jifred dan il-pajjiż fi tribujiet ostili.

Dan hu pajjiż li kapaċi jalterna bejn mumenti ta’ solidarjetà eċċezzjonali ma mumenti ta’ ostilità bla qies. Mumenti ta’ sensittività għal dak li għaddej minnu ħaddieħor u waqtiet ta’ vjolenza bla qies. Kuntrarjament għal dak li jgħidu, din hi r-realtà tal-pajjiż. Iż-żewġ avvenimenti li kkomemorajna dan ix-xahar huma differenti fis-sens li huma frott ta’ ċirkustanzi kompletament differenti li żviluppaw fil-pajjiż fuq spazju ta’ għaxar snin bejn l-1977 u l-1987.

Il-qtil ta’ Karin Grech hu bla dubju assoċjat mat-tilwima industrijali tal-Gvern mat-tobba, liema tilwima damet tkarkar snin twal. Il-qtil ta’ Raymond Caruana min-naħa l-oħra hu frott it-tensjoni politika li żviluppat fil-pajjiż fil-bidu tas-snin tmenin u li bħala riżultat tagħha kien hawn ġgajtiet ta’ bulijiet li ppretendew li jagħmlu li jridu.

Is-similarità bejn il-każi hi l-ħasda ta’ ħajjiet innoċenti u l-fatt li l-investigazzjoni tal-Pulizija baqgħet mhux konkluża. Mhux għax il-Pulizija ma ippruvawx! Tant ippruvaw li f’kaz minnhom anke ippruvaw frameup bħalma jixhed il-kaz ta’ Pietru Pawl Busuttil.

Imma fortunatament dak hu passat, li fuqu għaddew iktar minn 30 sena! Nittama li jibqa’ passat u li niftakru fih biss biex nippruvaw nifhmu fejn wasslet l-intolleranza fostna.

Differenzi fostna ser jibqa’ jkollna. Uħud naslu biex insolvuhom imma oħrajn jibqgħu jkarkru. Irridu nagħmlu sforzi ikbar biex dawn id-differenzi ma nħalluhomx jikbru u nippruvaw insolvuhom b’metodi ċivili.

Id-differenzi fil-fehmiet jissolvew biss bid-djalogu u d-diskussjoni li għandhom ikunu u jibqgħu l-pern tal-proċess demokratiku. Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.

ippubblikat f’Illum: 31 ta’ Diċembru 2017

Advertisements

The intolerance in our midst

 

Last Thursday, I led a number of officers of Alternattiva Demokratika-The Green Party, at a short yet symbolic ceremony in San Ġwann commemorating Karin Grech, murdered by a letter bomb 40 years ago on 28 December 1977. The ceremony was organised by the Labour Party, as it has been continuously since 1978.

Earlier in December, I participated in a similar ceremony in Gudja on the 31st anniversary of the murder of Raymond Caruana, a ceremony organised by the Nationalist Party.

Alternattiva Demokratika’s participation in these two commemorative ceremonies is not an attempt to create a fictitious balance. Rather, it is an effort to underline the wish that such activities should be owned by all political families – all of whom should participate. It is the only way to send the clear message that there is no room for intolerance in our midst. With the Nationalist Party and the Labour Party continuing to organise these yearly commemorations as party activities, there is still a long way to go. There is no room for partisanship in commemorating the victims of intolerance.

The pain inflicted on the families of Karin Grech and Raymond Caruana is much greater than that caused by the loss of a daughter or a son: it is a pain inflicted on the whole country – it is our loss, too. It is thus our collective duty to remember what led to this loss, hoping that this remembrance will lead to the possible avoidance of the same mistakes.

By being present at such commemorative events, we bear witness to a determination to avoid intolerance through the dismantling of our own Berlin wall, the demarcation line of two hostile tribes.

This country is capable of alternating between moods of solidarity without any limits and moods of extreme hostility, alternating between being extremely sensitive to the needs of others to witnessing violence of the worst kind. Contrary to what some try to portray, this is the real Malta.

The two commemorations to which I am referring are different, as they are the consequence of different circumstances which developed in Malta in the 10 years between 1977 and 1987.

