Ikla tajba tiftaħ l-aptit ta’ Bernard Grech

Ikla tajba tiftaħlek l-aptit sewwa. Hekk jidher li ġara lill-Kap tal-Opposizzjoni Bernard Grech f’ikla li kellu waqt il-kampanja elettorali ma’ numru ta’ negozjanti. Hi ikla li għaliha mar bis-sasla biex jiġbor flejjes kbar. Għax għandu bżonn il-miljuni. Ġew imwegħda somom kbar, mid-dehra. Imma jidher li kien hemm ukoll il-kundizzjonijiet.

Intqal li hemm min ried proklama għal tal-familja. Hemm min ried jagħlaq ħalq uħud mill-kandidati tal-PN. Għax qed idejquh!

Diġa saru dikjarazzjonijiet dwar dak li ġara, għax uħud li kienu hemm, għall-ikla, tkellmu.

Il-verità kollha mhux ser inkunu nafuha qabel ma jkun hemm min jgħid l-istorja kollha. S’issa nafu biss biċċiet. Kull min tkellem qal il-biċċa li taqbillu.

Li jkun hemm min jagħmel talbiet lill-Kap tal-Opposizzjoni bħal dawk li issemmew hu possibli. Li hu ta’ interess pubbliku iżda hu x’wieġeb il-Kap tal-Opposizzjoni għat-talbiet li sarulu. Kemm dawk (it-talbiet) li nafu bihom kif ukoll dawk li għad ma nafux!

Iċ-ċaħda li saru t-talbiet ma tantx titwemmen. Għalhekk hu iktar importanti li tingħata spjegazzjoni ċara ta’ x’ġara eżattament. Illum jew għada nkunu nafu, imma l-verzjoni li toħroġ bil-mod qatt ma tkun preċiża, dejjem tkun imlewwna. Il-kuluri żejda, kif tafu, ma jagħmlu ġid lil ħadd.

It-trasparenza u l-kontabilità vera jesiġu li Bernard Grech jagħti kont ta’ għemilu. Illum qabel għada.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s