L-iskop ta’ Martin Scicluna u Edward Mallia li jħeġġu boycott tas-servizzi u prodotti li joffru l-kumpaniji fil-gruppi ta’ Gasan u Tumas għandu intenzjonijiet tajba. Imma l-boycott avolja għandu l-merti tiegħu hu arma qadima u biex ikun effettiv irid jitħaddem sewwa fuq tul ta’ żmien.
Hu iktar għaqli li l-familja ambjentalista tpoġġi fil-mira l-proċess tal-finanzjament tal-proġetti nfushom.
Fil-mira għandu jkun hemm il-bonds li jridu jinħarġu, il-bank u l-istockbroker li jieħdu ħsieb is-sejħa għax-xiri tal-bonds.
Azzjoni ta’ din ix-xorta tista’ tkun iktar effettiva għax l-impatt tagħha ikun direttament relatat għall-proġetti tat-torrijiet tal-Imrieħel u Townsquare infushom.