L-abort : l-emenda proposta mill-Gvern

Il-Gvern ħa pass tajjeb meta qed jipproponi emenda għall-Kodiċi Kriminali biex tkun protetta “is-saħħa ta’ mara tqila li tkun qiegħda tbati minn komplikazzjoni medika li tkun tista’ tqegħdilha ħajjitha f’riskju jew saħħitha f’periklu gravi” billi l-liġi dwar it-terminazzjoni ta’ tqala f’dawn iċ-ċirkustanzi tkun ċara, għax s’issa mhiex.

Dan hu pass il-quddiem. Imma mhux biżżejjed.

Kien ikun għaqli kieku l-Partit Laburista kellu l-kuraġġ li jitkellem dwar dan kollu fil-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjoni ta’ Marzu li għadda. Dakinnhar, sfortunatament, beza’ jagħmel hekk.

L-ADPD kien ħafna iktar ċar milli kien il-Labour fuq dan kollu. Hemm ċirkustanzi oħra li jiggustifikaw abort li għandhom ikunu kkunsidrati ukoll. Aħna tkellimna spiss dwar il-ħtieġa ta’ abort terrapewtiku li għandu jinkludi l-possibilità ta’ abort meta tqala tkun riżultat ta’ vjolenza. Ukoll meta t-tqala ma tkunx waħda vijabbli.

L-ewwel pass issa sar. Anke jekk hu pass żgħir, id-dibattitu dwar l-abort issa infetaħ u ma tantx hemm ċans li jingħalaq malajr.

Bla dubju jkollna opportunita li nitkellmu iktar fit-tul.

Fuq dan il-blog tista’ tara ukoll is-segwenti, dwar l-abort:

Malta: exporting abortion | Blog ta’ Carmel Cacopardo (wordpress.com)

The abortion debate | Blog ta’ Carmel Cacopardo (wordpress.com)

Ethical pluralism: the next steps | Blog ta’ Carmel Cacopardo (wordpress.com)

An invitation: keep the doors open | Blog ta’ Carmel Cacopardo (wordpress.com)