Issa għandna deċiżjoni tal-Qorti li tħassar il-ftehim li bih sptarijiet għaddew għand ta’ Vitals Global Healtcare u wara għand Steward Health Care.
Tinten l-istorja, qaltilna l-Qorti. Konna ilna ngħiduh dan u ma hi tal-ebda konsolazzjoni li l-Qorti qablet magħna.
Joseph qed jgħidilna li ma hemm xejn li jħammarlu wiċċu. Id-deċiżjonijiet ħadhom il-Kabinett, qalilna. Ma ħadhomx waħdu!
Mhux hekk qalu sħabu, iżda! Fearne jidher sodisfatt bid-deċiżjoni. Ilu jgħid li d-deċiżjonijiet ittiehdu wara dahru. Tiftakru meta Edward Scicluna tkellem dwar il-Kitchen Cabinet ta’ Joseph. Tiftakru kemm kien ilmenta li l-Gvern ta’ Joseph kien jitmexxa mill-Kitchen Cabinet? Jiġifieri mill-klikka ta’ dawk ta’ madwaru?
Anke Varist dalgħodu ħareġ jattakka dan l-argument ta’ Joseph! Il-Kabinett kien imwarrab, qal Varist! Dam jaħsibha ftit biex jitkellem!
It-taħwid li dwaru iddeċidiet il-Qorti sar fil-kċina ta’ Joseph. Fil-Kitchen Cabinet. U bħal dejjem, min ħawwad fil-borma jkun jaf x’fiha, anke jekk mir-riħa jkollna idea tajba x’kien hemm! Safejn hu magħruf, fil-kċina Joseph ma kienx ikun waħdu. Miegħu kien ikollu lil Keith il-Kasco Schembri, Konrad Mizzi u oħrajn. Xi darba insiru nafu l-ismijiet kollha.
Hemm bżonn tindifa tajba. Sfortunatament Anġlu Gafà mhux kapaċi jagħmilha. Għalhekk inħatar!