Insellem lil Perit René Buttigieg

Id-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Imħallef Gino Camilleri dwar il-mod kif  l-ex  Ministru Lorry Sant kien jittratta lil impjegati fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet tfakkarni ħafna affarijiet.

Illum  imma hu floku li nsellem lil René li m’għadux magħna u li kien wieħed milli sofra. Sofra għax kien jieħu l-attivita’ trejdunionistika tiegħu (f’isem il-Periti tal-Public Works) bis-serjeta’.  Kien hemm oħrajn li sofrew fil-kwiet għax ma kellomx il-kuraġġ tiegħu. Dawn qalgħu transfer wara l-ieħor f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex għax il-Ministru ma riedx jarahom b ‘għajnejh.

Quddiem din it-tbatija kien hemm il-kuntrast ta’ dawk li kienu jinkinaw quddiem il-Ministru u li meta inbidel il-Gvern bdew jinkinaw quddiem ta’ warajh.

Jiġini quddiem għajnejja bħalissa wieħed partikolari, Perit li kien benvist mill-Ministru Sant. Fost l-inkarigi li tah darba minnhom bagħtu l–Libya biex isegwi l-passi ta’ delegazzjoni mibgħuta minn KMB allura Prim Ministru fuq xogħol ta’ kostruzzjoni. Informazzjoni li ksibt minn persuni viċin id-delegazzjoni fissruli kif kontinwament kien qiesu d-dell tad-delegazzjoni biex ikun jista’ jirrapport lura dwar ma kull min iltaqgħet.

Imma dawn it-tip ta’ nies dejjem isaltnu. Għax wara l-1987 irnexxielu jservi ħafna lis-suċċessur tal-Ministru Sant.