Il-karozzi iddominaw ħajjitna

Hi sfortuna li tul is-snin ħallejna ħajjitna tkun iddominata mill-karozzi.

Għaddejna minn kontroversja wara l-oħra dwar l-infrastruttura tat-toroq. Sfortunatament jidher li minn dan kollu l-awtoritajiet għadhom ma tgħallmu xejn.  L-aħħar każ hu dwar il-proposta għal fly-over ġdida għall-Imrieħel: fly-over oħra li mhiex meħtiega.

Il-proposta tal-Imrieħel għadha qed tkun imfassla. Ma hemmx wisq dettalji li huma magħrufa, s’issa, ħlief li probabbilment ser ikun hemm impatt sostanzjali fuq madwar 20 tomna ta’ raba’ saqwi. Minn dak li hu magħruf s’issa  Infrastruttura Malta bdiet tiltaqa’ mal-bdiewa dwar dak li eventwalment ser ikun propost.

Mhux meħtieġ li nkunu nafu d-dettalji ta’ dak li hu ppjanat, kif qed jgħid il-Ministru għat-Transport Ian Borg, biex nikkritikaw il-programm tal-Gvern dwar l-infrastruttura tat-toroq għax dan hu oġġezzjonabbli fil-prinċipju.  

M’għandiex bżonn iktar toroq. Imma għandna bżonn inqas karozzi fit-toroq li għandna.  Tnaqqis ta’ karozzi mit-toroq jwassal għal tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku u titjib fil-kwalità tal-ħajja, inkluż iktar sigurtà fit-toroq tagħna għal kulħadd.

It-toroq tagħna mballati bil-karozzi. Għal din ir-raġuni l-Gvern qabbad esperti bex jistudjaw il-problema. Bħala riżultat ta’ dan, bl-għajnuna ta’ fondi għall-iżvilupp reġjonali tal-Unjoni Ewropea tfassal Pjan Nazzjonali għat-Trasport (Masterplan) minn konsulenti barranin. Il-Kabinett approva dan il-pjan fl-2016, imma kontinwament qiegħed jonqos milli jassigura li dan ikun implimentat.

Waħda mill-osservazzjonijiet bażiċi ta’ dan il-Pjan Nazzjonali għat-Trasport hi li nofs il-vjaġġi bil-karozzi privati jdumu inqas minn 15-il minuta, jiġifieri huma vjaġġi għal distanzi qosra. Bla ebda dubju hemm bosta mezzi sostenibbli li jservu għal mobilità alternattiva: il-karozzi privati bla ebda dubju nistgħu ngħaddu mingħajrhom għal dawn id-distanzi qosra, fil-parti l-kbira tal-każi.

Il-Pjan Nazzjonali għat-Trasport iwissina dwar in-nuqqas f’Malta tal-ippjanar għat-trasport: ippjanar li jħares sal-ponta ta’ mnieħru għax ma jħarisx fit-tul.  Bħala konsegwenza ta’ dan  ftit li xejn jeżistu miri ċari, hemm nuqqas  ta’ direzzjoni strateġika kif ukoll nuqqas ta’ kapaċità li jkunu ndirizzati materji diffiċli bħat-tnaqqis ta’ karozzi mit-toroq. Il-Maltin huma konservattivi wisq, jgħid il-pjan (There is a strong reluctance for Maltese society to change) u dan f’kuntrast mal-ħtieġa għal azzjoni fil-komunità biex tkun indirizzata l-problema tat-traffiku, kemm kif inhi illum kif ukoll kif għad tista’ tiżviluppa.  Dan, ikompli jgħid il-pjan tat-trasport approvat mill-Kabinett, iwassal biex is-sewwieq Malti jippretendi li kulħadd għandu jaddatta l-mod kif jivvjaġġa biex hu jkun jista’ jibqa’ jsuq il-karozza tiegħu! (This results in the Maltese traveller expecting that everyone else will change their travel habits so that they can continue to drive their car.)

Il-politika dwar it-trasport ma jistax ikun li tibqa’ ippjanat biċċa biċċa, mil-lum għal għada. Jeħtieġ ippjanjar olistiku. Dan hu l-iskop li sar dan il-Masterplan: biex ikollna pjan olistiku u nibdew inħarsu fit-tul. Biex pjan bħal dan ikun implimentat, imma, hemm bżonn deċiżjonijiet iebsin li għandhom iwasslu għal tnaqqis fin-numru esaġerat ta’ karozzi privati li hawn fit-toroq tagħna.  

