Lejn regoli elettorali ġusti

Hemm min qed jikkritikana dwar il-kawża kostituzzjonali għax, jgħidu, li irridu niktbu ir-regoli elettorali mill-ġdid.

Dak hu li eżattament irridu nagħmlu minħabba li r-regoli elettorali li għandna illum huma nġusti u diskriminatorji. Għax il-PLPN ħadu ħsieb tagħhom infushom u gew jaqgħu u jqumu minn kulħadd.

Ħu per eżempju l-proporzjonalità. Il-PLPN qablu bejniethom li huwa mportanti li r-riżultat elettorali jkun jirrefletti l-vot popolari u dan billi jkun hemm proporzjonalita bejn il-voti u s-siġġijiet parlamentari miksuba mill-partiti politiċi individwali. Dan hu tajjeb, imma jillimitawh għal żewġ partiti biss, jiġifieri għalihom.

L-istess jgħodd għar-regoli dwar l-iżbilanċ tal-ġeneru. Jgħoddu biss għal żewġ partiti.

Huma dawn ir-regoli diskriminatorji li rridu nibdlu, għax kull vot għandu l-istess valur.

Vot ADPD jiswa’ l-istess daqs vot PLPN.

One comment on “Lejn regoli elettorali ġusti

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s