Tniġġiż tal-arja fil-portijiet

Il-kwalità tal-arja fil-portijiet tagħna hi ta’ tħassib kbir. Niddependu minnha biex nieħdu n-nifs. Ir-residenti fil-lokalitajiet madwar il-portijiet qed isiru iktar konxji ta’ dan u jinsistu b’qawwa li tittieħed azzjoni. Ilkoll huma mħassbin miż-żieda astronomika fil-mard respiratorju madwarhom u fil-pajjiż kollu.

Madwar sena ilu l-għaqda ambjentali Maltija Birdlife flimkien ma’ esperti minn għaqda ambjentali Ġermaniża ħadet sehem f’eserċizzju li fih tkejlet il-kwalità tal-arja. Il-kampjuni tal-arja li nġabru minn madwar il-Port il-Kbir kienu jindikaw presenza għolja ta’ trab fin, li ħafna drabi jispiċċa fil-pulmun tagħna.

Il-Port il-Kbir hu ċentru ta’ attività marittima. Jinkludi terminal tal-cruise liners li tul dawn l-aħħar ħames snin kellu medja ta’ 300 cruise liner fis-sena li ġie Malta.

Il-Cruise liners jużaw ħafna elettriku.

Il-grupp ambjentali T & E (Transport and Environment) f’ rapport li kien ħareġ u li kien hemm referenza għalih fil-media lokali, kien qal li l-emmissjonijiet tal-kubrit mill-cruise liners li żaru Malta żdiedu biex fl-2017 kienu madwar 148 darba tal-emissjonijiet tal-kubrit mill-karozzi karozzi kollha fil-gżejjer Maltin dakinnhar. Din il-konklużjoni kienu waslu għaliha meta studjaw informazzjoni li kisbu mis-satelliti.

L-istazzjon televiżiv Ingliż Channel 4, f’rapport investigattiv li xandar madwar sentejn ilu li kien jiffoka fuq il-linja tal-cruise liners P & O kien ikkonkluda li t-tniġġiż li joħloq cruise liner li jġorr madwar 2,000 passiġġier matul kull ġurnata li jopera kien ekwivalenti għat-tniġġiż ta’ miljun karozza kuljum. Dawn il-vapuri l-kbar jagħmlu użu mill-heavy fuel oil, żejt li kif smajna ħafna drabi tul is-snin iħammeġ ħafna. Fost oħajn fih ammont għoli ta’ kubrit – madwar 3,500 darba daqs kemm hemm fil-fuel li jintuża għall-karozzi.

Jista’ jkun hemm nuqqas ta’ qbil fuq iċ-ċifri eżatti tal-emissjonijiet minn dawn il-vapuri. Ħadd iżda ma jkkontesta li dawn huma sostanzjali.

Il-komunità internazzjonali tfittex kontinwament li tirregola dak li jseħħ fl-ibħra internazzjonali. Aħna, iżda, bħala pajjiż għandna noqgħodu ferm iktar attenti għal dak li qed jiġri fil-portijiet u l-ibħra tagħna. L-emissjonijiet, b’mod partikolari dawk ta’ trab fin minn vapuri fil-portijiet u l-ibħra Maltin għandhom impatt dirett fuq il-komunitajiet residenzjali li jgħixu fil-madwar. Dan jgħodd b’mod partikolari għall-lokalitajiet fil-Port il-Kbir kif ukoll għal dawk fill-Bajja ta’ Marsaxlokk.

Hemm żewġ materji partikolari li għandhom jingħataw prijorità. L-ewwel nett hemm ħtieġa li l-awtoritajiet regolatorji Maltin jinfurzaw b’mod strett ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea li jobbligaw lill-operaturi tal-vapuri li fil-portijiet juzaw zjut li jniġġsu inqas u b’mod partikolari li dawn ikollhom kontenut baxx ta’ kubrit. It-tieni miżura meħtieġa hi dwar it-titjib fl-infrastruttura tal-portijiet tagħna biex ikun possibli illi l-vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħna jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat fuq l-art u b’hekk ikun possibli illi jintfew il-ġeneraturi tal-elettriku fuq il-vapuri. Miżura ta’ din ix-xorta telimina t-tniġġiż tal-vapuri fil-portijiet tagħna minn dak il-mument li jitfew il-ġeneraturi.