Karin Grech’s murder is undoubtedly associated with the doctors’ dispute which continued over a long period. On the other hand, Raymond Caruana’s murder was the result of the political tensions that engulfed the country during the 1980s, as a result of which the groups of thugs that roamed the streets dissipated the feeling that they laid down the rules.

The similarity between the two is the loss of innocent lives and the inconclusive police investigations. The police cannot be blamed for lack of trying, because in one of the cases it was proved in Court that the Police even tried – unsuccessfully – to frame an innocent person: Pietru Pawl Busuttil.

Fortunately that is the past – more than 30 years ago. I sincerely hope that its use will be restricted to reminding us of the fruit of intolerance.

Notwithstanding our efforts, we will still have plenty of differences – some of which we will resolve but others that will remain in the pending tray for some time. Our efforts must focus on ensuring that we try to solve our differences in a civil manner.

Dialogue should be our primary tool. It is possible: it is the basis of the democratic process.

published in The Malta Independent on Sunday : 31 December 2017

Dal-għodu, tifkira ta’ Raymond Caruana

Fl-anniversarju tal-qtil ta’ Raymond Caruana fil-5 ta’ Diċembru tal-1986, dal-għodu għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika poġġejt fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana fiċ-ċimiterju tal-Gudja.

Huwa importanti li niftakru f’dawn l-anniversarji biex inżommu f’moħħna li d-djalogu u d-diskussjoni għandhom ikunu u jibqgħu l-pern tal-proċess demokratiku. Il-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.

Politika tal-lanzit – frott il-paniku

mugliett_jesmond-sm1.jpgdcg01.jpgbrincat_joe-sm1.jpg

L-artiklu tal-lum ta’ Daphne Caruana Galizia f’ The Malta Independent on Sunday bit-titlu Choose Labour for a New Beginning hu tat-tqalliegħ tal-istonku. Kumbinazzjoni jikkumplimenta l-billboards li tella’ l-PN madwar Malta illum.Ma tistax tpoggi lill-membri parlamentari laburisti fl-istess keffa. L-istess jgħodd ghall-dawk tal-PN.Daphne tiftakar fl-artiklu tagħha stess ta’ nhar il-15 ta’ Lulju 2007 fil-Malta Independent (daily) intitolat : Get rid of him, for God’s sake dwar il-Ministru Jesmond Mugliett. Dak l-artiklu kienet ikkonkludietu bis-segwenti kliem :“The Transport Minister’s behaviour in sticking his neck out for his corrupt canvasser is one of the nails that will lose the battle for this government – because, in turn, it made the Prime Minister stick out his neck for him, and now look what’s happened.”  Jesmond Mugliett u uħud mill-Membri Parlamentari Laburisti li semmiet ma hemmx x’tagħżel. Fl-istess ilma qegħdin.Inħoss iżda b’mod partikolari li kienet inġusta ma’ Joe Brincat, Shadow Minister għall-Ambjent f’isem il-Partit Laburista. Tajjeb li ngħid li Joe Brincat kien il-Ministru responsabbli ghall-Housing fil-legislatura 1976-81 li beda l-attakk kontra l-favoritiżmu politiku fl-allokazzjoni tal-housing socjali.Tant kien effettiv li fil-Partit Laburista dakinnhar ħadmu kontrieh u ma irnexxielux jitla’ fil-Parlament ħlief b’elezzjoni każwali. Kien hu ukoll l-uniku wieħed mill-grupp parlamentari laburista li kien preżenti ghall-funeral ta’ Raymond Caruana f’Diċembru 1986 fil-Gudja. Jekk niftakar tajjeb kien akkumpanjat minn ibnu.B’mod pubbliku kien l-uniku wieħed mill-MLP li dakinnhar iddisassoċja ruħu mill-vjolenza politika. Dakinhar kien Deputy Leader tal-MLP.Bħal kull wieħed minna għandu d-difetti tiegħu u mhux dejjem qbilt ma dak li jgħid.Imma jkolli nghid li nippreferi elf Joe Brincat minn nies bħal Jesmond Mugliett.B’artikli bħal tal-lum Daphne qegħda tippropaga politika tal-lanżit.Dan hu kollu frott il-paniku.