Il-problema reali li qed iżżomm l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan hi li l-Gvern m’għandux il-kuraġġ li jieħu dawn id-deċiżjonijiet. Ma jridx jirfes kallijiet!  

Irridu nifhmu darba għal dejjem li ċ-ċokon ta’ pajjiżna jagħmilha possibli li permezz ta’ transport pubbliku organizzat sewwa nilħqu kull rokna tal-pajjiż f’ħin qasir.

It-trasport pubbliku f’Malta għamel progress kbir f’dawn l-aħħar snin, imma dan mhux biżżejjed. Għax it-trasport pubbliku ma jistax jikkompeti ma’ Gvern li kontinwament  jinkoraġixxi l-użu tal-karozza privata b’toroq ġodda u flyovers li flok jirrestrinġu iż-żieda tat-traffiku fit-toroq tagħna jagħmluh iktar faċli.

Għal żmien twil, Gvern wara l-ieħor kien skjav tal-karozza. Il-politika tat-trasport kienet u għada politika favur il-karozzi li jikkundizzjonawlna ħajjitna. Hu dan li għandu jinbidel.

Jeħtieġ li l-politika tat-trasport tpoġġi lin-nies l-ewwel, qabel il-karozzi.

Ippubblikat fuq Illum : 27 ta’ Diċembru 2020

King of the Road

It is indeed unfortunate that over the years we have allowed the car to control our lives.

We have gone through too many controversies related to road infrastructure. Unfortunately the authorities have not learnt anything in the process. The latest case being the proposed Imrieħel bypass improvements through the construction of yet another unnecessary fly-over.

The proposed bypass improvements apparently are still on the drawing board. No details on the proposals are available except that most probably there will be a considerable impact on irrigated agricultural land, measuring around 20 tumoli, that is approximately 22,500 square metres. From what is known, recently, Infrastructure Malta has sounded farmers which may be impacted by the proposals.

Contrary to what has been stated by Minister for Transport Ian Borg, criticism of government’s road infrastructure programme does not require details as it is objectionable on a point of principle. We do not require more roads, but rather less cars on the roads. Such a reduction of cars from our roads would reduce traffic congestion as well as have a marked improvement in everyone’s quality of life, inclusive of an increased safety for all.

Our roads are currently bursting at the seams. Government has commissioned studies to study the matter. As a result, a Transport Masterplan has been produced by foreign consultants paid through EU Regional Development Funds. Cabinet has approved this Masterplan in 2016, yet it has repeatedly failed to ensure its implementation.

One of the basic observations in the said Transport Masterplan is that 50 per cent of the trips we make with private cars are for distances taking less than 15 minutes, meaning that such trips are local in nature. We can easily be served with more sustainable options to address this basic observation: use of private cars is certainly not one of them.  

The Transport Masterplan admonishes us as follows: “………… it can be seen from experience that the approach to transport planning and policy in Malta has generally been more short-term (4-5 years) in nature. The lack of importance given to long-term planning means that a long-term integrated plan based on solid analysis with clear objectives and targets is lacking. This has resulted in the lack of strategic direction and the inherent inability to address difficult issues such as private vehicle restraint. There is a strong reluctance for Maltese society to change but this is in contrast with the need for communal actions to address the traffic problems existing now and in the future. This results in the Maltese traveller expecting that everyone else will change their travel habits so that they can continue to drive their car.”

Transport policy needs to be looked at holistically and not in a piecemeal fashion. That is the purpose of the Masterplan: to take a holistic view and lay out a long-term roadmap. Obviously to implement such a roadmap tough decision-taking is involved which would reduce and restrict can ownership. The real problem of Transport Policy implementation is that government does not have the balls to take such tough decisions.

The point to be addressed is that the relative smallness of our country makes practically every corner of the islands within easy reach even through public transport if this is organised properly.

Public Transport in Malta has made gigantic steps forward, but these are not sufficient. Public transport cannot compete with a government which is continuously encouraging the use of private transport and making it continuously easier through massive funds made available for unnecessary flyovers and underpasses!

Government is continuously mishandling transport policy. It is about time that it is placed back on track.

It has been government policy for more than the past twenty-five years that the car rules over our roads. We should change that. We need to reclaim ownership of our roads (and streets) placing more emphasis on the needs of the pedestrian who should be the real king of the road.

Published in The Malta Independent on Sunday : 27 December 2020