Hatra fil-MEPA u l-Uzura

Ahbar fil-Malta Independent tal-lum 7 ta’ Frar 2008 tista’ tinftiehem li hi kaz iehor tal-problema  socjali tal-uzura fil-pajjiz.

Il-persuna in kwistjoni kellha twiegeb fil-Qorti dwar kambjali ghall-ammont ta’ aktar minn zewg miljun lira !

Il-problema izda hi ferm ikbar minn hekk. Din il-persuna kienet wiehed mill-membri indipendenti tal-Bord tal-MEPA sakemm kien sfurzat jirrezenja wara li l-gazzetta Malta Today ippubblikat sensiela ta’ stejjer dwar djun kbar li kellu fl-2005.

Il-mistoqsija li hafna staqsew dakinnhar u probabilment qed jistaqsu iktar illum hi : kif inhu possibli illi dawn l-affarijiet jigru ? Min hatru ma kienx jaf b’dawn l-affarijiet ? Jew ma kienx jimpurtah ? Min ser jerfa’ ir-responsabbilta politika ghal hatra rresponsabbli bhal din ? 

Din l-ahbar tiggustifika, jekk qatt kien hemm htiega ta’ gustifikazzjoni, illi l-Ministri m’ghandhomx ikollhom l-ahhar kelma fil-hatra ta’ Bordijiet ta’ importanza nazzjonali. Tiggustifika jekk qatt kien hemm bzonn il-proposta tal-Alternattiva Demokratika fil-Manifest ta’ Koalizzjoni illi hatriet ta’ din ix-xorta ghandhom isiru minn Kumitat Parlamentari u dan wara smiegh pubbliku.

Il-lealta tal-membri ta’ dan it-tip ta’ Bordijiet ghandha tkun lejn il-Parlament bhala rapprezentant tal-poplu u mhux lejn il-Ministru. Jekk tkun lealta lejn il-Ministru li jahtru jista’ jibqa’ jkollha iktar frejjeg bhal dawn.   

Min mill-Partiti l-ohra ghandu l-kuragg li jammetti li l-Alternattiva Demokratika ghandha ragun ?

Nistennew u naraw.