F’Malta diġa saru tal-inqas żewġ studji dwar l-implikazzjonijiet kemm-il darba l-vapuri li jżuru Malta jkollhom jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat fuq l-art. L-ewwel studju kien sar fuq talba ta’ Transport Malta u kien konkluż fl- 2014 filwaqt li t-tieni wieħed, li kienkonkluż fl-2018 kien ġie kkummissjonat mill-management tat-Terminal tal-Port Ħieles. Iż-żewġ studji kkonkludew illi kemm-il darba l-vapuri li jżuru Malta jibdew jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat mill-art, meta jkunu fil-portijiet tagħna, ikun hemm titjib sostanzjali fil-kwalità tal-arja fl-istess portijiet u fil-lokalitajiet kollha li jmissu magħhom. Ir-rapporti jikkonkludu ukoll li dwar jekk dan jaqbilx ekonomikament jew le, fl-aħħar jiddependi fuq kif jaġixxu l-kompetituri tagħna!

Irridu nistaqsu mistoqsija waħda ċara: jagħmel sens li ninkoraġixxu u niddependu fuq ħidma ekonomika li tagħmel ħsara lil saħhitna?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija hi ovvjament le. Il-portijiet tagħna huma riżors prezzjuz li għandna nużawh biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-kommunitajiet madwar il-kosta.

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 18 t’Awwissu 2019

Air Pollution in our ports

The quality of the air we breath in our major ports is worrying. More residents in the areas around our ports are aware of this and are demanding action: they are all worried by the astronomic increases in the incidence of respiratory illnesses.

Around 12 months ago Maltese eNGO Birdlife carried out an air quality measurement exercise with the support of German experts from the German eNGO Nature and Biodiversity Union (NABU). Air samples taken from the Grand Harbour area indicted the presence of a high level of microscopic particulate matter, which ends up in our lungs.

The Grand Harbour is a hub of shipping activity and also includes a cruise liner terminal which, during the last five years, has had an average annual call rate of over 300 cruise liners.

Cruise liners make use of a large amount of electricity.  In a report covered in the local media, the campaign group T & E (Transport and Environment) said that sulphur emissions from cruise liners visiting Malta in 2017 were around 148 times as much as those emitted from the entire car fleet on the islands. This conclusion was reached after analysing satellite data.

In an investigative report it carried out two years ago focused on the P & O cruise liner company, the UK Television Channel 4 concluded that a cruise liner carrying around two thousand passengers had a daily pollution equivalent to one million cars. Large ships run on heavy fuel oil, which contains 3.5% sulphur – 3,500 times what is permitted in road fuel. There may be a lack of agreement on the exact figures for emissions from the shipping industry, but no one contests that they are substantial.

The international community continuously deals with what happens on the high seas. We can, however, deal more appropriately with what goes on in our ports. Particulate emissions in our ports by the shipping industry has a direct bearing on the residential communities surrounding our ports, notably Grand Harbour and Marsaxlokk Bay.

There are two specific issues which need to be prioritised. The first is for the regulatory authorities to ensure that EU legislation on restricting fuel use to the low sulphur type is observed. The second concerns the need to focus on infrastructural improvements in our ports to facilitate supplying the shipping industry with shore-based electricity, as a result ensuring that the ships’ generators – and consequently the resulting emissions to air –  stops when the ship berthed.

Two studies have already been carried out in Malta on the implications of a shore-to-ship electricity supply for the shipping industry. The first, which was completed in 2014, was carried out by Transport Malta and the second, carried out on behalf of the Malta Freeport Terminals, was completed in 2018. Both studies came to the conclusion that if the shipping industry changed to shore-side electricity there would be a substantial improvement in air quality in our ports. The issue of feasibility, however, is substantially dependent on what our competitors decide!

Does it make sense to keep encouraging economic activity that harms our health? The answer to this question is a definite “no”. Our ports are a most precious natural resource that we should use to enhance the quality of life of our coastal communities.

published on The Malta Independent on Sunday : 18 August 2019